Home > Features > Flus, Flus u Aktar Flus (It-Tielet Parti)

Flus, Flus u Aktar Flus (It-Tielet Parti)

Possibli li l-Knisja ma tara xejn hazin li taghti kwart ta' miljun ewro lil taz-Zwieg Kontra d-Divorzju meta setghet tghin tant fqar u karitajiet?

Hafna ma jiftakrux meta l-Gvern Nazzjonalista ghamel it-trattat ghal gid tal-Knisja mas-Santa Sede fl-1995 fejn din taghtu b’25 miljun lira art!

Hija stramba kif meta tmur tqerr ghand qassis u tghidlu li sraqt xi haga, dan jghidlek li biex jinhafirlek dnubietek trid trodd li hadt lura, izda l-Knisja li ghandha rekords tal-propjeta’ kollha li hadet, qatt ma ndenjat ruhha tinvestiga ftit qassisin bhan-nutar Monsinjur Amante Bountempo u tara kif dan irnexxielu jdahhal daqshekk propjeta’ u flus ghall-Knisja, minn zmien id-Dnub il-Mejjet sa nofs is-snin disghin.

Monsinjur Amante Bountempo jafuh l-aktar l-anzjan li esperjenzaw il-qilla tad-Dnub il-Mejjet; u jghidulek kif Bountempo kien il-hin kollu jfesfes f’widnejn l-Arcisqof Mikiel Gonzi biex dan iharrax il-glieda kontra l-Laburisti. Jghidulek ukoll kemm kien attiv biex izur lil min kien qieghed imut halli jghidlu x’ghandu jaghmel.

Min jaghmel id-dnub ma jistax sempliciment jaghmel apologija lil min weggha u daqshekk kif ghandha vizju taghmel il-Knisja. Bhalma ghamlet f’konfront ta’ Galilew ghoxrin sena ilu jew kif ghamel Dun Charles Vella li kien wiehed mill-protagonisti tad-Dnub il-Mejjet.

Min jaghmel hazin suppost irid jaghmel penintenza u kif ga ghedna jrid irodd dak li ha. Allura, it-tfesfis f’widnejn l-imsejknin fuq is-sodda tal-mewt biex ihallu kollox lill-Knisja ha jmorru l-Genna dritt mhux meqjuz bhala serq u dnub?

U minkejja li taw lill-Gvern tal-PN b’25 miljun lira art bil-patt li dan ihallas il-pagi ta’ l-iskejjel tal-Knisja li dak iz-zmien kellhom ikun b’xejn, hafna djocesi u monasteri xorta baqghu s-sidien ta’ hafna bicciet t’art fl-aktar partijiet pittoreski ta’ Malta jiswew il-belli liri.

L-aktar art li tiswa flus zammewha ghalihom!

Ezempju huma l-Gizwiti li bl-art li kellhom bnew il-Kumpless ta’ San Alwigi, wiehed mill-aqwa li hawn f’Malta filwaqt li l-Freres ta’ De La Salle u Stella Maris sa yatch biex jaghmlu studji tal-biologija marittma ta’ madwar Malta xtraw!

U lis-studenti xorta baqghu jhallsu mizata biex imorru l-iskejjel tal-Knisja u ghadhom s’issa minkejja li suppost fl-1995 saru b’xejn!

Hafna nies kienu ilhom jafu li l-Knisja Maltija ma kenitx forza sempliciment biex tinfurza l-morali Kattolici taghha. Kienu ilhom jafu li tgawdi diversi privileggi specjalment meta jkun hemm il-PN fil-Gvern u dawn il-privileggi ggieldet bil-qawwi biex tibqa’ zzommhom u ghalhekk ir-rizultat tar-referendum tahom daqqa ta’ harta kbira hafna; u issa li nafu li taw kwart ta’ miljun liz-Zwieg Bla Divorzju, nafu li dak il-krib li jitkarrbu li m’ghandhomx flus huwa biss gideb ta’ Knisja li drat terda l-gid ta’ uliedha u qed issibha difficli hafna li din iz-zejza taqtaghha!

Finalment, il-kwistjoni tal-fondi li l-Knisja tat liz-Zwieg Bla Divorzju se tispicca taghmillha hsara aktar mir-rizultat tar-referendum ghaliex il-Knisja baqghet tahseb li tista’ taghmel azzjonijiet oggezzjonabbli u hadd ma jkellimha.

Imma di’d-darba, tkellem il-poplu u tkellem b’mod car.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: