Home > Opinion > IL-PASTORALI TA’ L-ISQFIJIET (It-tieni parti)

IL-PASTORALI TA’ L-ISQFIJIET (It-tieni parti)

L-ittra Pastorali tal-Hadd hija attentat ahhari biex l-isqfijiet ibezzghu u jisfurzaw lic-cittadini jivvota le fir-referendum. U l-affarijiet li se taraw waqt l-elezzjoni se jiddisgustawkom aktar. Morda fl-isptarijiet ma’ jifilhux jimxu, xjuh senili fid-djar tax-xjuh u ndividwi b’bzonnijiet specjali se jigu sfurzati jmorru jivvotaw anke jekk uhud minnhom mhux se jkunu jafu ghalxiex se jivvotaw. S’hawnhekk tasal il-qalb twajba ta’ l-Isqfijiet li lesti jhallu dawn il-porkeriji jsehhu!

Ghalhekk ma nistghux naccettaw l-insistenza ta’ l-ittra Pastoral li min ma jaghtix kasha jkun qed juri nuqqas ta’ maturita’ civili u religjuza. Min ma weriex maturita’ civili? Min uza t-tfal ghall-kampanja? Min ikompli jghatti l-kazijiet ta’ pedofilija fi hdanu? Min lest jregga’ l-arlogg lura ghas-sittinijiet?

Ahna tal-mazzun nixtiequ nistaqsu kif l-isqfijiet ma jiehdux pagna mill-mod kif qassisin progressivi u moderati fi hdana stess qeghdin jittrattaw il-kwistjoni bhala ghazla tal-kuxjenza ta’ l-individwu u mhux imposizzjoni assolutista li bilkemm ma nazzardawx nghidu li tmur kontra l-ligi elettorali.

M’ghandna l-ebda dubji li z-zwieg u l-familja huma ghall-qalb il-Knisja. Il-poter li ghandha l-Knisja fuq il-familja taghtiha sahha kbira fis-socjeta’ taghna u ghalhekk qed tiggieled bl-ahrax kontra d-dhul tad-divorzju ghax ma trid lil hadd idghajjef il-hakma li ghandha fuq mohh il-familji Maltin. X’jimpurtahom mit-tbatija tat-tfal jisimghu lill-genituri jghajru lil xulxin u jaghmlu l-vendikazzjonijiet kontra xulxin kuljum!  X’jimpurtahom minn dawk li ghandhom orjentazzjoni sesswali differenti li jixtiequ l-imhabba wkoll u minn dawk li ma jhaddnux l-istess twemmin li l-Bibja ghalihom ma tfisser xejn?

Ahna tal-mazzun konna konsistenti u bqajna ninsistu li dan ir-Referendum glieda ghall-poter, kemm materjali u kemm psikologika (ghall-imhuh) ghaliex jekk verament iridu nuzaw il-logika, ma nistghux nqisu l-qassisin u l-isqfijiet bhala n-nies li jistghu jaghtu l-ahjar pariri lic-cittadini mizzewgin.

Min ma jesperjenzax iz-zwieg, il-familja u l-imhabba ta’ ulied hu maqtugh mill-esperjenzi li jaghmlu familja; u daqshekk jistghu jifhmu t-tragedja tat-tkissir ta’ familja.

Kif jista’ jkun li isqof, monsinjur, pirjol jew qassis jikkoncepwixxi l-hajja mizzewga meta hafna minnhom jghixu f’komunita’ ma’ nies ta’ l-istess sess jew jghixu f’lussu, bis-sefturi, bil-kok u bix-xufier kif kienu fiz-zmien il-Medjuevu?

Il-kelma t’isqof tinxef hdejn il-kelma ta’ kap ta’ familja semplici li ghandu t-tfal u jaf kemm irid ibati biex izomm lill-familtu sewwa.

Naqblu li l-familja importanti ghad-dinjita’ tal-bniedem, izda fl-istess nifs nghidulkom li dan ghalikhom biss paroli ghax ma tghixux f’familja. Allura bl-istess ragunar, inthom tal-Kleru ghandkom anqas dinjita’ ghax ma’ tistghux trabbu familja?

Huwa minnu li Gesu Kristu jghid li z-zwieg huwa mportanti ghad-dinjita’ ta’ l-Umanita’. Mela b’istess ragunar misshom il-membri tal-kleru jithallew jizzewgu halli jduqu din id-dinjita’ ta’ l-Umanita’ u jaghmlu bhall-apostli li hafna kienu mizzewgin.

Jekk Gesu Kristu qal li z-zwieg permanenti, ahna nghidulkom li qal ukoll li f’kazijiet eccezzjonali, id-divorzju jaccettah bhalma ghamel f’Mattew 19:9 avolja l-Kleru kollu jevita din il-parti tal-Vangelu bhal bard ghax ma jaqblilhomx li l-poplu jsir jaf biha.

(Jissokta ghada)

Advertisements
  1. May 25, 2011 at 10:45 am

    PM Gonzi is definitely a NO man with regards to the Divorce Referendum, and now he barks out fervidly that all voters are conscientiously free to vote as they think would be righ
    Gonzi is a lawyer by profession, but has a strong measure of politics inside his mortal frame, and this is his modus vivendi in the real sense of the word. The General Election is not mso far away and Gonzi is all out paving his way to another victory. Whatever focus is applied, another election victory would be an achievement in undisputable terms, and the requiem for the Labour Party. Corruption has an institutionalised bearing – the rich are becoming richer and the poor poorer. This invisible dot on planet Earth needs men of principleto be the guiding stars to build a new strong willed nation, a real Mediterranean jewel. On taking the official oath of office, prospective MPs should be reminded that ‘So help me God’ starts with a profoundly sincere oath – dishonest tactics like false promises adorning the manifesto have no place in God’s sight.
    The electorate should emphatically bear this in mind on casting their votes.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: