Home > Opinion > Diskors ta’ kontradizzjonijiet ta’ l-Arċisqof Cremona

Diskors ta’ kontradizzjonijiet ta’ l-Arċisqof Cremona

Min jivvota "le" fir-referendum se jkun qed jivvota favur il-poter zejjed u l-flus tal-Knisja Maltija

L-ahhar diskors ta’ arcisqof Cremona fit-timesofmalta.com tkellem dwar is-sinjal divin tal-kontradizzjoni u spicca jurina kemm il-Knisja hija mimli kontradizzjonijiet.

Minn naha wahda, isostni li l-Knisja mhux mohhha fin-numri meta nafu li r-referendum huwa bbazat fuq in-numri; fuq min igib l-aktar voti favur jew kontra d-divorzju.

U  ghalhekk il-Knisja Maltija qed tiggieled daqshekk bl-ahrax kontra d-dhul tad-divorzju. Ghaliex, il-kwistjoni hija wahda ta’ numri; ta’ flus li se titlef il-Knisja meta josfrilha l-monopolju fuq l-annullamenti jekk jghaddi r-referendum favur id-divorzju, u l-imgarrba jsibu li ma jridux jqattghu tmien snin u jonfqu 7 000 Ewro biex jiehdu d-divorzju bhalma jigri fl-annullamenti tal-Knisja.

Minn naha l-Isqof jghid li hu d-dmir tal-Knisja li zzomm l-identita’ taghha meta l-istorja turina li l-Knisja tul dawn l-elfejn sena nbiddlet hafna ghax kieku ma’ baqghetx tezisti.

Iridu nghidu wkoll li l-Knisja dejjem iddefendiet l-identita’ taghha billi ghamlitha man-nobilta’, r-rejiet u l-imperaturi u billi hatfet gid u artijiet li ma kienux taghha. Prezz qares hafna biex tipprotegi l-identita’ taghha li vvalena l-missjoni  taghha u gerrex hafna nies li ndunaw li din il-missjoni mhi xejn hlief glieda ghall-poter.

U issa qed terga taghmilha. Qed tissagrifika lil min l-aktar li ghandu bzonn l-ghajnuna—dawk il-familji mkissra li l-membri taghhom ghaddejjin mill-Infern tad-Dinja.

Skond l-Isqof, il-Knisja m’ghandhiex interess tibni stat teokratiku ghax l-istorja ghalmitha li din tharbat il-missjoni taghha. Izda jekk inharsu lejn pajjizna, dan ilu mmexxi minn forzi teokratici li sahansitra dahhlu r-religjon Kattolika fil-Kostituzzjoni, fl-Iskejjel taghna u sa tawha l-jedd fuq iz-zwieg civili bit-trattat mas-Santa Sede ta’ l-1995 li ghamel il-PN.

Konvenjament, l-Isqof ma jsemmi xejn dwar dan u dwar l-omerta’ li ghandha f’hafna oqsma ta’ l-istat bhal fl-edukazzjoni u l-ligi (tisma’ certa mhallfin idahhlu lill-Alla fil-qrati b’mod li ma jaghmilx ghajb lill-qrati ta’ l-Iran jew tat-Talibani!).

U xi nghidu fuq l-influwenza tal-Gizwiti, l-Opus Dei, il-Museum, il-Karizmatici, Fokkolarini, Legion of Mary, Zghazagh Haddiema Nsara u tant ghaqdiet religjuzi Kattolici li hafna membri parlamentari Nazzjonalisti hargu minnhom?

U ma rridux ninsew il-Fakultajijet tax-Xjenzi Socjali f’Universita li suppost li hi Sekulari u minflok invazata b’dekani li mhuma xejn hlief qassisin politici li jsostnu l-pont li jghaqqad il-PN u l-Knisja!

Ahna tal-Mazzun nixtiequ nghidu lill-Arcisqof biex ma jinsultalniex l-intelligenza taghna. Mhux kull min jisimghu huwa fidil u jekk il-Knisja trid tinfluwenza s-socjeta’ bl-imhabba, dan trid taghmlu bil-fatti u mhux bil-paroli.  Billi tikxef lil dawk il-membri taghha li suppost li kellhom missjoni li jiehdu hsieb l-innocenti u minflok abbuzawhom bl-aktar mod goff u trawmatiku.

In-nuqqas tal-Knisja li tikxef il-mostri li thaddan fiha turi li mhux l-imhabba c-centru taghha, izda li zzomm il-kontroll ta’  l-imhuh tan-nies biex ma titlifx il-poter materjali u politiku li tgawdi; u dan mhu xejn hlief agir teokratika gej minn religjon li anke l-istruttura taghha hija teokratika u sessista.

Jekk Kristu kellu mhabba universali lejn kulhadd, mela ghandu mhabba kbira ghall-imgarrbin li qed ibatu minhabba l-familji mkissra u zgur li jkun jixtieq li jghinhom isibu l-imhabba mill-gdid u jergghu jrabbu familja bl-ghajnuna tad-divorzju.

Dan hu l-Kristu li nghazlu li nemmnu fih ahna. Kristu li jaghder, jifhem u jahfer–tlett kelmiet li tant kienu neqsin kemm mill-vokobularju tal-Knisja kif ukoll mill-grupp taz-Zwieg Bla Divorzju waqt dan ir-referendum.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: