Home > News, Opinion > Astensjoni = għalabiebiżmu mir-rieda tal-poplu

Astensjoni = għalabiebiżmu mir-rieda tal-poplu

L-għada li ħareġ ir-riżultat tar-referendum storiku bdejna bil-manuvrar politiku. Ma tantx ħallewna ngawdu wisq ir-rebħa ta’ l-IVA! Il-Prim Ministru u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ddeċidew li jagħtu free vote fil-Parlament meta tiġi biex tgħaddi l-liġi tad-divorzju. Dan ifisser li kull deputat fuq in-naħa tal-gvern se jkun jista’ jivvota liberament skont il-kuxjenza. Dan ifisser ukoll li kull deputat li fil-Parlament mhux se jkun qed jivvota favur il-liġi fir-realta’ mhux se jkun qed iwettaq ir-rieda tal-poplu. Għalina tal-Mazzun l-unika għażla li għadhom dawn id-deputati huwa li jivvutaw skont il-kuxjenza kemm iridu, jastjenu kemm iridu, u wara jirriżenjaw mill-Parlament għax ma jkunux jistgħu jirrappreżentaw iktar lill-poplu.


F’elezzjoni ġenerali, il-partit li jitla’ fil-gvern ikollu mandat biex iwettaq dak li jkun wiegħed fil-programm elettorali. Jekk dan ma jagħmlux, min ikun tah l-appoġġ jista’ jirtiraħ permezz ta’ protesti jew fl-elezzjoni ġenerali ta’ wara. Dan ir-referendum dwar id-divorzju huwa mandat elettorali, bid-differenza li dan il-mandat issa jorbot liż-żewġ partiti li hemm fil-Parlament u mhux dak li hemm fil-gvern biss!

La jorbot liż-żewġ partiti, jorbot lill-Membri Parlamentari KOLLHA taż-żewġ naħat tal-Kamra.

X’inhu l-mandat li ta r-referendum? Li jiddaħħal id-divorzju skont il-kriterji kif imniżzla fil-mistoqsija referendarja. Issa, jekk xi deputat iħoss li għandu jivvota kontra għax, kif ingħad, din hija kwistjoni ta’ kuxjenza u valuri, allura jista’ liberament jivvota kif iħoss bil-konsapevolezza li qiegħed attivament imur kontra d-rieda tal-poplu. L-unika għażla li jifdlilhom dad-deputati hija li jirriżenjaw mill-Parlament.

Iżda dawk id-deputati li qed jaħsbu li se jeħilsuha lixxa għaliex se jastjenu, xorta għandhom responsabilta’ kbira fuq spallejhom. Jekk jastjenu, huma ma jkunux qegħdin iwettqu r-rieda tal-poplu lanqas għaliex ma jkunux qed jerfgħu r-responsabilta’ li poġġa fuqhom l-elettorat nhar it-28 ta’ Mejju. Għalkemm ma jkunux ivvutaw kontra, ma jkunux lanqas ivvutaw favur. Bil-Malti, la jridu jfuħu u lanqas jintnu!

U jekk fl-aħħar mill-aħħar jinstab li l-maġġoranza tal-Membru Parlamentari jkunu astjenew? Il-liġi tad-divorzju ma tgħaddix u s-sitwazzjoni tiggrava iktar. F’dan l-istadju mhix kwistjoni li jirriżenjaw biss dawk il-Membri Parlamentari li jkunu astjenew u vvotaw kontra imma li jxolji l-Parlament kollu għaliex ikun mar kontra x-xewqa ta’ l-elettorat kif espressa fir-referendum. Ikollna elezzjoni qabel iż-żmien.

Advertisements
  1. Ralph Cassar
  2. June 7, 2011 at 8:51 am

    Il-PM u z-zidiet. Certament mhux gest demokratiku meta l-finanzi nazzjonali ma jifilhux spejjez zejda. Dan l-atteggjament ta’ salarju doppju jfakkarni fil-famuza storja ta’ Dr Jekyll and Mr Hyde. Izda qghadt nahseb u ghaddieli minn mohhi li 40 sena ilu kien hemm xi hadd li bil-wicc tost u imprudenti zied lilu nnifsu Lm28 fil-gimgha. Dan kollu jigi minhabba l-egoizmu, l-arroganza u l-poter moghti lilu grazzi ghall-poplu. Dan l-ahhar qed tissemma ta’ spiss il-kuxjenza (?). Ponzu Pilatu staqsa lil Gesu’ x’kienet il-verita’ li kienet hemm quddiemu izda ma setax jaraha w inqas jifhimha. Jien ma nistax naghtih tort sa barrameta quddiemu ukoll kellu s-sacerdoti lhud tas-Sanhedriju li riedu bilfors isallab lil Gesu’. Il-kuxjenza ghal bosta hi wahda sempliciment ta’ konvenjenza – tip Dr Jekyll and Mr Hyde.

  3. June 7, 2011 at 9:22 am

    Malta hi fqira ghall-ahhar mir-rizorsi naturali u niddependu primarjament mit-turizmu li jissejjah ‘esportazzjoni invizibbli’ ghax bl-esportazzjoni, pajjiz idahhal flus barranin (foreign currency) li jghinuna meta nigu ghall-importazzjoni li Malta tant ghandha bzonn. Barra minhekk, it-turizmu jiggenera hafna mpjiegi f’diversi oqsma tal-ekonomija.
    Indikazzjonijiet mahruga mill-UNS juruna li t-turizmu mhux tant tajjeb anzi…Malta tilfet il-kompetittivita’ minhabba l-prezzijiet gholjin tort tat-tariffi esagerati. Dwar il-cruise liners, ovvjament dawn jghinu lill-ekonomija, izda l-passiggieri qishom ghasafar tal-passa. Settur iehor hu l-manifattura u dak tal-kostruzzjoni ghax minhabba li l-flus naqsu mill-bwiet, il-banek qed jezercitaw aktar kawtela minbarra l-fatt li l-imghaxijiet huma batuti u jkomplu jitfarrku bil-‘withholding tax’ ta’ 15%. L-inkwiet madwarna qed jissokta jgharraqna w aktar facli tkisser milli tibni. L-UE m’ghandhiex ghalfejn tfahharna ghax bit-trumbetti l-Maltin ma jiklux – hemm bzonn taghtina fondi. Ta’ spiss nisimghu, ma tghaddix gimgha, li ma jhabbrulniex li l-UE ikkofinanzjat xi progett. Pero’ qatt ma nisimghu kemm qed nikkontribwixxu ahna. Perezempju, Malta harget xi €90 miljun ghal Grecja minn flusna! Il-bagit li jmiss ma jistax ikun tajjeb ghax ga hemm shab iswed fuq ix-xefaq. Hag’ohra minhabba d-direttivi tal-UE dwar il-finanzi kif murija fil-bagit, se jkun prattikament impossibbli li nistennew prospetti tajbin ghax id-dejn nazzjonali jrid jinzel sa 3% tal-Prodott Gross Domestiku u kif tafu ghadd ta’ stati membri gew meghjuna mill-UE sabiex il-valur tal-€ ma jitmermirx aktar. Tabilhaqq qed jigrilna bhall-qarnita.

  1. June 1, 2011 at 10:48 am

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: