Home > Opinion > And the winner is … żgur mhux il-Knisja!

And the winner is … żgur mhux il-Knisja!

Issa lesta l-froġa. Il-votazzjoni fir-referendum tad-divorzju ntemmet u l-Ħadd wara nofsinhar inkunu nafu r-riżultat. Pero’ ikun x’ikun ir-riżultat, nafu żgur li l-Knisja se toħroġ telliefa. Għaliex telliefa anke jekk jirbaħ il-LE?

Jekk jirbaħ l-IVA, dan ikun sinjal li n-nies m’għadhomx li kienu u m’għadhomx imzazen (excuse the pun) u ma tistax tbeżżagħhom bl-Infern u d-Dnub Mejjet. Din tkun turija ċara li Malta fl-aħħar saret sekulari u l-attentati tal-Knisja biex toħroġ lix-xjuħ, sorijiet, patrijiet u morda biex jivvutawlha sa servew għal xejn. Il-Maltin saru jaħsbu b’moħħhom u jafu x’inhu ta’ Ċesri u dak li hu ta’ Alla.

Imma mill-banda l-oħra jekk jirbaħ il-LE, din tkun rebħa morra għall-Knisja għax dawk li vera xtaqu d-divorzju iktar se jirrabbjaw kontra l-Knisja li tellfithom DRITT ĊIVILI minħabba l-arroganza u l-indħil tagħha. Dik it-taparsi apoloġija li ħarġu l-isqfijiet u li kellha tixxandar wara l-għeluq tal-votazzjoni meta t-theddid sar waqt il-kampanja referendarja żgur li titfa’ iktar melħ fuq il-ferita.

Fuq medda medja u twila ta’ żmien dan se jkompli jbiegħed lin-nies mill-Knisja. Għalfejn taħseb li l-għadd ta’ nies li jmorru l-quddies nhar ta’ Ħadd naqas b’mod konsistenti fl-aħħar ftit għexieren ta’ snin? Il-knejjes iktar se jkompli jiżvujtjaw issa. U x-xjuħ li jkunu vvutaw LE msiekem mingħajr lanqas biss jaf x’laqathom għad imutu u posthom joħduh iż-żgħażagħ li llum huma favur id-divorzju imma x-xeħħa u l-kattiverja tal-Knisja ċaħħdithom minnu.

U nistħajjluk tgħidilna lilna tal-Mazzun: iva ħa ddumu għaddejin biha din id-diska tal-Knisja Kattolika Maltija? Ir-raġuni hija sempliċi. Sakemm il-Knisja Kattolika Maltija se tibqa’ tindaħal fil-ħajja sekulari ta’ Malta u ġġib ruħha qisu għadna ngħixu fl-1961 u mhux fl-2011, aħna tal-Mazzun se nibqgħu nikkritikaw lill-Knisja.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: