Home > Opinion > To err is human, to repent divine, to persist devilish

To err is human, to repent divine, to persist devilish

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

Dik li xi ħadd iddeskriva bħala “comedy of errors“, jiġifieri l-oxxenita’ ta’ €500 żjieda fil-ġimgħa lill-Kabinett minn wara dahar kulħadd, ilbieraħ is-Sibt offritilna kapitlu ieħor. Minflok il-kummiedja intemmet u l-Prim Ministru ammetta li kien kollox żbaljat, immanuvra minn taħt, ġab lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti jivvutaw miegħu, u l-kwistjoni ġiet posposta biex tkun diskussa f’kumitat parlamentari. Issa aħna nafu li jekk trid toqtol id-diskussjoni dwar xi ħaġa itfagħha f’kumitat. U aħna tal-Mazzun infakkru lill-GonziPN f’li qal Benjamin Franklin: “To err is human, to repent divine, to persist devilish”

X’ġara eżatt is-Sibt? Fi kliem sempliċi ġara hekk:

  • Gonzi ma ammettiex li kien żball li jrid jiġi rranġat minnufih
  • Ippropona li l-kwistjoni kollha tkun diskussa fil-Kumitat Parlamentari dwar id-Demokrazija li għandu jistħarreġ kif l-onorarja tal-ministri u segretarju parlamentari tista’ tingħata fuq il-mudell tal-House of Commons Ingliż
  • Intant sakemm dal-Kumitat joqgħod ifettaq u jikkustinja ż-żjieda ta’ €500 fil-ġimgħa, l-Kabinet XORTA se jibqa’ joħodha u ma ġietx sospiża
  • Il-€500 żjieda huma TAX FREE filwaqt li ż-żjieda ta’ €1.16 fil-ġimgħa li ħa l-poplu hija taxxabbli
  • Minkejja l-kritika kollha li għamlu lil Gonzi u t-taħbit fuq sidirhom li huma “mal-poplu” u rrabjati daqsu għal din l-oxxenita’, Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett u Jean-Pierre Farrugia vvutaw ma’ Gonzi u l-mozzjoni tal-Oppożiżżjoni Laburista li kkundannat din l-oxxenita’ m’għaddietx
Għalhekk aħna ftakarna fil-kwotazzjoni ta’ Benjamin Franklin, wieħed mill-missirijiet tad-Demokrazija Amerikana. GonziPN ammetta li sar żball, anke jekk jibqa’ jinsisti li kien żball “amministrattiv”, u xorta jibqa’ jinsisti u jtawwal u jġebbed minflok ma jaqbad u jaqtalha rasha.
Filwaqt li l-Prim Ministru Gonzi jibqa’ jippersisti, aħna l-poplu li ħadna biss €1.16 żjieda fil-ġimgħa u mhux €500, nibqgħu ninsistu li din l-oxxenita’ hija insensittiva għall-aħħar u ma konniex nippretenduha minn Prim Ministru li jilagħbha ta’ bniedem tar-ruħ kollu santi u qaddisin.
Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , , , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: