Home > News > L-Istitut tal-Gurnalisti jiddefendi d-dritt li jsiru mistosijiet mill-gurnalisti

L-Istitut tal-Gurnalisti jiddefendi d-dritt li jsiru mistosijiet mill-gurnalisti

Stqarrija għall-Istampa 14/2011

Data: 18 ta’ Mejju 2011

 

Il-ĠURNALISTI MALTIN GĦANDHOM ‘ID-DRITT U D-DMIR’

LI JISTAQSU L-MISTOQSIJET —  L-IĠM

Il-Kunsill tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) iddiskuta l-andament tal-kampanja elettorali tar-referendum dwar id-dħul tad-divorzju fit-28 ta’ Mejju 2011 u kif dan qed jaffettwa ħidmet il-ġurnalisti.

Il-Kunsill tal-IĠM jikkundanna bil-qawwa kollha id-deċiżjoni tal-Moviment Żwieġ bla Divorzju  (MŻBD) li ma jweġibx għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti waqt attivitajiet għall-istampa tal-istess Moviment.

“Ladarba l-Moviment Żwieġ bla Divorzju qed jistieden il-ġurnalisti għall-attivitajiet għall-istampa tal-Moviment, allura l-ġurnalisti għandhom id-dritt u d-dmir li jagħmlu l-mistoqsijiet lill-mexxejja tiegħu biex jikkjarifkaw il-pożizzjoni tal-istess moviment,” saħaq il-Kunsill tal-IĠM.

Il-Kunsill lanqas jista’ jaċċetta l-iskuża li nġabet mill-istess Moviment li l-ġurnalisti kienu ser jingħataw l-opportunita’ li jistaqsu il-mistoqsijiet “waqt il-konferenza stampa li ser tingħata  mill-mexxejja  tal-MŻBD  bħala parti mill-iskedi ta’ xandiriet politiċi”.

“F’soċjeta’ demokratika il-ġurnalisti ta’ kull fehma għandhom id-dritt li jpoġġu taħt skrutinju il-pożizzjonijet tal-żewġ movimenti bil-mistoqsijiet tagħhom fuq materja ta’ interess pubbliku u kontroversja kurrenti bħalma hu d-divorzju,” saħaq il-Kunsill tal-IĠM.

ll-Kunsill appella lill-Moviment Żwieġ bla Divorzju biex ibiddel il-pożizzjoni tiegħu u jħalli lill-ġurnalisti sabiex isaqsu d-domandi waqt l-attivitajiet għall-istampa tiegħu.

Tmiem/

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: