Home > Features > Flus, Flus u Aktar Flus (It-Tieni Parti)

Flus, Flus u Aktar Flus (It-Tieni Parti)

Diment li l-Knisja se tibqa' mohha fil-flus, se tibqa' titlef il-kredibilita'!

Idea zghira ta’ l-art u forom ohra ta’ gid li akkumulat il-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti harget minn rimarka li ghamel membru tan-New York Catholic Conference, li “il-Knisja tieghu hija possibilment it-tieni qawwa finanzjarja wara l-Gvern ta’ l-Istati Uniti fix-xiri ta’ l-art!  Dan kompla jghid li l-Knisja Kattolika hija l-akbar korporazzjoni fl-Istati Uniti. Ghandhom ufficji kullimkien u l-assi u l-art li ghandhom jaqbzu dawk ta’ kumpaniji multinazzjonali bhal Standard Oil, A.T.&T. u U.S. Steel f’daqqa! U l-lista ta’ membri li jhallsu l-mizati hija t-tieni akbar wara t-taxxi li jhallsu n-nies lill-gvern Amerikan.

Meta jinghaddu l-assi tal-Knisja Kattolika madwar id-Dinja, mhemmx dubju li ghandha l-akbar stock li jezisti x’imkien fid-dinja. Il-Vatikan, ilu jorjenta ruhu lejn l-Istati Uniti minn wara t-tieni gwerra u The Wall Street Journal jghid li n-negozju finanzjarju tal-Vatikan fl-Istati Uniti biss tant kien kbir li hafna drabi kienu jinxtraw deheb f’lottijiet ta’ miljun u aktar dollari kull darba. Ir-riservi tad-deheb tal-Vatikan huma stmati mill-gurnal ta’ Nazzjonijiet Uniti li jiswew aktar minn 5 biljun dollar u hafna minn dan id-deheb qieghed maqful b’sigurta kbira fil-Bank Federali Amerikan filwaqt li banek fl-Ingilterra u lis-Svizzera jzommu l-bqija; u dan huwa biss ftit mill-gid tal-Vatikan li fl-Istati Uniti biss huwa akbar mill-aktar hames korporazzjonijiet kbar fil-pajjiz.  Meta jinghaddu l-art, lis-stocks u s-shares li ghandhom barra, il-gid tant jikber li difficli tkejlu!

Il-Knisja Kattolika hija l-akbar qawwa finanzjarja, repositorju ta’ gid u propjeta li hawn fid-Dinja.  Ghandha gid materjali aktar minn kull istituzzjoni, korporazzjoni, bank, gvern jew stat dinji.  Il-Papa li jmexxi din il-kollezzjoni ta’ gid u ghalhekk huwa l-aktar individwu sinjur li jezisti. Hadd ma jista’ jkejjel ezatt kemm jiswa’ dan il-gid f’biljuni ta’ dollari.

Tinsewx li ma’ dawn iridu nzidu r-rikezzi f’forma ta’ xogholijiet artistici, gojjelli, djamanti, knejjes u dehbijiet li jinsabu fil-Vatikan u f’eluf ta’ knejjes imxerrda mad-Dinja kollha.

Dan zgur juri li altru minn istituzzjoni fqira li timxi wara l-passi mkeffna f’qorq ta’ Kristu, il-Knisja hija stat li ghandu influwenza fuq skala dinija kemm finanzjarjament kif ukoll politikament.

U ghalhekk bqajt niftakar kif il-Papa, l-aktar bniedem sinjur fid-Dinja mar fuq dak it-tifel Taljan, pogga idu fuq rasu, bierku u telaq ‘l hemm. Din zgur li hija l-ghola tip ta’ ipokrezija li tezisti! L-Italja li tospita l-istat tal-Vatikan tat tberika, filwaqt li l-Amerikani bghatulhom 45 miljun dollaru!

Ftakru wkoll li kull fejn izur l-Papa, ikun kemm ikun fqir il-post, dan jispicca johrog parti sew minn nefqa. Bilfors ikollok tistaqsi kif fl-aktar postijiet fqar fejn ghandhom in-nies qed imutu bil-guh, l-istat tal-Vatikan imexxi mill-Papa ma’ joffrix biex ihallas ghall-mawra tieghu?

Il-Papa possibli li ma jhossx li dan il-gid esagerat jizgara bil-kbir mal-figura ta’ Kristu li sahansitra twieldet f’maxtura?

Ma jhoss li dan il-gid qed jaghmel isem hazin lilu u lill-Vatikan ghax kulhadd jaf li meta ssemmi l-Vatikan, ifisser post ta’ sbuhija arkitetturali, muzewijiet mimlija b’rikezzi liema bhalhom u opri ta’ l-arti li lanqas tista’ taghtihom prezz.

Kif jasal biex jippriedtkalna biex inkunu umli u karitattivi meta b’idejn mimlijin crieket kbar tad-deheb mimlijin fosos jaqbad xi tifel iswed ghadma u gilda?

Kif iridna naghtu mill-ftit li ghadna meta hu ma jaghtix mill-hafna li ghandu hu?

U dan igibna lura ghal dawk il-kwart ta’ miljun ewro zejda li ta’ One TV qalu li l-Knisja Maltija tat lil taz-Zwieg Minghajr Divorzju u li dawn ma’ nnegawx.

Kwart ta’ miljun li se jaghmluhom hsara daqs l-attitudni li hadu fir-referendum. Diga taqra l-kummenti fuq il-gazzetti u l-blogs u tara kif hafna nies qed jahilfu li ma jaghtux ewro iehor lill-Knisja u minflok se jaghtuhom lil karitajiet non-religjuzi.

Regghu waqqghu l-gebla fuq saqajhom u kienu dizonesti ghax qabel ir-referendum taz-Zwieg Bla Divorzju b’xejn ma riedu jghidu minn fejn gabu dawn il-flus, u xorta kellhom il-wicc jghidu li kienu sekulari u mhux parti mill-Knisja!

  • Mhux ta’ b’xejn mlew il-kaxxi ta’ l-ittri ta’ kull dar f’Malta u Ghawdex b’materjal propagandistiku taghhom, uhud minnu qarrieq.
  • Mhux ta’ b’xejn imlew kullimkien bil-billboards, halliha li Divorzistan ghamel xalata jwaqqghahhom ghan-nejk!
  • Mhux ta’ b’xejn kienu jibzghu mill-midja aktar mill-bard. Ma jmorrux ikomplu jistaqsuhom minn fejn gabu l-flus.

Tajjeb ukoll jghidulna kemm tahom flus il-PN halli nemmnuhom ukoll li ma kellhomx agenda politika, halliha li diga konna nafuha din ghaliex hafna mill-membri taghhom xebghu jgawdew mal-gvern dawn l-ahhar 20 sena.

Meta tghaqqad kollox flimkien tinduna kif il-Knisja halliet il-kampanja referendali tal-hbieb taghha taz-Zwieg Minghajr Divorzju teghreq f’nofs veritajiet, gideb u evazjoni tal-verita’ li n-nies mill-ewwel indunaw bihom.

Dan flimkien mar-reazzjoni esagerata tal-Knisja kienu fil-fatt zewg ragunijiet ghalfejn ir-rizultat mar favur l-iva.

In-nies urew li m’ghadhomx imzazen. Hija sfortuna li l-Knisja ghadha tistmghahhom t’hekk!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: