Home > Features > L-Importanza tas-sekularizmu (It-tieni parti)

L-Importanza tas-sekularizmu (It-tieni parti)

Illum johrog ir-rizultat jekk il-bilanc se jaqlibx lejn is-sagru jew is-sekulari.

Karatteristika importanti ohra ta’ din il-mewga sekulari kien li-kapacita’ li tispjega u tiggustifika s-separazzjoni bejn istituzzjonijiet socjali u politici mir-religjon. Dan wassal biex jibdew jintuzaw zewg kliem importanti fid-deskrizzjoni tas-socjeta’: s-“sekularita’” u s-“sekularizmu”.

Is-sekularita’ tista’ tigi osservata b’mod oggettiv u anke mkejla minn hafna studji bhall-istorja, is-socjologija u x-xjenza politika. L–istorja ta’ pajjiz joffri kejl tas-sekularita’ kulturali: kif certi aspetti tal-kultura huma aktar risponsabilita’ tar-religjon filwaqt li ohrajn mhumiex.  F’pajjizna, is-sekularita’ kulturali hija baxxa ghax hafna mill-kultura taghna gejja mill-influwenza tal-festi u tal-knisja fuq is-socjeta’ taghna; influwenza li ilha gejja hafna u li l-kolonjalisti Ingliza ma missewhiex ghaliex kienu jafu li r-religjon huwa mezz tajjeb li zzomm poplu mjassar kwiet u that kontrol.

Din dehret l-aktar fiz-zmien l-Arcisqof Mikiel Gonzi fejn kif dahhal f’mohhu li Mintoff se jdahhal il-Protestantizmu f’Malta bl-Integration, hareg qatta’ bla habel kontrieh. Mhijiex kumbinazzjoni li l-Prim MInistru li qed jehodha kontra d-divorzju kunjomu Gonzi wkoll u t-tnejn se jibqghu maghrufin ghar-resistenza li offrew lill-hsieb progressiv jidhol f’Malta.

Fiz-zmien Gonzi, ftit jistghu jimmaginaw l-influwenza li kellha l-Knisja fil-hamsijiet u s-sittinijiet fejn sa kienu jidhlu fil-kamra tas-sodda u jekk koppja ma jkolliex hafna tfal, il-qassis konfessur jigbdilha l-attenzjoni ghax suppost taghmel it-tfal kemm tiflah. Halliha li b’dawk it-tfal kollha kien hawn faqar kbir.

Sas-snin sebghin films bhal A Clockwork Orange u The Last Valley gew iccensurati u ddahhlu Malta biss mal-migja tal-video-cassettes eghxieren  ta’ snin wara.

L-istess problemi bic-censura bqajna narawhom that il-Gvern ta’ Gonzi bil-fares suwed dwar drammi bhal Stitching u l-kitba ta’ Alex Vella Gera li minhabba fihom spiccaw il-qorti. Dawn mhux azzjoni ta’ pajjiz sekulari, izda ta’ pajjiz b’ligijiet li ghadhom imwahhlin fis-snin sittin u bi gvern li jibza’ jbiddilhom ghax jurta l-Knisja.

Il-Kontroll Religjuz

L-istudju socjologiku tas-socjeta’ jista’ jikxef kif istituzzjonijiet socjali  jirnexxielhom jaharbu mill-kontroll religjuz filwaqt li ohrajn jibqghu taht influwenza religjuza.

L-istituzzjoni taz-zwieg hija ezempju car f’pajjizna hekk kif it-taghlim dwar l-ippjanar tal-familja huwa kollu f’idejn il-Knisja bl-accenn taghhom fuq mezzi ta’ kontracezzjoni naturali li l-ebda mhi effettiva daqs il-condom u l-coil.

Il-kwistjoni tal-kontracezzjoni mhiex daqshekk differenti minn dik tad-divorzju ghax hafna qassisin zaghzagh jafu li hafna koppji juzaw il-kontracezzjoni, izda jaghlqu ghajnejhom; filwaqt ohrajn aktar xjuh icanfru lil dawk li juzaw il-kontracezzjoni ghaliex mhuwiex permess mill-Knisja. Min minnhom ghandu ragun? U jekk huma x-xjuh, ghalfejn il-Knisja ma tinfurzax l-uzu ta’ kontracezzjoni naturali? Ghaliex hafna koppji ha jghidu lill-Knisja li jekk ikollhom hafna tfal mhux se trabbihomlom hi!

Ma nistghux ma nsemmux l-annulamenti tal-Knisja li huma ferm aktar importanti u validi minn dawk ta’ l-istat. Li kieku jigi nfurzat l-uzu tal-condom u l-coil, kieku l-Knisja Maltija jkollha kontroll assolut fuq il-familji Maltin.

L-istudju politiku tal-konstituzzjoni, il-ligijiet u burokrazija tal-pajjiz lkoll jistghu juru kemm il-gvern huwa influwenzat mill-Knisja. F’Malta, il-fatt li r-religjon Kattolika giet imdahhla f’parti prominent tal-kostituzzjoni fl-1974 meta saret republika taghti sahha kbira lir-religjon Kattolika. Ma’ dan rridu nzidu l-influwenza kbira ta’ dan it-twemmin fuq il-ligi Maltija u l-burokrazija mimlija qassisin, sorijiet u lajci msiehba f’assocjazzjonijiet religjuzi lkoll juru kemm il-gvern Malti baxxa hu sottomess ghar-religjon Kattolika u kemm ghandu sekularita’ baxxa.

Huwa ghalhekk li l-Knisja tara s-sekularizmu bhala perikoluz u l-Papa Benedittu l-hin kollu jitkellem fuq il-perikli tas-sekularizmu. Huwa minnu li s-sekularizmu huwa perikoluz ghat-twemmin religjuz ghax fih innifsu jemfasizza d-distinzjoni bejniethom. U jekk din id-distinzjoni ssehh, is-sahha tar-religjon fuq imhuh in-nies tidghajjef hafna. Ghalhekk il-Papa ghandu ragun jibza’ mis-sekularizmu, izda kif rajna f’pajjizna dan l-ahhar xahar, li kieku kien hawn aktar sekularizmu, l-affarijiet kienu jiehdu laqta’ ferm differenti.

(Jissokta ghada)

Advertisements
  1. Sapereaude
    June 3, 2011 at 4:27 pm

    Ir-reliġjon Kattolika mhux fil-Kostituzzjoni ta’ l-1964 daħlet?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: