Home > Opinion > Chi non vota con me gli faccio un culo cosi’!

Chi non vota con me gli faccio un culo cosi’!

Il-messaġġ ta' Gonzi huwa ċar

Is-Sibt il-Parlament se jiltaqa’ overtime (tgħid se jitħallsu extra ta’ dan?) biex jiddiskuti mozzjoni tal-Oppożizzjoni Laburista dwar l-iskandlu tal-onorarja lill-Membri Parlamentari u Ministri. Din hija dwar iż-żjieda oxxena ta’ €500 minn wara dahar kulħadd ħlief tal-ministri li ħaduha biex niftehmu.

Jidher li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi se jipproponi kontro-mozzjoni u se jipprova jsalva ġieħu biha.

Intant ikomplu l-manuvri biex il-Membri Parlamentari Nazzjonalisti kollha, inkluż it-troublemakers bħal Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett u Jean-Pierre Farrugia, jivvutaw mal-Gvern minkejja l-kritika tagħhom sa dil-ġimgħa stess.

Jidher li f’dak każ il-Prim Ministru Gonzi rnexxielu jgħaqqad it-tim tiegħu. Imma aħna tal-Mazzun nistaqsu: x’inhu l-prezz? B’liema lixka qed iżommhom magħqudin għallinqas fuq din tal-onorarja? X’heddidhom? X’wegħdhom? Xi reshuffle biex iwessa l-kabinett u jagħmel skoss ministri ġodda meta fadal inqas minn sentejn għall-elezzjoni (filwaqt li xi ilsna ħżiena qed jgħidu li fadal ħafna inqas minn hekk)?

Issa naraw. Tas-Sibt tgħaddi wkoll u jidher li GonziPN ftit jista’ jsalva minnha. Għax imbagħad irid jiffaċċja mill-ewwel il-kwistjoni tal-votazzjoni dwar il-liġi tad-divorzju. U l-poplu diġa’ xeba’ jiġbidlu saqajh lill-GonziPN li filwaqt li fil-każ tad-divorzju il-ħin kollu jsemmu l-kuxjenza u mhux kuxjenza, jidher li ħadd minn GonziPN ma żeffen fin-nofs il-kuxjenza għaż-żjieda oxxena ta’ €500 għall-ministri filwaqt li l-bqija tal-poplu ħa €1.16 biss.

Sibt wara Sibt, u mhux Ħadd wara Ħadd biss, tasal ta’ kulħadd!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: