Home > Features > L-Importanza tas-Sekulariżmu (L-ewwel parti)

L-Importanza tas-Sekulariżmu (L-ewwel parti)

Din l-ahhar gimgha semmejna hafna l-kelma “sekulari” u issa kif il-qigha kkwietat naqra, tajjeb li niddiskutu ftit xi tfisser ezatt din il-kelma u ghalfejn hi daqshekk importanti f’pajjiz li jixtieq li jilhaq il-livell ekonomici u intelletwali Ewropej.

Il-kelma “sekulari” gejja mill-kelma Latina, “saeculum” li tfisser tul fiss fil-hin ta’ mitt sena ghalhekk fil-Maltin nuzaw il-kelma seklu. Skond il-Kristjani Latini, “saeculum” kienet kelma importanti li tiddistingwi z-zmien fuq di’d-Dinja miz-zmien divin tas-saltna t’Alla. Ghalhekk jekk xi haga hi sekulari tkun qed tirreferi ghal xi haga tad-dinja u mhux t’Alla.

Id-dizzjunarju Ingliz t’Oxford jispjega l-kelma sekulari hekk: “Li ghandha x’taqsam mad-dinja u l-affarijiet taghha huma distinti minn dawk tal-Knisja u r-religjon.”

Wara r-Rinaxximent, il-kelma “sekulari” hadet tifsira gdida hekk kif hassieba bdew jindunaw li hafna affarijiet li qabel kienu jispjegawhom b’kuncett teologici(religjuzi), issa setghu jigu spjegati permezz ta’ gherf gdid imsejjah xjenza. Ghalhekk bdew jaghrfu li d-Dinja naturali hija mimlija affarijiet li ghandhom ikunu separati u independenti mill-kontroll tar-religjon.

L-osservazzjonijiet ta’ Galilew li wera bit-teleskopju ghall-ewwel darba li mhux kollox idur mad-Dinja u Koperniku li hadem il-matematika li turi bic-car li x-xemx kienet fin-nofs tas-sistema solari, taw spinta lil hsieb sekulari ghaliex zewg xjenzati kienu spjegaw xi haga li ghall-aktar minn elf sena, il-Knisja kienet tispjega hazin. Mela dan wera li x-xjenza hija ghodda ahjar biex tispjega d-dinja naturali mit-teologija.

Fost l-aktar zewg kuncetti importanti li mexxew is-sekularizmu ‘l quddiem kienu l-hrug ta’ l-ekonomija kapitalista u politika demokratika minn taht il-kappa tal-Knisja fis-sekli sbatax u tmintax. Bhala process, hafna bdew jifhmu li s-sekularizmu kien wiehed li ssehh bil-mod, pass wara pass, jghaddi minn diversi stadji u jevolvi. Sas-seklu dsatax, hafna hassieba progressivi diga kienu qed jaraw futur iddominat minn socjeta’ totalment sekulari.

(Jissokta)

Advertisements
  1. May 28, 2011 at 1:44 pm

    kont nahseb li- se jkun isqof tajjeb imma qed nara li- u cuqlajta

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: