Home > Features > Vera jridu jsaħħu l-familja?

Vera jridu jsaħħu l-familja?

Bil-paroli nghidu li rridu nsahhu l-familja. Fir-realta' din difficli ferm li ssehh.

Interessanti l-Isqof t’Ghawdex johrog biss ir-rabja u l-vehemenza ghal min jaqbel mad-divorzju. Ghal dawn ghandu hafna aggettivi dispreggattivi bhall-ilpup u briganti, izda ghal xi monsinjur li jkun ilu jbaghbas tifel eghxieren ta’ snin ma jinfexx f’tghajjir akbar. Anzi, fir-rapporti tal-gazzetti wera kontroll kbir u qal biss li lest jikkopera mad-djocesi Awstraljana. Ma nfexx jghajjar li dak il-qassis mostru jew pervert li fil-fatt hu.

Dan ifisser li skond l-Isqof Grech li tivvota favur id-divorzju huwa att aghar milli tbaghbas tifel u thassru ghall-ghomru. U din l-attitudni tispjega kollox. Tispjega ghalfejn il-Knisja harget daqshekk qatta’ bla habel kontra d-divorzju. Din l-ispjegazzjoni hija l-poter!

Il-Knisja kienet taf li din battalja ahharija ghall-imhuh tan-nies u ghall-poter li dejjem gawdew fis-socjeta’ taghna u ghalhekk ma setghux ma jiggieldux b’certa hruxija minkejja li kienu jafu li l-effett ta’ wara l-battalji kien se jkun aghar l-aktar jekk jitilfuha bhalma gara.

Mela ggieldu kemm felhu u tilfu–provi cari li n-nies m’ghadhomx jaghtu daqshekk kashom u li n-nies m’ghadhomx iqisuhom xempju tal-moralita’–bil-kwistjoni tal-pedofilija tkompli tgharraqhom. L-aktar minhabba l-attitudni taghhom stess li kemm jista’ jkun iccekknuha, jinjorawha u jpinguha bhala azzjoni skerz ta’ ftit qassisin.

Kif nistghu nemmnu li ma jridux id-divorzju ghaliex din thalli effett ahhari fuq it-tfal u ghax iridu jipprotegu l-familja, meta lanqas huma kapaci jipprotegu l-ulied tal-familji minn qassisin predaturi u sorijiet frustrati li hallew effetti ferm aghar mid-divorzju fuq tfal innocenti?

Anke l-kantaliena li jridu jsahhu l-familja waqghet fuq widnejn torox ghax frankament qazzistna ghax nafu li la l-Knisja u lanqas il-gvern m’ghamlu li setghu biex verament jipprotegu l-familja u l-Knisja stess dan ammettietu.

X’inhuma z-zewg problemi ewlenin li ghandhom il-familji?

Problemi ta’ flus u ta’ nfedelta’ ta’ l-omm jew il-missier.

Jekk verament iridu mmorru lura fil-hin nistghu anke nqisu s-shubija fl-Unjoni Ewropeja bhala parti zghira mill-problema ghas-semplici raguni li kemm il-PN kif ukoll il-Knisja, kienu jafu li kif nidhlu fl-UE nibdew nigu aktar influwenzati minn ideat u stili ta’ hajja aktar sekulari li huma dominanti fil-pajjizi Ewropej tat-tramuntana.

Il-Knisja qatt ma tkellmet kontra dan. Anzi, kellha kelliema bhal Dun Vanni Xuereb u Dun Joe Borg li l-hin kollu jitkellmu favur l-ishubija ta’ l-UE u issa ghax il-poplu qed jitlob li jkollu l-istess drittijiet, xi hadd bhal Dun Bejrut joggezzjona ghax jaf li dawn id-drittijiet se jnaqqsu s-sahha tal-Knisja u tal-partit tieghu. Ghalfejn dan ma rahx qabel meta kien editur tal-Gens u l-hin jikteb favur lis-shubija fl-UE?

Ma’ dan iridu nzidu li mis-shubija fl-UE ‘l hawn, il-livell t’ghajxien tal-poplu Malti ma tjiebx u dan jixhduh l-istrutturi stess ta’ l-UE li jghidu li l-Maltin ghandhom biss 75% tal-paga tal-pajjizi ta’ l-UE, ihallsu fost l-oghla rati ta’ dawl, ilma, petrol u gass u jsofru minn rata t’inflazzjoni gholja wkoll.

Dawn il-fatti ma jaghmlux pressjoni fuq il-familja? X’ghamel il-gvern u x’ghamlet il-Knisja dwar dawn? Anzi, il-Knisja tohrog tghid lill-genituri biex jahdmu anqas halli jgawdu l-familja! U minn se jhallsilhom il-kontijiet? Ma jafux li llum jekk ma thallasx jaqtghulek l-elettriku? Kulhadd jaf li qatt ma konna hekk. Pajjizna u l-gvernijiet tieghu kien ferm aktar twajba mal-familji u issa l-gvern presenti gie jaqa’ u jqum mill-familji, l-aktar bil-barka ta’ dak li jara l-Madonna tibki.

U biex zgur nitfghu l-melh fil-gerha, il-PM jaqbad u jaghti zieda enormi lill-MPs u jigi jaqa’ jqum minn kulhadd. Imbaghad irid ikellimna fuq il-kuxjenza! Possibli li l-kuxjenza tieghu qaltlu li ghamel sewwa li hu ha zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha u lill-poplu tah ftit aktar minn ewro fil-gimgha? U ghalhekk hafna mhumiex jemmnu l-krib tieghu li ghandu dmir jipprotegi l-kuxjenza tal-MPs tieghu fil-votazzjoni taghhom favur jew kontra d-divorzju.

Issa familji b’pagi baxxi aktar ibatu jekk dawn ghadhom qed ihallsu d-dejn tad-djar taghhom. Familja b’dawn il-problemi aktar hemm cans li jkollha l-inkwiet. Il-Knisja qatt harget tikkritika lill-PN mill-lat socjali ta’ kif il-familji mhux ilahhqu mal-hajja u ma jistghux jixtru dar ghax gholjin infern? Ir-ruh socjali tal-Knisja tohrog biss fil-kwistjoni tad-divorzju? Jew hawnhekk hassewhom aktar komdi ghax kellhom il-PN maghhom?

Issa jekk familja tkun ghaddejja b’paga wahda biss u f’daqqa wahda ssib li d-dejn tad-dar ghola, id-dawl u l-ilma ghola, il-petrol ghola u r-ragel qed ikollu jahdem sighat aktar twal, dan ifisser li anqas se jara l-familja u bil-frustrazzjoni jibda l-glied u dak iwahhal fl-iehor … insomma mhemmx ghalfejn inkompli.

U jekk il-mara tiddeciedi li tohrog tahdem ghax ma tistax tkampa u bil-kemm tibda tiltaqa’ mar-ragel? Dan ma jdahhalx tensjoni gdid fil-familja? Jista’ jkun li dan jghin biex xi wiehed jew wahda minnhom ifittxu zvog gdid ghand xi hadd iehor? Mhux hekk jibdew hafna mis-separazzjonijiet?

Jigifieri l-gvern mhux se jimpressjona jekk jaghmel reshuffle u jivvinta ministru tal-familja ghaliex il-problemi li qed ihabbtu wicchom maghhom gejjin mill-qaghda ekonomika hazin li hawn u n-nuqqas ta’ flessibilita’ fil-hinijiet tax-xoghol.

Il-gvern malajr se johrog jghid li qed idahhal ligijiet godda biex ix-xoghol ikun aktar flessibli biex jahdmu aktar in-nisa, imma hafna sidien xorta ma jhaddmux nisa li wara ftit xhur jistghu johorgu tqal jew jhaddmuhom b’hinijiet strambi meta ghandhom ghazla li jhaddmu lil xi hadd fuq hinijiet fissi ta’ xoghol.

Fl-ahhar mill-ahhar, lanqas din l-imhabba gdida lejn il-familja mhu se jsolvi l-problemi ta’ kopji li mhumiex kompattibbli. Tipprepara kemm tipprepara l-kopji u hawn min tghidlu x’tghidlu minn wahda jidhol u mill-ohra johrog, xorta se jkun hawn kopji li jinfirdu.

Mela dan il-kliem sabih dwar il-familja mhu xejn hlief weghda fierghha ohra ghaliex il-problem bazika hi li pajjizna aktar qed isir bhal pajjizi ta’ l-UE b’xogholijiet li  jiehdu hafna mill-hin tal-familja, ma jhallsux bizzejjed u jimlew dawn il-familji b’problemi socjali li jdghajfuhom.

Qabel mal-gvern jipprova jirranga dan kollu, inutli joqghod jghajjat li jrid isahhah il-familja ghax sempliciment se jwaqqaf ministeru tal-familja.

U finalment min se jgawdi?

Min jintghazel biex jahdem mal-Ministru tal-Familja sa’ l-elezzjoni li jmiss u wara nindunaw li minkejja dan il-ministeru, r-rata ta’ familja mkissrin kompla jizdied!

Advertisements
  1. Joe Xuereb
    June 5, 2011 at 6:39 pm

    Insaħħu l-familja, insaħħu ż-żwieġ! Jekk qaluha darba, qaluha elf darba. Sturdew iduru maż-żugraga, beżagħna li meta tieqaf il-vleġġa tindika lilhom li jmiss iwieġbu mistoqsija ħafifa li għandha l-qawwa li ddawwar il-ħajja u l-moħħ. Għalhekk fid-dawra durella qishom qeghdin fuq ix-xwiek, jiġġgembu ‘l hawn, jiġġembu ‘l hemm. Għax ma jridux li x-xafra tal-fleġġa tqajjimhom mir-raqda lluppjata. U kif tagħmel biex terġa’ tidħol fin-nagħas ġaladarba tkun ħriġt?Għalhekk wisq aħjar tinnega milli tammetti l-verita’ bozza ta’ l-elf.
    Fi kliem ieħor – ġaladarba ż-żwieġ narawh bħala kuntratt neċessarju biex inżommu l-ordni soċjali, jiġifieri għaqda kontrattwali bejn tnejn minn nies, kuntratt li hu ċivili u għalhekk kuntratt li jista’ jinħall. Le aħjar nibqgħu ngħidu li ż-żwieġ hu manifattura tal-Padr’Etern għal kulħadd u minn dejjem. Dawk li qatt ma semgħu bl-Alla kristjan, lil dawn ngħidulhom ‘tough titties’. Jekk jiddivorzjaw u jerġgħu jiżżewġu, luna di miele l-infern ser jistennihom.

  2. Grim
    June 5, 2011 at 9:39 pm

    Prosit! artiklu tajjeb, dirett, onest u fih hafna verita’. Imma…. xi affarijiet ma indirizzajthomx. Onestament fittixthom u ma sibthomx.

    Kieku INT kont f’post il-gvern x taghmel? Jekk xi hadd irid ibih flat mhux jipprova naqla minnu kemm jiflah? Min hu l-bahnan li ha jbihu b’ inqas biex dak li jkun ma jkollux dejn? Apparti hekk ma semmejtx il-piki biex koppji jkunu ahjar minn ohrajn. Li hafna iridu kollox ta malajr u ma jistennewx minghajr xi haga innecessarja, per ez. xi karozza lussuza jew safra li jistghu jghaddu minghajra. Tfal izjed milli familja tiflah. In-nuqqas ta ghaqal u pjanar mhux mill-gvern gej. Nemmen li l-gvern ghandu hafna htijiet u anki il-knisja li hi id f’id mal-gvern imma hemm element ta tort fil-koppji ukoll … u hafna ukoll. Temmen li jekk il-PL jiehu il-gvern f’idejh ha jinbidel xi haga? Mhux l ucuh biss jinbidlu? Tipo Animal Farm (forsi qrajtu dan il-ktieb ta Orwell) biex tifhimni.

    X tghid fuq dawn il-fatti li ftakart li nsemmi?

    grazzi

    • June 5, 2011 at 11:39 pm

      L-ewwel haga li kont naghmel 25 sena ilu ghax daqshekk ilu ghaddej dal-gvern hu li ma nhallix l-ippjanar tal-familja f’idejn il-Knisja u b’hekk kien ikun f’posizzjoni ahjar li jghidilhom kollox dwar il-problemi li jiltaqghu maghhom il-familji. It-tieni haga kont indahhal ftit aktar dixxiplina fil-pajjiz billi ndahhal sentejn lieva hafifa halli z-zghazagh kollha jesperjenza ftit dixxiplina u fl-istess hin jghinu lill-pajjizhom u ghalhekk ma nistax naqbel mieghek li n-nuqqas t’ghaqal u ppjanar mhux gej mill-gvern. Isma’ ghandek ragun li parti mit-tort huwa tal-koppji u forsi vera li lil dawn ma semmejthomx bizzejjed imma meta tahseb fuqha fil-fond, terga taqa’ fuq il-gvern ghax forsi ma tafx li sahansitra qaghadt lura milli jsemmi l-condoms u s-sheath bhala mezzi ta’ kontroll tat-twelid biex ma jnaffarx il-Knisja. Nahseb li jekk jinbidel il-gvern jinbidlu l-affarijiet bhalma nbiddlu fl-1970 u fl-1987. Allahares ma nbidilx il-gvern f’dawk iz-zmenijiet ghax il-gvernijiet ta’ qabel kienu stagnaw u mgharrqa fil-korruzzjoni bhalma qed jigri dan il-gvern issa. Element t’Animal Farm dejjem se jibqa’ ghaliex jien bhalek nemmen li l-politikant jitla’ fil-parlament ghax irid igawdi l-privileggi ta’ dak is-siggu mhux biex jaqdi lill-elettorat. Dawk jiehdu l-loqom milli jifdal u sfortunatament hafna minnhom jiehdu gost b’dawn il-loqom, izda milli rajt fil-kwistjoni tar-referendum, nahseb li l-affarijiet qed jinbidlu u l-fazzjoni sekulari tal-pajjiz li gej mit-tlett partiti se jkollha lehen aktar b’sahhtu, lehen li jista’ jbiddel bhalma ghamel fir-referendum.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: