Home > Opinion > Bla Rispetti

Bla Rispetti

Hafna mill-MPs Maltin huma ipokriti u opportunisti. Il-votazzjoni fil-parlament ghall-ligi tad-divorzju se turini min!

Xbajt nisma’ politici Maltin jghidu li qeghdin fil-parlament biex jghaqqdu l-poplu Malti. Ghalhekk din li jastjenaw fil-vot favur l-introduzzjoni tad-divorzju hija ezempju kbir ta’ nuqqas ta’ rispett lejn l-elettorat li qalilhom li jrid li d-divorzju jiddahhal. Wara kollox, dawn il-Membri Parlamentari ahna ntellghuhom u suppost jirrispettaw decizjoni bhal dik tar-referendum.

Din li l-Membri Parlamentari ma jirrispettawx lic-cittadini Maltin mhiex gdida. Lejliet kull elezzjoni kulhadd jesperjenza l-migjiet taghhom b’dik it-tbissima falza jittallbu minghajr misthija ghal vot meta qatt ma tkun rajthom b’nemes u meta jkunu xebghu jivvottaw kontra l-interessi tieghek ghax il-kap taghhom jghidilhom hekk, biex jghollulek dik u l-ohra u qed jittantaw jivvottaw kontra r-rieda taghna bhala cittadini li b’maggoranza  vvotajna biex jiddahhal id-divorzju.

Kien hemm xi whud bhal Franco Debono u Jean Pierre Farrugia li pprovaw juru li lesti jaqbzu ghan-nies li tellghuhom, izda kif il-partit issikka ftit fuqhom ikkrollaw. JPO biss baqa’ sod u minkejja li qarraq qabel l-elezzjoni bil-biki tal-kukkudrilli u ttanta jeqred il-Mistra, ma nistghux ma nfahhruhx fuq lis-stand li ha u baqa’ jsostni favur id-divorzju.

Hija stramba kif l-aktar MPs li qed jghidu li se jastjenu jew jivvotaw kontra huma l-aktar li ghandu jkollhom il-kuxjenza tniggizhom.

Austin Gatt?

Jara lil kulhadd dubbien u mill-aghar mac-cittadin; l-aqwa li kontra d-divorzju.

Beppe Fenech Adami?

Mhux bilfors m’ghandux bzonn id-divorzju ghax jekk ikun iridu jaghtuh minn wiehed sat-tnejn fuq il-platt bhalma m’ghamlu lil huh. Il-familja Fenech Adami fuq l-idejn mal-Kurja!

Min qal li l-ipokrezija mhiex karatteristika tar-religjon biss?

Dawn fejn iridu tmisshom il-kuxjenza; bhal meta jridu juru lill-votanti kemm huma MPs qaddisin u ezemplari; halliha li fejn iridu jinjoraw il-kuxjenza ghal kollox. Bhal meta gew biex jivvotaw favur l-gholi tad-dawl u l-ilma.

Ahna m’ahniex qed nikkritikaw id-decizjoni li dawn il-kommoditajiet importanti joghlew, imma jekk inti ghandek kuxjenza Kattolika, allura l-ghajta ta’ hafna minn dawk li vvotawlek u li xebghu jghidulek kemm qed ibatu minhabba l-kontijiet u t-tahwid li kompliet thawwad l-ARMS, ma missitilhomx il-kuxjenza.

Milli jidher, din il-kuxjenza portable jew kif qal xi hadd gharef hafna a la carte. Tohrogha u tuzaha meta jaqbillek u tiehu li tista’ minnha!

Ahna tal-Mazzun nafu li l-PM u l-MPs qed juzaw il-kwistjoni tal-kuxjenza bhal ghodda ohra propagandistika partiggjana li forsi l-aktar wiehed li pprova juzaha b’mod li rnexxielu jdahhaq lil Malta kollha biha kien il-Ministru Tonio Fenech u l-famuza twissija tieghu li bid-divorzju ha ngieghlu l-Madonna tibki. Kemm hargitlu l-kuxjenza dakinhar ghax jaf li hafna Kattolici xjuh u mohhom mimli biza’ u moffa kienu se simpatizzaw mieghu. Wara kollox, kulhadd vot wiehed ghandu!

Qatt ma messitu l-kuxjenza meta b’daqqa ta’ pinna aghmel il-hajja ta’ tant familji aktar difficli b’kontijiet li gholla f’daqqa. U qatt ma messitu l-kuxjenza meta lliberalizza l-gass u minflok rahas bhal f’pajjiz ohra fl-UE, ghola b’tlett darbiet. Lanqas ghal dawk il-familji li gew jghidulu li m’ghandhomx flus biex ihallsu d-dawl u se jaqtghuhulhom ma harrgitlu l-kuxjenza u llum uhud minnhom bix-xemgha qeghdin bhal fil-Medjuevu.

Din tal-kuxjenza mhi xejn hlief bicca ipokrezija li tqallgha li issa qed tohrog fl-apert aktar ghaliex dawn is-suppost rapprezentanti tal-poplu ma jridux jaghmlu dmirhom u jivvotaw favur il-mozzjoni tad-divorzju ghax imwerwra li jitilfu s-siggu.

Naslu biex nghidu li whud minnhom m’ghandhomx kuxjenza; ghandhom biss instint politiku li jiddettalhom x’jaghmlu biex jibqghu fl-arena politika ggranfati mas-siggu tal-poter; u ghalhekk il-Prim Ministru jidher daqshekk dghajjef u mgerfex ghaliex jaf li jew jitlef il-gvern jew jitlef il-ftit rispett li fadallu; rispett li zgur mhux se  jgibu lura fl-elezzjoni tas-sentejn ohra.

Nixtiequ nghidu lill-MPs biex ma jibqghux jipprovaw jimpressjonawna bil-kuxjenza ghax ahna tal-Mazzun bil-kemm nemmnu li ghandhom wahda ahseb u ara kemm din tniggizkom. Il-manuvri li qed isiru mill-PM u l-PN huma biss attentati ddisprati biex il-gvern ma jitlifx il-maggoranza; u dan juri kemm il-PN sar partit li l-principji ma’ jiswew xejn.

U din hija hasra!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: