Home > Features > L-Importanza tas-Sekularizmu (Ir-raba’ parti)

L-Importanza tas-Sekularizmu (Ir-raba’ parti)

Il-hsieb sekulari jnehhi l-ghanqbut tas-superstizzjoni u r-religjon li deffsulna f'mohhna.

Tipi ohra ta’ sekularizmu huma:

2.         Sekularizmu Etiku:

Il-principji etici li jmexxu socjeta’ ghandhom ikunu indipendenti minn kontroll religjuz. F’Malta, l-etika ghadha principarjament ibbazata fuq ir-religjon Kattolika. Dan fih innifsu mhux xi haga hazina ghaliex hemm principji posittivi fil-Kattolicizmu. Il-problema tinqala’ meta dawn il-principji etici religjuzi jiehdu post dawk sekulari fil-pajjiz ghas-skapitu tac-cittadin.

Din hija wahda mir-ragunijiet ghaliex hawn daqshekk resistenza ghal-ligijiet progressivi bhal dawk li jirregolaw iz-zwieg, kemm ta’ sessi differenti (ghadna kif ghaddejna mill-kwistjoni tad-divorzju) u dawk ta’ sessi l-istess bhaz-zwieg omosesswali li lanqas jista’ jissemma’ f’pajjizna li ma taqbisx il-Knisja flimkien mal-brigata konservattiva jwerzqu li hija etikament oggezzjonabbli.

Ma nistghux ma nsemmux l-abort mhux ghax naqblu mieghu, izda ghaliex inhossu li jiddahhalx jew le ghandha tkun ghazla tal-gvern u mhux tal-Knisja bhalma kellu jigri fil-kwistjoni tad-divorzju.

3.         Sekularizmu Legali:

Il-politika fundamentali ta’ pajjiz u l-artikli konstituzzjonali ghandhom ikunu separati mir-religjon. F’Malta, dan mhux minnu ghaliex ir-religjon Kattolika tgawdi status specjali fil-kostituzzjoni u din taghti lilha u lill-Knisja sahha kbira.

Dan it-tip ta’ sekularizmu nghata daqqa kbira ‘l isfel fl-1995 meta Guido Demarco ghamel trattat mas-Santa Sede biex l-annulament ekklessjastiku jkun suprem. Dan fisser li l-aktar importanti f’pajjizna hija s-separazzjoni li taghti l-Knisja u mhux dik li jaghti l-gvern ghax bit-trattat dan gie sottomessa ghaliha — haga li tmur kontra l-idea fundamentali li l-Gvern irid jagixxi l-istess ma’ kull denominazzjoni religjuza u joffri gustizzja imparzjali lic-cittadini kollha hi x’inhi r-religjon taghhom.

4.         Sekularizmu sponsorjata mill-Istat:

Il-Gvern juza l-poteri tieghu biex in-nies jahsbu minghajr ma jigu nfluwenzati minn twemmin religjuz. F’Malta din ma tistax isir ghal diversi ragunijiet fosthom il-fatt li l-Gvern prezenti ghandu rabta soda mal-Knisja u fl-iskejjel ta’ l-istat tigi mghallma r-religjon Kattolika bhal wahda mis-suggetti ewlenin u ta’ bilfors (hlief ghal min hu ta’ religjon differenti). Minbarra hekk, il-Knisja f’Malta ghandha mezzi ta’ xandir u stampar taghha li huma ferm superjuri minn ta’ religjon ohra, tant li kapaci tilhaq lil kulhadd bieb bieb.

U ghalhekk fir-referendum kien hemm daqshekk influwenza religjuza fl-iskejjel kollha: kemm tal-gvern kif ukoll tal-Knisja.

F’dan it-tip ta’ sekularizmu jkun hemm ligijiet li jirrikjedu li jekk tigi mghallma r-religjon Kattolika ghandhom jigu mghallmin religjonijiet ohra bl-istess mod jew suggetti li jmeru u jikkontradixxu r-religjon.

5.         Sekularizmu Militanti:

Dan it-tip ta’ sekularizmu jigbor dawk kollha li semmejna s’issa flimkien u jghallimhom lic-cittadin sal-limitu taghhom.

L-ghan tas-Sekularizmu Militanti hu li jitnaqqas bil-mod it-twemmin fir-religjon sakemm in-nies isiru ateji. Dan hu l-estrem tas-Sekularizmu u l-ghan tieghu hu li n-nies ma jibqghux jigu nfluwenzati mis-superstizzjoni, izda mix-xjenza sabiex jaghrfu l-potenzjal intellettwali taghhom.

Mhemmx xi nghidu, hafna sekularisti mhumiex militanti. Jekk niehdu ftit ezempji, fl-Istati Uniti s-sekularizmu huwa bbazat fuq dak tat-tip legali fejn hemm separazzjoni bejn stat u l-knisja. Minn naha l-ohra, certa pajjizi Ewropej bhar-Renju Unit u Franza aktar resqin lejn tip ta’ sekularizmu sponsorjat mill-istat u ghalhekk certa simboli religjuzi bhas-salib u l-burka mhumiex permessi ghax jaghtu vantagg lil religjon wahda.

Dawk in-nies li jridu jkunu sekulari jew li jsejhu lilhom nnfushom hekk ghandu jkollhom idea cara liema tip ta’ sekularizmu jghodd ghalihom u x’lesti jaghmlu ghat-tip ta’ sekularizmu li jippreferu.

Fir-referendum dwar id-divorzju, sehh fenomenu uniku fejn hafna nies, il-maggoranza zghazagh inghaqdu flimkien, irrispettivament mill-fehmiet politici taghhom, hadmu biex jimbuttaw ‘il quddiem stil tat-tmexxija governattiva bbazata aktar fuq sekularizmu legali li juri distinzjoni cara bejn il-gvern u l-knisja, u rnexxielhom jeghilbu l-forzi karatterizzati mis-superstizzjoni, moffa u ghanqbut.

Dan il-fenomenu huwa uniku f’pajjizna u welled muvument li l-ebda gvern, partit jew knisja mhux se twaqqfu; muvument ispirat mis-sekularizmu ghaliex hafna nies xebghu jghixu f’pajjiz fejn is-separazzjoni bejn gvern u knisja rega sfuma u ha daqqa lura. Ghalhekk huwa importanti li kull min ha sehem f’dan il-muvument jitghallem ezatt x’inhi u x’irid mis-sekularizmu halli jkun jista’ jikkumbatti l-forzi tal-konservattivizmu li qed jergghu jittantaw jitfghu dan il-pajjiz lura lejn iz-zmenijiet imdallma tas-snin sittin.

Hafna minna mhux interessati f’sekularizmu militanti, interessati li nibdew nghixu f’pajjiz imexxi minn gvern b’sahhtu li kapaci jghaddi l-ligijiet ghac-cittadini tieghu KOLLHA minghajr ma jkollu l-Knisja tharislu minn wara dahru ma jmurx jirfsilha l-kallijiet.

Irridu nghixu that gvern li jaghti d-drittijiet civili kollha lil kulhadd bhalma ghandhom il-bqija tal-pajjizi ta’ l-EU. Wara kollox, ghalhekk ivvotajna favur shubija fl-Unjoni Ewropeja ghal dawn id-drittijiet u nispera li l-partiti politici joffru dawn id-drittijiet fil-manifesti politici taghhom fl-elezzjoni li jmiss.

(TMIEM)

 

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: