Home > News > Bdejna! Dak li bżajna li se jiġri fil-fatt QED JIĠRI! – aġġornamenti live

Bdejna! Dak li bżajna li se jiġri fil-fatt QED JIĠRI! – aġġornamenti live

Photo credit: Ray Attard (maltatoday.com.mt)

Il-flyer bil-Madonna tibki li tqassmu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel is-Sibt filghodu (Photo credit: maltastar.com)

Telefonata ta’ raġel li jirrakkonta dak li ġar fid-djar tal-anzjani tal-Mellieħa fl-aħħar jumejn biex l-anzjani jivvutaw LE:

Sorijiet tal-klawsura jinħarġu biex jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali ta’ l-1962

Fl-aħħar jiem konna esprimejna l-biżgħa tagħna li l-element reliġjuż se jilgħab rwol importanti fil-votazzjoni tal-lum is-Sibt. Smajna b’attentati biex illum jinħarġu jivvutaw ix-xjuħ, il-morda, is-sorijiet u l-patrijiet u ovvjament dawn jivvutaw LE. Storja li konna rajniha fis-Snin 60 u ħsibna li mhu ħa terġa’ tiġri qatt. Pero’ konna żbaljati! Ir-rapporti li deħlin is-Sibt juru li dawn l-oxxenitajiet bdew isiru! Per eżempju:

  • Il-Kappillan ta’ Ħaż-Żebbuġ huwa rappurtat li wassal personalment nies biex jivvutaw.
  • Users fuq FB innutaw membri tal-kleru ġewwa l-postijiet tal-votazzjoni mhux biex jivvutaw imma jkellmu lin-nies
  • Joseph Muscat jgħid li diġa’ rrapporta każijiet ta’ jsur tal-liġi elettorali lill-Kummissarju Elettorali Ewlieni (ara wkoll video hawn taħt).
  • Slaleb fuq il-mejda tal-assistenti kummissarji fil-kmamar tal-votazzjoni (rappurtata fuq Facebook) – għalkemm dan il-kurċifiss jista’ jintuża biex jittieħed ġurament minn votant, il-fatt li l-kurċifiss huwa espost b’dak il-mod fuq il-mejda jista’ jiġi interpretat bħala tfakkira ta’ x’qalet il-Knisja dwar id-divorzju.
  • ‎”Reports surfacing of residents at old peoples home in Mellieha asked if they wanted divorce before voting by supervisor. Electoral Commissioner on location admits he witnessed abuse and intervened.” (MaltaToday)
  • Flyers b’ritratt tal-Madonna tibki qed jitqassmu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel
  • Pazjenti jinħarġu bl-istretchers mill-isptarijiet privati
  • Saħansitra każ ta’ mara fuq il-wheelchair trasportata b’vann tal-ħobż!
Ara dal-video b’tal-IVA jipprotestaw kontra f’ċentru ta’ l-għadd tal-voti:

Aħna tal-Mazzun konna minn ta’ l-ewwel li wissejna li l-Knisja kienet qed tikser il-liġi bil-mod kif kienet qed thedded spiritwalment dwar il-vot tad-divorzju.

Advertisements
Categories: News Tags: , , , ,
  1. May 28, 2011 at 7:55 pm

    Xi ftit kummenti minn dawk li llum ivutaw “LE”

    1. Jiena qahba u vvutajt le ghax bid-divorzju nahseb li jonqosli l-business mhux hekk? Barra minn hekk Gesu’ kien ihobbhom lill-qhab imam lid-divorzjati le.

    2. Jien ragel mizzewweg u nghidha kif inhi d-dbielet inhobbhom. Ghalhekk naqlibha lill-mara right left and centre. Id-divorzju ma jghoddx ghalija ghax jekk niddivorzja xorta se nibqa’ nigri wara n-nisa – ghalhekk nibqa’ b’li ghandi. U fuq kollox d-divorzju u dnub akbar minn tieghi ghax jekk niddivorzja nkun qed nghix fid-dnub minn filghosdu sa fil-ghaxija 24/7 u kif qieghed nidneb biss meta mmur ma mara u wara jkun jista’ jinhafirli.

    3. Jien neguzjant kbir u kontra d-divorzju ghax dnub. Vera li nfotti fil-business u fit-taxxa imam dak dnub icken. Wara kollox Gesu’ kien hbieb ta’ dawk li jfottu fit-taxxa, bhal per ezempju Zakkew, imma kien kontra d-divorzju.

    4. Jien mara msawta. Ir-ragel ibellghali kull dak ta’ ponn gmielha imam gesu ghallimna nahfru u naghdru, ghalhekk jien naghder lir-ragel tieghi ghax miskin nervuz. Wara li naqla’ xi xebgha nghidlu biex immorru ftit sal-Knisja halli ninhaslu fl-ilma ta’ Gesu’ jew xi haga hekk, mhux hekk qalilna dak li dejjem igorr il-Bibbja mieghu. U fuq kollox jien ruh wahda ghandi u nhossni qisna l-qaddisa Santa Rita lit ant batiet f’hajjitha. Ghalhekk ivvutajt le. In-nisa msawta ghandhom jiehdu l-ezempju tieghi.

    5. Jien ragel mizzewweg u qieghed fil-katekumenat. Il-mara qalbitili xi darbi. Imma jien dejjem hfirtilha ghax hekk titlob ir-religjon taghna. Fuq kollox il-mara thobbni imam xi kultant ikollha daqsxejn ta’ eccitament f’hajjitha. Miskina ghadha ma fehmitx l-iskop tal- mixja taghna. Imma jien nahfrilha. Ma jimourtax li xi kultant ikolli l-qrun.

    6. Jien qassis pedofilu. Naturalment ivvutajt kontra d-divorzju. Id-dnub tieghi mhux daqshekk kbir daqs ta’ min ivvota favur. Wara kollox m’ghandix tort sa barra. X’tort ghandi meta nkun imdawwar minn tant abbatini gustuzi. U fuq kollox is-sitwazzjoni tieghi tfakkarni fis-song “Jesus loves the little children’. Anka jien hekk naghmel – mhux ezatt kif fiehem Gesu’ imam x’taghmel.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: