Home > Opinion > Alla tolleranti u jridkom tivvotaw IVA fir-Referendum (It-tieni parti)

Alla tolleranti u jridkom tivvotaw IVA fir-Referendum (It-tieni parti)

Kif tista' l-Knisja tinnegozja mal-gvern biex dnub bhall-koabitazzjoni taghmlu legali mbaghad tohrog daqshekk kontra d-divorzju?

(Ispirata minn kitba ta’ Aldo Lombardo)

Id-Dnub tal-koabitazzjoni

Il-koabitazzjoni qieghda tigi mbuttata miz-Zwieg Bla Divorzju u mill-Gvern bhala l-alternativa ghad-divorzju, izda kopja li tghix flimkien minghajr mhi mizzewga tkun qed tghix fid-dnub.

Ghalhekk staghgibna kif l-Arcisqof tkellem mal-Prim Ministru biex jirrangaw il-ligi tal-koabitazzjoni meta jaf li jkun qieghed jirrifjuta t-toleranza t’Alla u jivvinta ligi li taghmel dnub legali!

Bil-ligi l-gdida tal-koabitazzjoni, zewg separati pogguti flimkien xorta se jibqghu mizzewgin f’ghajnejn Alla u ghalhekk qed jghixu hajja adultera li fih id-dnub jibqa’ jikber u jikber. Kemm fiz-zwieg kif ukoll fid-divorzju hemm id-dokumenti legali juru li dawn sehhu filwaqt li fil-koabitazzjoni mhemmx u dawn jistghu jitilqu lil xulxin b’mod hafna aktar facli u minghajr bzonn legali.

B’dan kollu qed naraw li jekk Kattolici jivvotaw IVA ghad-divorzju qeghdin jivvotaw skond it-toleranza t’Alla u jaghtu lin-nies li telquhom il-partners taghhom cans iehor. Jekk jivvotaw LE, qed ikunu arroganti u aktar mohhom fl-opinjoni ta’ nies bhall-Isqfijiet jew il-Prim Ministru mill-opinjoni t’Alla li hija suprema. Ma’ dan iridu nzidu fil-verita’ ikunu qeghdin jivvotaw sabiex DNUB isir legali fil-forma ta’ ligi tal-koabitazzjoni.

Nispiccaw billi nghidulkom li l-Katekizmu ufficjali tal-Knisja Kattolika ppubblikat mill-Vatikan, CCC 2383 jghid li: “JEKK ID-DIVORZJU CIVILI HUWA L-UNIKA MOD KIF JIGU SALVAGWARDJATI CERTI DRITTIJIET LEGALI, IS-SAHHA TAT-TFAL JEW IL-PROTEZZJONI TAL-WIRT, DAN JISTA’ JIGI TTOLLERAT U MA JIKKONSTITWIXXIX OFFIZA MORALI.”

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: