Home > News, Opinion > Milli jidher ma jafux jistħu dan-nies!

Milli jidher ma jafux jistħu dan-nies!

 

Dun Gouder ma jaghmilx ghajb lill-aktar avukat Makjaveljan li ghandna fil-qorti Maltija. Jghawweg u jdur mal-lewza u jghid xi jghid, il-poplu la emmen lilu, la lill-Arcisqof u wisq anqas lill-Isqof t’Ghawdex ghaliex minkejja dik il-pressjoni tremenda xorta vvotaw favur id-divorzju.

Bl-Ingliz lil xi hadd bhal Gouder isejhulhu unrepentant – li tfisser xi hadd li ma jiddispjacieh qatt u tifhimhom xi ftit lil dawn in-nies ghax tant ilhom jiddettaw lill-poplu Malti u lill-Gvern Nazzjonalista li mhux facli li f’daqqa wahda jigu njorati. Wara kollox, dawn in-nies certi li ghandhom lil Alla maghhom.

Izda kif jista’ Gouder jiggustifika t-tghajjir isteriku ta’ l-Isqof Grech anke jekk hu spirat mill-Bibja? Mela nistghu naqbdu u nimmassakraw il-popli li mhumiex meqjusa bhala dawk maghzulin t’Alla ghax fl-Antik Testment hekk ghamlu l-Lhud fuq kmand t’Alla?

L-istess Gouder jiddelitta b’dik li tissejjah logika cirkulari specjalment meta staqsewh ghalfejn qaghdu jbezzghu bid-dnub: “Li tghid li xi haga hi dnub m’intix tbezza’, tista’ tghid li jien zbaljat li nghid li huwa dnub imma jekk huwa dnub m’inix inbezzghek.”

Gouder kien l-ewwel wiehed li hareg jghid li tivvota iva dnub, imbaghad meta l-isqfijiet bdew jahsbuha darbtejn ghax kienu diga xammew il-poplu jdur kontrihom  ipprovaw ibengluha. Gouder kien jaf ezatt l-effett ta’ dak li qal fuq il-mezzi tax-xandir u kkalkula li kien se jkollha l-effett li xtaqt fuq il-poplu, li jbezza’ minkejja li diversi teologi qalu li ma jaqblux mieghu. U din ohra–jista’ xi hadd jispjegalna ghalfejn fuq materja li suppost huma esperti fuqha–x’inhu u x’mhuwiex dnub lanqas il-qassisin u t-teologi ma bdew jaqblu?

Bl-istess argument ta’ Gouder, jekk hu zbaljat li qal li tivvota iva huwa dnub, mela qal hekk biex jinganna lil dawk li jaf li lilu se jemmnuh.

Fuq ir-rizenja tieghu, mhemmx ghalfejn jghidilna hu li l-Knisja ma tuza l-ebda forma ta’ demokrazija jew meritokrazija biex tlahhaq lin-nies fil-gerarkija taghha. Il-Knisja m’ghandha l-ebda kredenzjali biex titkellem fuq id-demokrazija u fuq id-drittijiet tan-nisa ghax it-tnejn ma temminx fihom.

Nafu wkoll li bhal fil-politika, il-Kurja hija mikula minn manuvri politici biex jilhaq dak u l-iehor, jigifieri Gouder mhux se jimpressjonana billi jipprova jghidilna li l-Knisja tlahhaq in-nies skond il-mertu taghhom u mhux skond il-manuvrar u l-lobbying. kieku xi hadd bhal Dun Joe Borg ma jaghmilx li jrid minghajr lanqas biss ikellmu l-isqof!

Fl-ahhar mill-ahhar, din l-intervista qasira wriet li jigri x’jigri l-Knisja ma tammettix zball. Gouder lanqas ammetta li dik l-ispeci ta’ apologija li ghamlu fil-lejl tar-referendum kienet finta kbira li aktar ifferoccjat lin-nies milli kkalmathom.

Nispiccaw biex nghidu li Dun Anton Gouder baqa’ bl-istess mentalita’ li kellu meta kkordina l-kwistjoni ta’ l-iskejjel tal-knisja fl-1977 u qed juri biss li nies bhalu jinsabu fossilizzati u maqtugha mir-realta’ u li din taghtihom ‘il gewwa ghax qed juru li m’ghadhomx validi — xi haga li wrihom il-poplu Malti fir-referendum li ghadda.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: