Home > Opinion > X’tgħid il-Bibbja dwar id-divorzju?

X’tgħid il-Bibbja dwar id-divorzju?

Allura jekk iridu ninterpretaw il-Bibja kelma b'kelma, ma misshomx jigu accettati zwigijiet imhallta?

1.  Genesi 2:24 ma teskludix il-possibilita’ ta’ divorzju u zwieg mill-gdid.

2.  L-ebda silta mill-Bibja ma tghid direttament li z-zwieg huwa permanenti.

3.  Id-divorzju u z-zwieg mill-gdid huwa accetati mill-ligi li Alla ta’ lil Mose.

4.  Gesu jaccetta li n-natura tal-Ligi Muzajka ma tistax tinbidel. (Din il-ligi hija d-dokument li Alla suppost ta’ lill-Lhud b’intercessjoni ta’ Mose fuq il-Muntanja Sinai u li tikkontrollha l-hajja kollha taghhom.)

5.  Ezra u Malachi jordnaw lill-koppji ta’ zwieg imhallat biex jiddivorzjaw. Jekk nimxu mal-Bibja kelma b’kelma nistghu nghidu li din tipprojbixxi z-zwieg imhallat u allura kull min hu hekk qed jaghmel dnub? Mhemm xejn f’dan it-test li jghid li l-irgiel Lhud ma setghux jergghu jizzewgu.

6.  Gesu jwiegeb lill-Farizej, silta li hi kwotata f’Mattew u Mark li tghid: “Dak li jghaqqad Alla, il-bniedem ma jistax ihollu!” li tfisser li l-Farizej ma kellhom l-ebda dritt jghaddu verdett dwar id-divorzju. Il-koppji biss setghu jiddeciedu jekk iridux jinhallu mir-rabta taz-zwieg skond il-Ligi Muzajka.

7.  Alla jqis iz-zwieg permanenti u kull kopja ghandha zzomm dan f’mohha, izda whud ma jirnexxielhomx jaslu u ghalihom id-divorzju u z-zwieg mill-gdid minkejja li mhumiex mixtieqa, huma accettati.

8.  San Pawl qal lill-membri tal-Knisja ta’ Korintu li l-ghan ideali ghal-koppji separati jew divorzjati hu li jippruvaw jirrikonciljaw jew jibqghu celebati. Minkejja dan, kien jaccetta d-divorzja f’kas li l-mara jew ir-ragel jabbandunaw lil xulxin. Hu ma jghid xejn fuq zwieg mill-gdid.

KIF QED TARAW IL-BIBJA MHIEX KATEGORIKA DAQS KEMM QED ISOSTNI L-KNISJA KATTOLIKA MALTIJA FUQ ID-DIVORZJU U GHALHEKK IL-KATTOLICI JISTGHU JIVVOTAW IVA SKOND IL-KUXJENZA TAGHHOM.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: