Home > News > Tal-LE iwasslu għal ċensura ta’ video tal-Mazzun – video ispirat minn Pasolini

Tal-LE iwasslu għal ċensura ta’ video tal-Mazzun – video ispirat minn Pasolini

Xi qaddies miexi mill-kamp tal-LE fl-art irrapporta l-video tal-Mazzun lill-YouTube

Bejn konna qed nistennewha u bejn ħasditna.  Il-video li ħriġna lbieraħ bit-titlu “Fl-Infern ma jikbrux fjuri”, ispirat mill-Infern tal-Canterbury Tales tad-direttur Taljan Pier Paolo Pasolini, film li ħareġ 40 sena ilu, ġie ċensurat minn YouTube. Ir-raġuni? Tingħata jekk tipprova tara l-video: il-video jikser ir-regoli dwar nudita’! Dan kollu għaliex fil-film ix-xjaten huma għarwenin u wieħed minnhom itajjar il-patrijiet u l-qassisin mill-warrani tiegħu!

Aħna tal-Mazzun żguri li xi “qaddis miexi fl-art” mill-kamp tal-LE irrapporta dan il-video lill-Google biex dan jitneħħa. Ma niskantawx li kien xi Clyde Attard jew xi appostlu tiegħu. Jew Arthur Galea Salomone għax għajjarnih “Taleban”. Kemm huma touchy ħej dan-nies!

Din ma kinetx sempliċi ċensura tal-filmat. Din kienet ċensura ta’ Pier Paolo Pasolini, wieħed mill-aqwa diretturi tal-films Taljani, fis-sena 2011!

Mela mhux talli tmur l-infern jekk tivvota favur id-divorzju, imma għadha tgħodd ukoll it-theddida l-oħra mill-Knisja Kattolika Maltija ta’ l-1961 li kellna fl-istampa ewlenija tagħna: ma tistax tara films “pastażi”! 

Dan ikompli jsaħħaħ il-fehma tagħna li Malta trid toħroġ mill-Medju Evu li tinsab fiha minħabba s-saħħa tal-Knisja Kattolika Maltija. Aħna se nibqgħu niġġieldu din il-battalja sakemm Malta tidħol fis-seklu 21 kif daħlu pajjiżi oħrajn żviluppati. Għada s-Sibt taf x’għandek tagħmel, apparti forsi tara l-final tac-Champions League.

Tant aħna ċerti li din kienet vendikazzjoni li l-istess video jinsab fuq YouTube u mhux ċensurat! Tistgħu tarawh hawn taħt! Alla faccia dei mangia santi cacca diavoli!


UPDATE: Grazzi għar-riżorsi u l-appoġġ kbir li qed nirċievu wara dil-ħniżrata, irnexxielna nerġgħu ntellgħu l-video oriġinali tagħna fuq il-YouTube. Grazzi lil Sabaoth Metatron.

Advertisements
  1. May 27, 2011 at 8:11 pm

    Nassigura lil min gieghel jithassar dan il-video FAVOLUZ li ghada, x’hin qed inkun nivvota IVA nkun qed niftakar fih!!!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: