Home > News > Kamra tar-Rappreżentanti jew Kamra ta’ Opportunisti u Beżżiegħa?

Kamra tar-Rappreżentanti jew Kamra ta’ Opportunisti u Beżżiegħa?

Il-Maltin taw mandat ċar għad-divorzju u paroli tipo "se nastjeni fil-vot dwar il-liġi tad-divorzju" se tirrabja skoss nies!

Il-Parlament huwa l-għola istituzzjoni tal-pajjiż. M’hawn xejn ikbar minnu, la l-President u lanqas il-Prim Ministru, li dan ta’ l-aħħar irid jaħdem fi ħdanu. Fl-elezzjoni ġenerali fil-fatt iċ-ċittadini ma jivvutawx għall-partiti permezz ta’ l-1 imma jivvutaw għal kandidati biex jirrappreżentawhom fil-Parlament. Fil-fatt l-isem uffiċjali tal-Parlament huwa KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI. Issa, aħna tal-Mazzun nistaqsu: kif jistgħu r-rappreżentanti tal-poplu, b’mandat ċar tar-referendum, ma jwettqux dak li qalilhom biex jagħmlu l-poplu? Se jinħbew wara “astensjoni”?

Ir-rapporti li ħarġu l-għada tar-riżultat tar-referendum dwar id-divozju li xi deputati qed jikkunsidraw li jivvutaw kontra jew jastjenu meta jiġu biex jivvutaw fil-liġi li daħħal id-divorzju f’Malta hiaj inkwetanti ħafna. U titfa’ dawl fuq minn verament hemm suppost jirrappreżentana fil-Parlament.

F’daqqa waħda l-kelma ‘astensjoni’ saret moda, u qed tiġi ppreżentata liċ-ċittadini bħala kompromess biex id-deputati li ma jaqblux mad-divorzju ma jxekklux id-dħul tad-divorzju kif trid il-maġġoranza ta’ l-elettorat. Dan ma hu kompromess xejn! Dan huwa biss opportuniżmu biex mingħalihom dawn id-deputati iżommu s-siġġu tagħhom fil-Parlament, ma tniggiżhomx il-kuxjenza u fl-istess ħin ma jidhrux li marru kontra r-rieda tal-poplu.

Beżżiegħa! Din d-deskrizzjoni li tixraq lil dawn id-deputati li fi ħsiebhom jastjenu fil-vot meta tiġi l-liġi dwar id-divorzju. Nipprefereru li deputat jgħid li qatt ma qabel mad-divorzju, jivvota kontra, u wara jirriżenja mill-Parlament milli xi deputat li mingħalih se jsalva l-patata billi l-ewwel ħareġ kontra d-divorzju b’mod qawwi (u mhux sempliċement wera l-fehma tiegħu) u issa fi ħsiebu jastjeni. U għaż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin ngħidu hawn u mhux għan-Nazzjonalisti biss!

Ejja naraw issa fejn hu l-kuraġġ ta’ xi Austin Gatt, Beppe Fenech Adami, Tonio Fenech, Giovanna Debono fuq in-naħa tal-Gvern u Adrian Vassallo għall-Oppożizzjoni Laburista li tkellmu b’mod estrem konta d-divorzju! Uruna verament jekk intomx ta’ kalibru li tirrappreżentawna fil-Parlament jew moħħkom biss biex iżżommu s-siġġu komdu tal-poter tagħkom!

Advertisements
  1. June 2, 2011 at 5:54 pm

    Dak li gara ftit tal-jiem ilu hija grajja storika. Ma jistax ikun li nhallu elementi fill-Parlament icekknu u jirredikolaw avveniment bhal dan. Min mhux lest joqghod ghar-rieda tal-poplu u jazzarda jilghab bid-demokrazija ghandu jwarrab issa. Is-sistema demokratika Maltija ma tiflehx tghaddi minn burraxka ohra. Jehtieg li kullhadd jigbed habel wiehed u mhux nissagrifikaw il-gejjieni ta’ pajjizna ghal kapricci politici. Issa wasal iz-zmien fejn ngharfu minn huwa politiku parrokjali u partiggjan u min tassew jixraqlu t-titlu ta’ statista. Lawrence Gonzi…il-kotba tal-istorja qed jistennew……….

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: