Home > Opinion > Parir lill-Filippini: Kemm aħna sbieħ minn jaf jarana!

Parir lill-Filippini: Kemm aħna sbieħ minn jaf jarana!

Fidili jissalbu b'imsiemer ta' vera fil-Ġimgħa l-Kbira fil-Filippini

L-esperjenza qarsa tal-Knisja Kattolika Maltija għandna x’tgħallem sew lil dik tal-Filippini, l-aħħar stat suppost sekulari fid-dinja li għadu ma daħħalx id-divorzju. Jekk fil-Filippini jridu, jew ma jridux idaħħlu d-divorzju, l-Knisja Kattolika Filippina għandha eżempju tajjeb x’tieħu minn Malta!

Jekk il-Knisja fil-Filippini trid li dawk favur id-divorzju jirbħu, kull ma trid tagħmel huwa:

1) Tbeżża lill-fidili bl-Infern u d-Dnub Mejjet jekk ilissnu kellma favur id-divorzju.

2) Tagħlaq ħalq dawk il-qassisin moderati u li jitkellmu bis-sens (forsti anke teżiljahom il-Messiku għax ‘il bogħod biżżejjed).

3) Toħroġ apoloġija li tkun embargoed u titwassal biss meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet.

4) Tħalli xi erba’ fanatiċi Kattoliċi joħorġu b’billboards taċ-ċajt u jimmaġinaw li l-Madonna qed tgħaddilhom il-messaġġi fuq għolja żgħira u tbeżżagħhom bit-terremoti (Nota: il-Ġappun viċin tal-Filippini!).

5) Tagħmel minn kollox biex id-dibattitu dwar id-divorzju jsir żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira ħalli dawk li tradizzjonalment jissalbu b’imsiemer ta’ vera jkunu jistgħu jitkellmu kontra d-divorzju minn fuq is-salib.

6) Titħabbeb sew ma’ ministri importanti fil-gvern li kapaċi jaraw il-Madonna tibki.

7) Tikri s-servizzi ta’ Joyce Cassar, Arthur Galea Salomone, Anton Gouder, Arthur Said Pullicino, Mario Grech, Andre Camilleri, Anna Vella u bella kumpannija bħala kelliema ewlenin għall-kampanja tagħha.

8) U l-aħħar u mhux l-inqas, tuża termini pittoreski ħafna bħal “ilpup” (tgħid hemm ilpup ta’ vera l-Filippini?) u “briganti” għal dawk li jgħaddi mill-garigori ta’ moħħhom li jgħidu li huma Kattoliċi u favur id-divorzju fl-istess ħin.

Bejn wieħed u ieħor dan huwa x’għandha tagħmel il-Knisja Kattolika Filippina jekk trid li tpaxxi lil dawk favur id-divorzju fil-Filippini u ttihom rebħa fuq platt!

Advertisements
  1. September 10, 2011 at 3:41 pm

    Tabilħaqq il-Filippini għandhom id-drawwa ħarxa li jissallbu u jsawtu lilhom infushom.
    Ovvjament jiġbdu ħafna turisti biex jaraw dan l-ispettaklu makabru.
    Ir-rata ta’ familji mkissra hi għolja u hemm il-possibbilta’ ta’ prostituzzjoni ma’ tfajliet żgħar ħafna bil-kwiet. L-Arċisqof ta’ Manila hu kontra d-drawwa tat-tislib u swat, iżda daħlet fl-egħruq.

  2. September 10, 2011 at 4:01 pm

    Tema differenti – Il-11-9-2011 – 10 snin ilu seħħet waħda mill-ikbar traġedji umani fl-Amerika taħt il-Presidenza ta’ GW Bush (Jr). Irrid nagħmel xi riflessjonijiet imparzjali. Ħafna ma jaħmlux lill-musulmani għax iħaddnu twemmin mawmettan, għandhom imġieba ma taqbel xejn ma’ dik ewropeja, amerikana, awstraljana u orjentali. Iżda huma ħolqien t’Alla wkoll u għandna nagħtuhom eżempju tajjeb soċjali billi neżerċitaw il-ġustizzja bla kulur u reliġjon. Il-mibegħda, mibegħda ġġib u ġġibha fuq livell aktar aħrax. Huma jemmnu f’għajn għal għajn u sinna għal sinna. It-Testment il-Qadim hekk jgħid taħt Mose’. Aħna li nemmnu fi Kristu, iċ-Ċentru tat-TĠ, qatt ma nużaw it-tpattija? Qatt ma nkunu l-Qorti?
    Avolja Ġesu’ wissiena li aħjar nirranġaw ma’ ħutna milli nispiċċaw il-Qorti u li qabel ntellgħu l-offerti tagħna fuq l-artal, inkunu paċi ma’ xulxin. Il-musulmani jħaġġru lill-prostituti; aħna ninkoraġġuha l-prostituzzjoni – l-aqwa l-flus. Mela għandna ħafna x’inxommu u jaqbel ħafna li nsiru bnedmin ta’ rieda tajba. Hu l-eżempju li jkaxkar u mhux il-priedki imqar dawk ta’ fuq l-artali.

  3. September 21, 2011 at 1:33 pm

    A timely reflection. In theology, the virtue of faith is extolled beyond description. Even Jesus mentioned faith a good number of times when healing the sick and the weak.
    Personally, I have lost faith in many things, thanks to my fellowmen’s insipid and selfish behaviour. Empty promises and enticing statements soon wear our and leave small impact these days.
    Yes, we have had more than just enough of such trash. Next comes hope – a forlorn hope takes us nowhere and so leads to despair. Lastly, there’s charity or love. Ah, I rate this the greatest virtue, ‘Love thy neighbour as thyself’.
    The world will surely be better if love for one another imbibes our hearts.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: