Home > News > Moqżiżata msejħa Quddiesa tal-Ħadd fuq TVM

Moqżiżata msejħa Quddiesa tal-Ħadd fuq TVM

TVM logoLe, mhux se noħduha kontra TVM li jxandar il-Quddiesa tal-Ħadd għal dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar. Din ilha ssir snin kbar u m’hemm l-ebda problema. Imma meta l-Quddiesa tal-Ħadd tixxandar ġimgħa qabel ir-referendum dwar id-divorzju, fiha jinstema’ l-messaġġ ta’ l-Isqfijiet Maltin forma ta’ pastorali kontra d-divorzju, u dan jixxandar ma’ Malta u Għawdex kollu, mingħajr ma jkun hemm messaġġ favur d-divorzju biex jibbilanċja, din tikkostitwixxi corrupt practise. Jew bil-Malti pur, moqżiżata.

Tgħid il-Moviment LE li tant ta x’tagħmel ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir se titlob lill-Awtorita’ biex ikun hemm naqra bilanċ u l-Moviement IVA jingħata rimedju għal dan? Jew tal-LE qegħdin hemm biex jgħinu biss ma’ l-Awtorita’? Dawk li raw il-quddies dalgħodu fuq it-TV se jintwerew ukoll spots tal-Moviment IVA f’ġieh il-bilanċ?

Aħna tal-Mazzun nerġgħu nfakkru x’tgħid il-Liġi Elettorali Maltija dwar theddid lill-votanti qabel elezzjoni ġenerali jew anke referendum:

Skond l-Att ta’ l-Elezzjonijiet Ġenerali, Skeda 4, Sezzjoni 55 li tghodd ukoll ghar-referenda, t-theddid u l-indhil ta’ membri tal-Knisja fil-mod ta’ kif se jivvotaw ic-cittadini huwa llegali.

Araw x’jghid dan l-att: “Kull persuna li direttament jew indirettament, wahidha jew ma’ xi persuna ohra taghmel uzu ta’ theddid jew ta’ forza, vjolenza jew tipprova tirristringi jew thedded li taghmel feriti, hsara jew assalt temporali jew spiritwali, kontra persuna bi hsieb li ggieghlu jivvota jew jonqos milli jivvota, huwa hati ta’ l-offiza ta’ influwenza zejda.”

Advertisements
  1. Nicholas
    August 7, 2011 at 8:36 am

    ISTHI. Inti biss ghandek dritt turi l-opinjoni tieghek? Il-Knisja le? Mhix Ommok? Mhux l-interessi tieghek tfittex? Mhux Kristu bghatha xxandar il-messagg TIEGHU? Tridu taghlqulha halqha?

    Issa x’hadna billi dahal id-divorzju? ALLA ma jridux, lanqas jekk il-ligi tippermettih! Meta tmeri lil Alla, se jaqbillek? Se tkun bravu iktar minnu? Mhux din tkun il-MOQZIZATA? Alla miet ghalik, u tinjorah? jew tehodha kontrih? Mhux Abbuz ikbar mill-Corrupt Practices li ssejjah biex tiddefendi ruhek? QUDDIEMU kif se tiddefendi ruhek?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: