Home > Opinion > Referendum Ivvizzjat

Referendum Ivvizzjat

U tghid mhux se jiddeciedu ghalina qatta' sorijiet li qatt ma hargu mid-dar!

Sfortunatament, dak li ilna xahar navzaw li se jigri gara!

Konna ilna nghidu li tal-“Le” mhux se joqghodu kwieti u jobdu l-ligi elettorali ghax meta minghalik li int imnebbah minn Alla, mhux difficli li tghawweg u anke tikser il-ligi u kollox waqa’ fuq widnejn torox.

Vera tal-misthija ghax gara dak li gara fis-sittinijiet.

Din il-Knisja “moderna” Maltija ma titghallem qatt u biex tkompli tinsultana, harget apologija wara li ghalqet il-votazzjoni. Ghalfejn jahsbu li semmejna din il-blog, mazzun?

Possibli ma kienux jafu li din l-apologija ha taghmel is-sitwazzjoni aghar?

Daqshekk irresponsabbli l-isqof li jkompli jifferoccja min diga kien ferm irrabbjat b’dak li halla jigri?

Tant ahna nsultati, li bil-quddiem qed nghidu li l-elezzjoni kienet manigjata hazin u l-operat tieghu kien ivvizzjat b’dikjarazzjonijiet insolenti ta’ l-Isqof t’Ghawdex u theddid minn taht mill-Knisja kontra dawk il-Kattolici li kellhom f’mohhom jivvutaw iva.

Dan flimkien jista’ jitqies bhala corrupt practice li l-Kummissjoni Elettorali jew kellha struzzjonijiet li tinjorahom jew ma nghatatx l-attrezzament mehtieg biex tikkontrollahom. Kien ix-xoghol tal-Kummissjoni Elettorali li tilqa’ ghal dak li ghednilha u qalulha hafna ohrajn, inkluzi ta’ l-Iva stess u l-Partit Laburista. Konna ilna navzaw li kien se jkun hemm mobilizazzjoni kbira minn naha ta’ l-istrutturi tal-Knisja u llum ghandna l-provi kollha b’ritratti u xhieda; u dawn mhux se nhalluhom fuq xi xkaffa. Se nwassluhom fejn hemm bzonn, kemm f’pajjizna kif ukoll fl-Unjoni Ewropeja sabiex nuru lil kulhadd kif gie manipulat dan ir-referendum halli tghaddi tal-Le f’pajjiz li suppost ihaddan id-demokrazija.

Huwa tassew kas ta’ deficit demokratiku li jkollok il-mekkanizmi kollha li suppost jiggarantixxu process elettorali jew referendali nadif u bilancjat u dan jithalla jigi manipulat bil-mod li rajna meta l-gvern u l-kummissjoni elettorali tieghu kienu jafu li hekk se jigri.

Nafu wkoll li kien ta’ vantagg ghall-gvern li jigri hekk ghalhekk nisa ta’ deputati  u Kunsilliera Nazzjonalisti kien fuq ta’ quddiem biex jimmobilizzaw ix-xjuh f’djar ta’ xjuh ta’  Vassallo li kulhadd jaf l-allejanzi politici tieghu fejn qeghdin.

Kollox seta’ jigi evitat u jekk il-gvern u l-knisja jahsbu li bir-rizultat ta’ le fir-referendum se jkun rebhu, ghandhom zball kbir.

Le fir-referendum se jkun rizultat ivvizzjat u dan mhuwiex accettabbli f’socjeta li ssejjah lilha nnifisha demokratika u sekulari.

Laurence Gonzi u Joseph Muscat it-tnejn qalu li se jirrispettaw ir-rizultat tar-referendum jigi kif jigi. Wara dak li gara l-bierah, ahna zgur mhux se nirrispettaw ir-rizultat ta’ Le!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: