Home > News > Apparti d-divorzju u l-onorarja, ma ninsewx dan l-iskandlu fuq uliedna

Apparti d-divorzju u l-onorarja, ma ninsewx dan l-iskandlu fuq uliedna

Advertisements
Categories: News Tags: , , , ,
  1. Għalliem
    June 14, 2011 at 9:18 pm

    Naqbel ħafna li qajjimtu din il-kwistjoni. Din hija kwistjoni li ma ingħatatx l-importanza kollha li kellha tingħata kemm mill-medja kif ukoll mill-oppożizzjoni u mill-membri tal-gvern li llum qed jindunaw li għandhom kuxjenza jew dik li jiena nsejjaħ kuxjenza talibana selettiva.

    Fiż-żmien meta ħarġet din l-aħbar ingħatat ħafna importanza lill-istudenti tal-Universita’ li kienu jgawdu mill-esperjenzi tal-Erasmus, dawn tilfu ħafna u għadhom qed jitilfu. Madankollu, għalkemm segwejt l-istorja mill-qrib ma ltqajtx ma’ min semma li eluf ta’ tfal fl-iskejjel primarji u sekondarji tagħna u l-għalliema f’dawn il-livelli ukoll ġew affettwati.

    Is-Sħubijiet Comenius (Comenius Partnerships) ukoll jaqgħu taħt il-kappa tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (Lifelong Learning Programme) tal-Kummissjoni Ewropea li f’Malta jitmexxa mill-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea. Ftit kienu l-iskejjel li ma kienux jieħdu sehem u dawn il-programmi kienu jingħataw ħafna importanza mit-tmexxija tal-iskola. Dan il-programm, fost oħrajn, kien jagħti opportunitajiet:

    – li għalliema Maltin jikkollaboraw ma’ għalliema barranin fuq proġetti edukattivi li jagħmlu t-tagħlim aktar interssanti għall-istudenti
    – li għalliema Maltin isiefru biex jiltqagħu ma’ dawn l-għalliema u jiżviluppaw il-professjoni tagħhom
    – li studenti ta’ etajiet differenti wkoll isiefru biex iżuru lill-istudenti ta’ skejjel f’pajjiżi oħra
    – li jinxtara apparat meħtieġ biex il-proġetti jitwettqu
    – li jsir taħriġ meħtieġ mill-għalliema

    L-għalliema Maltin huma mfittxija ħafna minn għalliema barranin għad-diversi vantaġġi li jgawdu li jinkludu l-użu tal-lingwa Ingliża, it-tħejjija tajba fl-użu tal-ICT, l-ideat u l-bżulija u ir-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika fost oħrajn.

    L-għalliema Maltin illum qegħdin jerfgħu il-piż ta’ min kien messu jaf aħjar u ta’ min kien qiegħed jitħallas tajjeb biex imexxi l-uffiċċju tal-EUPA li jamministra dawn il-fondi. Dan mhux biss għaliex sa issa (aktar minn sena wara li Malta ġiet sospiża mill-programm) ma jistgħux jieħdu sehem u jibbenefikaw minn dan il-programm – imma qed iħallsu wkoll bil-mistħija għax meta jkollhom jiffaċċjaw għalliema barranin li jipproponulhom biex jieħdu sehem f’xi proġett bi sħab, dawn ikollhom iwieġbu – “Jiddispjaċina imma ma nistgħux għalissa għax Malta hija temporanjament sospiża minn dawn il-programmi!!!”

    Din il-qagħda tħammar wiċċ l-għalliema, imma kemm aktar għandha tħammar wiċċ in-nies responsabbli li s’issa għadu ma rnexxielhomx jikkonvinċu lill-UE li huma kapaċi jmexxu l-fondi li jkunu allokati lilhom??!!

    L-uniku solljev huwa li s-Super Ministru Cristina għandha kuxjenza selettiva soda. L-istudenti, l-ġenituri u l-għalliema jistgħu jserrħu rashom għax jafu li s-super ministru għad għandha l-istess kuxjenza li biha se tivvota fil-parlament fil-liġi tad-divorzju u li fil-passat serviet biex tagħżel lil Prof Bezzina u lis-Sur Tabone bħala ħrief tas-sagrifiċċju biex jieħdu postha fuq l-artal, u l-istess kuxjenza li biha sabet impjieg altenattiv għall-kap tal-EUPA ta’ dak iż-żmien.

    B’kuxjenza bħall-dik x’ma tivvotax biex tieħu ż-żieda??!! Filwaqt li l-maħfra divina hija infita speċjalment għan-nies ta’ kuxjenza soda, il-ġudizju tal-poplu m’għadux u mhux se jkun daqstant ħanin.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: