Home > Features > Flus, Flus u Aktar Flus (L-ewwel parti)

Flus, Flus u Aktar Flus (L-ewwel parti)

Li tkun sinjur esagerat u thobb il-flus hija wahda mis-seba' dnubiet mejta.

L-ahbar ricenti li taz-Zwieg Bla Divorzju nghtaw kwart ta’ miljun ewro ma’ xxokkjatniex lilna tal-Mazzun. Mhemmx dubju li din l-ahbar se tkompli tirrabbja n-nies ghal din l-istituzzjoni li qabdet u sparpaljat daqshekk flus meta setghet tghin daqshekk istituti, djar tat-tfal, tax-xjuh, nisa mhux mizzewgin u fqar.

In-nies qed jintebhu li l-intenzjoni tal-Knisja Maltija mhijiex pura daqskemm jahsbu. Il-vot ghad-divorzju fir-referendum wera li l-Knisja tiggieled b’mod feroci biex izomm il-madmad taghha fuq mohh il-poplu u tipprotegi l-interess finanzjarji taghha fil-monopolju taz-zwigijiet u annullamenti li holqilha b’daqqa ta’ pinna Guido Demarco fl-1995.

Titkellem max-xjuh u jghidulek kemm serqet propjeta’ l-Knisja hekk kif kienet tfesfes f’widnejn dawk li jkunu qed imutu biex ihallu l-gid u l-art kollha lilha u jkollhom garanzija li jmorru dritt il-Genna.

Aktar ‘l boghod, il-Knisja kellha negozju tajjeb hafna fir-relikwi u l-indulgenzi li kienet tbieghhom biex ifejqulek gismek u biex itaffulek xi ftit iz-zmien li trid tqatta’ fil-Purgatorju.

Ghandni niftakar il-Papa Gwann Pawlu II icanfar lill-Amerikani meta zar l-Istati Uniti fl-1979 u qalilhom biex jghinu aktar lill-fqar. Sena wara, ghamel terrimot qawwi l-Italja u l-Papa zar iz-zona l-meqruda u ghadni ngibu quddiem ghajnejja fit-televizjoni black and white li kellna,  jersaq lejn tifel zghir midrub, jaghmel idu fuq rasu, jbierku u jitlaq ‘l hemm.

Niftakar ukoll li l-Istati Uniti kienet baghtet 45 miljun dollar halli l-villagg jinbena mill-gdid u l-Papa x’baghtilhom?

Il-barka! Ghax dik b’xejn!

Dan jghodd ukoll ghall-pajjizna li fic-cokon tieghu dejjem jara kif se jigbor ghal min intlaqat minn xi tragedja. Zewg ezempji ricenti kienu dawk tat-terremot tal-Gappun u l-gwerra fil-Libja.

Smajna x’baghat il-Papa Benedittu jew x’baghtet il-Knisja Maltija?

Importanti naghmlu distinzjoni bejn in-nies li huma Kattolici u l-Knisja Kattolika ghax din ta’ l-ahhar ghandha habta tiftahar b’hwejjeg u b’flus haddiehor. Meta l-Knisja tigbor ghal fqar, ahna l-fidili nkunu qed naghtu l-flus minkejja li meta jigi kkalkulat it-totali tohrogu l-Knisja qisha hargithom hi!

Ha naqralkom paragrafu mill-ktieb The Vatican Billions ta’ Avro Manhattan biex naghtikhom idea tal-gid tal-Knisja Kattolika:

“Il-Vatikan ghandu investiment kbar fil-banek Rothscilds tar-Renju Unit, Franza u l-Istati Uniti mal-Hambros Bank u mal-Credit Suisse f’Londra u Zurich. FL-Istati Uniti ghandu investimenti kbar mal-Morgan Bank, ic-Chase-Manhattan Bank, il-First National Bank ta’ New York, il-Bankers Trust Company u hafna ohrajn. Il-Vatikan ghandha biljuni ta’ xares fl-aktar korporazzjonijiet b’sahhithom li jezistu bhal Gulf Oil, Shell, General Motors, Bethlehem Steel, General Electric, International Business Machines, TransWorld Airlines u ohrajn. Hu stmat li fl-Istati Uniti dawn l-investimenti jiswew man-nofs biljun dollaru!

F’kumment mxandar in konnessjoni mal-prospectus tal-bonds, l-arcdjocesi ta’ Boston ippubblikat l-assi taghha li lahqu total ta’ aktar minn sitt mitt miljun dollaru ($635,891,004). Mhux difficli nsiru nafu l-gid inkredibli tal-knisja jekk naqbdu u nghoddu l-assi tat-28 arcdjocesi u 122 djocesi fl-Istati Uniti biss, uhud li huma aktar sinjuri minn Boston.

Prova ta’ dan il-gid huwa l-fatt  li l-akbar somma li qatt thallset lill-vittmi ta’ l-abbuz sesswali minn qassisin ta’ djocesi Amerikana kienet dik tas 660 miljun dollaru mid-djocesi ta’ Los Angeles. Skond Bill Maher, kummentatur televiziv maghruf Amerikan, is-somma totali ta’ flus li thallsu fl-Istati Uniti lill-vittmi ta’ abbuz sesswali minn qassisin taqbez iz-2 biljun dollaru!

(Jissokta ghada)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: