Home > Opinion > Dispjaċir għal 2,800 darba

Dispjaċir għal 2,800 darba

Skont l-aħħar stħarriġ li sar ta’ l-opinjoni pubblika fl-aħħar jiem, jidher li l-IVA u l-LE qegħdin kważi ras imb’ras. Pero’ jekk ngħoddu s-sorijieti u patrijiet mill-kunventi, xjuħ akka tad-djar ta’ l-anzjani, morda u x’naf jien li tal-LE se jkaxkru biex jivvutaw favur tagħhom inkella anke huma jmorru l-infern mingħajr ma hemm għalfejn jivvutaw IVA, hemm ċans serju li l-LE jirbaħ. U hawnhekk niftakru f’dawk il-2,800 żagħżugħ u żagħżugħa li minħabba deċiżjonji politika mhux se jkunu jistgħu jixħtu l-vot tagħhom nhar is-Sibt. U jekk dawn kieku kellhom  jivvutaw, aħna konvinti li maġġoranza kienu jivvutaw IVA kif aħna ċerti li se jivvutaw il-maġġoranza taż-żgħażagħ li għandhom id-dritt tal-vot.

Aħna tal-Mazzun ma twelidniex ilbieraħ u nafu għaliex il-gvern ma ħalliex li żgħażagħ li għalqu t-18-il sena wara Ottubru li għadda ikollhom id-dritt tal-vot għaliex isimhom mhux fir-Reġistru Elettorali ta’ Ottubru li se jintuża għal dan ir-referendum. Ovvjament, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jixtieq li l-LE jirbaħ ir-referendum, mhux biss għaliex il-PN ħa pożizzjoni kontra d-divorzju u ta palata minn taħt lill-kamp tal-LE, imma anke għaliex zijuh l-Arċisqof Mikiel Gonzi żgur ikun kburi bin-neputi tiegħu.

Kif żviluppat il-kampanja, bil-Knisja Kattolika Maltija tiddeffes fin-nofs u timmobilizza r-riżorsi kollha tagħha kontra d-divrozju, inkluż theddid bl-Infern u d-dnub mejjet, u kif mexa l-kamp tal-LE, ħareġ ċar li dan mhux sempliċement referendum dwar id-divorzju imma referendum dwar jekk irridux li Malta tkun stat sekulari jew Malta tkun stat maħkum mill-Knisja kif konna 50 sena ilu.

Għalhekk dawk l-2,800 vot jieħdu dimensjoni differenti. B’riżultat li jista’ jmur kull naħa, irridu naraw jekk għadx jiddispaċina li dawn l-2,800 żagħżugħ u żagħżugħa ma ngħatawx id-dritt tal-vot. Kull vot se jgħodd nhar is-Sibt, u dawk li se jivvutaw se jiddeċiedu l-futur ta’ dawn l-2,800 żagħżugħ u żagħżugħa li ma jistgħux jagħmlu l-istess.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: