Home > Opinion > Ir-rebħa ta’ l-ilpup, briganti u dawk verament fil-bżonn tad-divorzju

Ir-rebħa ta’ l-ilpup, briganti u dawk verament fil-bżonn tad-divorzju

Ahna tal-Mazzun qisna bahrin fis-sakra bhalissa bil-ferh! Dak li tant stinkajna ghalih minn dan il-blog fl-ahhar gimghat kellu jsehh! Mhux ghax konna fiducjuzi hafna l-Hadd kmieni filghodu imma dak li rajna fis-sala ta’ l-ghadd tal-voti kienet il-konferma li Malta issa harget mill-Medju Evu u ma tridx lill-Knisja Kattolika Maltija tibqa’ tizzattat u tindahal f’affarijiet purament sekulari!

Ahna kburin li ahna “lpup”, “birganti”, u “tradituri”! Ahna kburin li sfidajna lill-Knisja meta din hedditna li se mmorru l-Infern jekkk nivvutaw IVA. Ahna kburin li nehhejna l-maskra ta’ Angelik Caruana ta’ Borg in-Nadur. Ahna kburin li ma hellejniex nies bhal Clyde Caruana jimpressjonana.

Imma fuq kollox ahna kburin li tajna l-appogg ghal kampanja biex f’Malta jidhol id-divorzju li tant hu mehtieg minn koppji Maltin li jixtiequ jibdew hajja gdida u li ma jistghux igibuh minn barra kif kellhom il-privilegg xi Maltin sa issa.

Ghalhekk ejja niccelebraw u niehdu pjacir b’dan il-mument. U meta nigu ftit f’taghna nibdew naghmlu l-analizi ta’ x’gara u x’jista’ jigri, issa li l-attenzjoni ddur fuq il-Parlament u l-partiti politici Maltin li issa jafu ezatt x’irid il-poplu Malti!

 

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , , , ,
  1. May 29, 2011 at 4:06 pm

    PROSIT lill-IMDAWLIN. Wara l-hafna tghajjir hareg il-bnazzi. Wiehed kien jistenna attitudni kristjana mid-dinjitarji tal-KK u mhux johorgu bl-iskuzi. Kellhom c-cans kollu li jirregolarizzaw il-pozizzjoni taz-zwieg f’Malta, izda ma sar xejn u dan issa ammettewh huma stess. Dawk li ma hadux l-assoluzzjoni issa hadu sodisfazzjon u kieku hallew did-dinja, Gesu’ kien ihenn ghalihom u f’Jum il-Haqq kien isibilhom kamra fejn jghammru mieghu. Jekk tabilhaqq kellhom soghba ghan-nuqqasijiet taghhom, il-mahfra haduha. Il-konfessur ma jahfirx dnubiet u hu nnifsu hu midneb. F’isem il-Mulej jistghu jinhafru d-dnubiet u f’isem hadd aktar.

    Irrid naghti prosit b’mod partikolari lill-Av. Deborah Schembri ghall-mod civili ghall-ahhar, u l-perswazjoni flimkien mal-konvinciment li kienet kapaci turi f’kull dibattitu li ffaccjat. Nawguralha aktar xoghol fejjiedi u nhajjarha tikkontesta l-elezzjoni li gejja. Malta ghandha bzonn kbir ta’ nies tal-kalibru taghha.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: