Home > Opinion > Dun Joe Borg Bejrut: Brikkun Nazzjonalist!

Dun Joe Borg Bejrut: Brikkun Nazzjonalist!

Dun Joe Borg Bejrut

Ippruvajna nsibu aġġettivi ohra (apparti dak ta’ brikkun) ghal dan il-qassis, iżda ma rridu lil hadd jgħajjarna ħamalli.

Jisghobbina li kellna ndahhlu l-politika partiggjana, imma dan il-bniedem illum qed juri lil kulhadd li ma tantx jaghmel unur lil dik ic-coqqa li jilbes (meta jilbisha) ghax kellu l-ardir fil-blog tieghu fuq it-timesofmalta.com jitfa’ l-htija ghat-tentattiv biex jidhol id-divorzju f’Malta fuq il-Partit Laburista.

Donnu nesa li ghal dawn l-ahhar 24 sena l-PN kien kwazi dejjem fil-gvern u li Jeffrey Pullicino Orlando huwa Membru Parlamentari Nazzjonalista!

Ahna nibqghu grati lejn Jeffrey Pullicino Orlando talli hareg il-kwistjoni tad-divorzju fil-berah u gieghel lill-partit tieghu jaghmel referendum ghax permezz tieghu rnexxielu jaghmel l-impossibli u jibni alleanza wiesa’ bejn Nazzjonalisti, Laburisti, Alternattivisti, Gays u Kattolici li jridu haga wahda – stat sekulari hieles minn indhil zejjed tal-Knisja Kattolika Maltija.

Din l-alleanza li qatt ma kien hawn bhala u tant kien hawn bzonnha, lil Dun Joe Borg Bejrut twerwru ghax jaf li jintrebah jew jintilef ir-referendum, din l-alleanza mohha miftuh hemm se tibqa’ u b’telfa aktar jifferocjaw il-forzi progressivi ta’ dan il-pajjiz li tghidx kemm kienu ilhom siekta. U fl-ahhar mill-ahhar, il-gvern prezenti se jitlef, jekk mhux fir-referendum fl-elezzjoni ghax in-nies xebghu jghixu f’pajjiz fejn il-Knisja minn ghaliha tista’ tiddetta lill-istat u taghmel li trid.

U jekk jintrebah ir-referendum, Dun Joe Borg Bejrut jiehu qata’ kbira ghaliex iz-zejza tkun nixfitlu u daqshekk jerda minn fuq dahar il-gvern. Daqshekk konsulent ta’ dik u ta’ l-ohra bl-eluf ta’ ewros dehlin.

Fil-blog tieghu, Dun Joe Borg Bejrut wera li hu ipokrita fuq l-ipokriti li jistaqsi mistoqsijiet dwar kif id-divorzju se jaffettwa d-drittijiet tat-tfal meta hu kien l-ewwel wiehed li heggeg lil taz-Zwieg Bla Divorzju biex izeffnu t-tfal innocenti fil-kampanja taghhom.

Ahna tal-Mazzun nistaqsu lil Dun Joe Borg Bejrut l-istess mistoqsijiet li staqsa hu fil-blog tieghu dwar id-divorzju u jekk staqsiex lill-Knisja li taghti l-annullamenti jekk ghandhomx l-istess effett fuq it-tfal u l-familji Maltin? Jekk f’dawn l-20 sena qattx indenja jigbed l-attenzjoni tat-Tribunal Ekklezjastiku biex ma jkomplix jaghmel il-hajja ta’ tant nies separati infern akbar milli hu bid-dewmien esagerat u l-preferenzi li juru maghhom?

U ghandu l-ardir jitkellem fuq l-izbilanc fix-xandir meta l-Hadd li ghadda, il-PBS xandar quddiesa shiha li fiha nqrat il-Pastorali ta’ l-Isqfijiet kollha minghajr ma nghata rimedju lill-Moviment IVA?

L-ahbarijiet ta’ One News ra koroh ghax ma jaqblux ma’ kif jahsibha hu? Ara r-rapportagg zbilancjat tan-NET TV, in-Nazzjon u l-Mument ma dejqux?!

Jitkellem hekk ghax kull fejn dehru r-raprezentanti taz-Zwieg Bla Divorzju waqghu ghan-nejk u wrew lil kulhadd li huma nies tal-qalba tal-gvern tal-gurnata (bhalek) li ghandhom hafna x’jitilfu jekk jghaddi r-referendum favur id-divorzju; l-aktar ghax jiddghajjef bil-kbir il-gvern taghhom u bil-Malti, jaqa’ ghac-cajt Lawrence Gonzi li jfisser li daqshekk pappa ghal Arthur Galea Salomone, Andre u Sonia Camilleri, Austin Bencini u l-brutta compania li mhuma xejn hlief is-sisien tal-pont bejn il-Knisja u l-Partit Nazzjonalista.

Ivvota LE kemm trid Dun Joe Borg Bejrut, imma jintrebah jew jintilef ir-referendum, il-qawwa li ghandha l-Knisja fuq l-imhuh tal-Maltin se tkun hadet daqqa li mhux se tqum minnha u la int u lanqas l-allejati kollha tal-gvern tal-gurnata mhu se jbiddlu dan il-fatt!

P.S. Min qed jistaqsi ghaliex qed insejhulu Dun Joe Borg Bejrut, forsi zghir wisq fl-eta’ biex jiftakar li dan Dun Joe Borg kien bassar li Malta se ssir bhal Bejrut fis-Snin 80, jigifieri mfarrka bi gwerra civili kif kien hemm fil-Libanu. Ahna mhux se nidhlu fil-mertu ta’ dak li gara fis-Snin 80, ghax kulhadd ghandu xi jxomm taht idejh. Pero’ sejjahnilu hekk biex nuru li dan il-qassis huwa Nazzjonalist minn guf ommu li b’dak li kiteb qed jaqdi liz-zewg kaptani tieghu: Il-Knisja u l-Partit Nazzjonalista poggut mal-Knisja.

Advertisements
  1. D S
    May 26, 2011 at 9:04 pm

    Onestament nghidlek kemm togghobni din il-website u l-kontenut li jkun hawn fiha, l-aktar il-ghaliex jien wiehed mill-aktar persuni f’ Malta li jien kontra l-Knisja (mimlija nies antikwatu u pedofoli li jippruvaw jimmanipulaw lil haddiehor) u favur l-introduzzjoni tad-divorzju…. pero hawnhekk iddizappuntajtuni, il-ghaliex avolja naqbel maghkom dwar l-ideat taghkom li ghandkom rigward il-mentalita marida ta’ dan il-qassis, ma nafx il-ghaliex kellhom izzeffnu l-politika fin-nofs 😦

    • May 26, 2011 at 9:07 pm

      Grazzi tal-kumment. Ir-raguni ghalfejn deffisna l-politika nghiduha fl-ewwel paragrafu! Ma stajniex ma nwiegbux lil Dun Joe Borg li ghamel statement qarrieqi hafna meta qal li l-Partit Laburista jrid id-divorzju. Dan mhux vera.

  2. D S
    May 26, 2011 at 9:32 pm

    Iva nifhima mija fil-mija r-raguni li ddahhlet il-politika, pero nahseb li f’ dan l-istadju, jumejn qabel ir-referendum ninghaqdu rridu, mhux noholqu mibgheda bejn Nazzjonalisti u Laburisti (avolja ninsab cert li l-ghan taghkom hu li tghaqduna)… jiena nifhem il-punt li l-qassis ghamel zball ohxon, u nifhem ukoll il-punt li n-Nazzjonalisti mhux kollha favur u mhux kollha kontra, u vici-vera l-Laburisti. U naqbel maghkom ukoll fuq il-punt rigward JPO, il-ghaliex hu kellu l-bajd li jqajjem is-suggett fil-Parlament; jien inbuslu l-qiegh ta’ saqajh

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: