Home > Opinion > COLA għall-ħaddiem, xampanja għall-Kabinett

COLA għall-ħaddiem, xampanja għall-Kabinett

GonziPN ħa żjieda ta' €500 fil-ġimgħa minn wara dahar kulħadd filwaqt li l-ħaddiema ħadu l-karawett

Le, dan mhux riklam għax-xarba, imma l-ħaddiem Malti, baqa’ bil-għatx biż-żjieda miżera ta’ €1.16 fil-ġimgħa li ngħata fl-aħħar budget meta mqabbel maż-żjieda oxxena ta’ €500 fil-ġimgħa mhux taxxabbli li ħadu l-Prim Ministru Gonzi u l-Kabinett tiegħu minn wara dahar kulħadd. Qisu l-ħaddiem xorob il-coke, filwaqt li GonziPN xorob ix-xampanja!

Il-ġimgħa l-oħra l-Unjoni Ewropea tat parir lil Malta biex tirrevedi l-COLA (Cost of Living Adjustment), jew il-mekkaniżmu li bih tkun maħduma ż-żjieda fil-paga li l-ħaddiema Maltin għandhom jieħdu riżultat ta’ l-inflazzjoni, jew kif inhi magħrufa wkoll, l-għoli tal-ħajja. Dan il-mekkaniżmu ma tantx għamel lill-ħaddiem sinjur fl-aħħar snin. Il-COLA tat dawn iż-żjidiet lill-ħaddiem Malti fl-aħħar 3 snin:

Budget 2008 – €3.49  (presented before 2008 general election)

Budget 2009 – €4

Budget 2010 – €5.82

Budget 2011 – €1.16

Iż-żjieda oxxena ta’ €500 fil-ġimgħa li l-Kabinett ta’ Gonzi ta lilu nnifsu u baqgħet moħbija sa ftit xhur ilu ġiet deċiża f’Mejju 2008.

Ħafna apoloġisti u galoppini tal-PN qed jgħidu li ż-żjieda ta’ €500 fil-ġimgħa trid taraha fid-dawl tas-sitwazzjoni eknomika fl-2008 li kienet għadha tajba għax ma kinetx għada faqqgħet il-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Veru, hekk hu. Il-ħaddiem Malti ħa ż-żjieda “fenomenali” ta’ €3.49 fil-ġimgħa dik is-sena meta l-affarijiet kienu sejrin tajjeb. Inqas minn karawett imqabbla mal-€500!

U ma ninsewx li ż-żjieda għall-għoli tal-ħajja ma hu l-ebda bonus jew rigal imma kumpens li jagħmel tajjeb għax tkun għoliet il-ħajja!

Issa l-ħaddiema Maltin jistgħu jqabblu jekk marrux aħjar huma biż-żjidiet fil-paga minħabba l-għoli tal-ħajja jew il-Kabinett tal-Prim Ministru Gonzi.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: