Home > Opinion > X’ħareġ mir-riżultat tar-Referendum?

X’ħareġ mir-riżultat tar-Referendum?

Kif ivvutaw l-Għawdxin f'post tal-votazzjoni partikolari, skond il-kampjuni li jieħdu l-partiti politiċi. Dan il-kampjun jixhed il-vot qawwi ħafna favur il-LE.

GHAWDEX HUWA L-IRAN TAL-GZEJJER MALTIN

Ghadda lill-widnejna li hafna Ghawdxin qed jahsbu darbtejn jekk jivvotawx favur il-mina taht il-bahar li ssugerixxa li tinbena biex tghaqqas il-Malta u Ghawdex Chris Said.

Dan wasal ghall-konkluzjoni logika tieghu wara li rraguna li jekk kapaci jibnuha l-Inglizi u l-Francizi, kapaci jaghmlu l-istess Zaren Vassallo u c-Caqnu jekk jaghtihom 500 miljun ewro.

Jidher li hafna Ghawdxin ma jridux jassocjaw irwiehhom aktar mal-Maltin. Mistoqsija kif se jaghmlu biex il-Maltin xorta jibqghu jzuru l-Ghawdex halli l-Ghawdxin ikunu jistghu jibqghu jdawru ftit ir-rota, dawk li kellmuna qalu li se jibdew jimxu ma’ procedura fejn ihallu c-cavetta tal-flat jew il-farmhouse x’imkien u l-Maltin jigbruha.

Il-flus jistghu jibghatuhom minn qabel f’forma ta’ cekk jew mail-order. Dan minhabba li l-Ghawdxin imexxija mit-tant qaddisa Beata Giovanna Debono jhossu li ma jistghux jaghmlu kuntatt aktar mal-laxki u d-diskli Maltija li vvotaw favur id-divorzju u jirriskjaw li jitilfu ruhhom ghal dejjem.

AUSTIN GATT SE JIRREZENJA?

Tghidx kemm hassejna n-nuqqas t’Austin Gatt fis-sala tal-ghad tal-voti. Is-soltu tarah ihuf ‘l hawn u ‘l hinn, gieli jikxef snienu u jbikki lil xi hadd b’xi kumment Kristjan li jhobb jghid imma di’d-darba ma rajnieh imkien u nixtiequ nsibuh hafna.

Bhalissa Malta kollha tinsab fuq ix-xwiek tara jekk Austin Gatt hux l-epitomija ta’ l-irgulija u hux se jaqbad u jirrezenja bhalma qal li se jaghmel fil-parlament. Wisq nahsbu li se jgib xi skuza jew jirrizenja u Gonzi jghidlu li ma jilqaghhiex.

ALLA TRUX JEW GHAZEL MA JISMGHAX LIL TAL-LE?

Tghid Alla zamm ma naha taghna ghax urejna l-hniena u vvotajna biex nghinu lil min ghandu bzonn id-divorzju ghalhekk ir-referendum ghadda favur id-divorzju?

Ahna tal-mazzun hekk nahsbu ghax Alla li jista’ kollox ma setghetx ma’ semghax il-gelgul ta’ talb li kien gej minn din it-toqba ta’ gzira lejliet ir-referendum. Lanqas seta’ ma jarax ix-xemghat li xeghlu l-Knejjes favur il-familja u l-gabirjoli ta’ Angelik, jistira u jinstabat fuq Borg in-Nadur forsi jigbed l-attenzjoni tal-Madonna forsi tghaddilu kelma divina.

Jew ma tax kashom ghax m’osservawx il-ligi elettorali u ghamlu kemm setghu biex kissruha halli anke l-aktar xih maghtub, trux, mutu u zmagat jivvota le?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: