Home > Opinion > IL-PASTORALI TA’ L-ISQFIJIET (L-ewwel parti)

IL-PASTORALI TA’ L-ISQFIJIET (L-ewwel parti)

Il-qilla u l-fanaticizmu ta' l-Isqof t'Ghawdex ma' taghmilx ghajb lil dik ta' Hitler!

Ir-Referendum mhu xejn hlief espressjoni tal-glieda kontinwa bejn l-istat Fundamentalist u l-istat Sekulari.

Ahna tal-Mazzun naqblu li Kristu joffri hafna veritajiet skond minn fejn tikkwota mill-Bibja, izda m’ghandniex nghixu fil-Medjuevu fejn l-unici nies li kienu jafu jaqraw kienu l-qassisin.

Nafu nikkwotaw il-Bibja daqs kull qassis jew isqof u nafu li Kristu bil-maqlub tat-taghlim rigidu tal-Knisja kien jaf ihenn u jlum lil min hu anqas ixxortjat fis-socjeta’, tant li kien jippreferi jaghmilha mal-morda u l-qhab milli mar-ripubblikani, farizej u qassisin il-kbar.

Kristu la kien jilbes dehbijiet, barbazzari u pendent tad-djamanti fuq il-ilbies tad-damask u lanqas kellu xufier, kok u kamriera. Anzi bil-maqlub, nies jipprovaw joqtluh kellu jhufu warajh ghax kienu jafu li bi kliemu kien qed jiddistablizza socjeta’ mmexxija mis-sinjur.

Ma naqblu xejn li r-Referendum huwa dwar iz-zwieg. Ir-Referendum huwa dwar l-ghazla li nghixu f’socjeta’ li mhijiex idettata minn Knisja li ghadha tirranguna kif kienet tirraguna hamsin sena ilu; izda minn stat li ma jghaddix ligijiet ghall-Insara biss, izda ghac-cittadini li lkoll huma ndaqs f’ghajnejn il-kostituzzjoni.

Ghalhekk ir-Referendum huwa simbolu tat-taqtiegha bejn stat immexxi mill-Knisja jew stat immexxi mill-forzi Sekulari. 

  • Kieku l-Knisja f’Malta ma’ ndahhlitx ripetutament biex ixekkel id-drittijiet sekulari ta’ l-individwi Maltin bl-iskuza tal-Kostituzzjoni u b’trattati minn wara dahar il-poplu bhal dak dwar iz-zwieg u l-propjeta’ tal-Knisja fl-1995, kieku l-affarijiet ma’ waslux s’hawn.
  • Kieku l-Knisja kienet aktar sensittiva ghall-mod kif taghti l-annullament u mhux taghmilha facli ghal min ghandu kunjom doppju, qawwa finanzjarja u politika konservattiva, u difficli ghal min m’ghandux ghaxja ta’ lejla, kieku l-Knisja mhiex qed tigi kritikata b’dan il-mod.
  • Kieku l-Knisja ma’ hallietx predaturi lebsin ta’ qassisin u sorijiet jabbuzaw it-tfal fl-orfanotrofji kieku mhiex qieghda f’sitwazzjoni fejn hafna nies m’ghadhomx jafdawha bhala paragun tal-morali, izda jarawha bhala forza li lesta tinjora l-morali u s-sewwa biex taqbez ghal niesha.
  • Kieku l-Knisja qatt ma hadet posizzjoni politika fil-miftuh favor partit, kieku ghandha kredibilita’ hafna akbar u ghalhekk il-kwotazzjonijiet silettivi ta’ Kristu mill-isqfijiet mhux se jimpressjonawna u m’ghandhomx jimpressjonaw lil dawk in-nies li jhossu li l-Knisja ghadha xi dritt tiddettallhom x’jaghmlu.

Illum u fil-gimgha li gejja se ngibu hafna provi ta’ kemm il-Knisja m’ghandha l-ebda dritt tisforza n-nies jivvotaw kif trid hi u nurukhom il-hofor kbar fl-argumenti li pprezentaw l-isqfijiet fil-pastorali taghhom.

Zmien il-Medjuevu u zmenijiet id-dlamijiet ghaddew. Tkunux inthom li treggghu lura l-arlogg!

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: