Home > Opinion > Il-Gvern irid iqarraq!

Il-Gvern irid iqarraq!

Il-Ligi tal-Koabitazzjoni mhi se taghmel xejn ghas-separati. Il-PN qed jipprova jqarraq!

Hija tattika tassew tal-misthija u gharrieqa li tipprova tbellghaha lill-poplu li l-ligi tal-koabitazzjoni se tiehu post dik tad-divorzju jekk dan ma jghaddix.

Din hija tattika mmirata biex tqarraq mhux biss b’dawk li jinsabu fl-imrar ta’ din id-dinja jitqabdu mal-problemi taz-zwieg imkisser, imma anke lil dawk il-hafna nies ta’ rieda tajba li ghandhom zwieg sod, imma qalbhom tajba bizzejjed biex jivvotaw favur id-divorzju biex jghinu lil min hu anqas xxurtjat minnhom.

Fil-verita’, ir-rebha tal-“le” fir-referendum tkun tat daqqa tal-mewt doppja lil min hu sseparat ghaliex mhux se jkunu jistghu jiddivorzjaw u mhux se jkunu f’posizzjoni li jirregolarizzaw relazzjoni gdid li jkunu dahlu fiha wara s-separazzjoni.

L-unika mod kif koppji li qed jikkoabitaw ikunu jistghu jirregolarizzaw il-posizzjoni taghhom huwa jekk jidhol id-divorzju bhala ligi ghaliex dan jiftah il-bieb ghall-provizjonijiet li jkollhom jigu mdahhla fil-ligi tal-koabitazzjoni. Dan ifisser li n-nies se jinghata ghazla biex jiddovorzjaw u jizzewgu jew jiddivorzjaw u jikkoabitaw.

Il-gvern m’accettax li jippubblika l-ligi li jrid iressaq dwar il-koabitazzjoni u harab minn mistoqsijiet li sarulu f’Bondiplus u anke mill-Malta Independent ghas-semplici raguni li minkejja li l-gvern li diga hareg kontra d-divorzju qed jipprova jaghti stampa qarrieqa li l-ligi tal-koabitazzjoni se taghti lil min hu poggut xi drittijiet meta dan mhux minnu. Tant hu hekk, li hemm dubju kbar kemm il-ligi stess se tkun immirata ghal min hu poggut, imma aktar ghal dawk il-koppji maghmula minn xi nannu u neputi, jew zewg ahwa jghixu flimkien.

Dan juri bic-car li l-gvern m’ghandu l-ebda ntenzjoni li joffri lil min hu separat soluzjoni bhalma ma joffri d-divorzju.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: