Home > Opinion > Jekk int Kattoliku għandek tivvota IVA

Jekk int Kattoliku għandek tivvota IVA

Jekk tivvota IVA tkun Kattoliku ta' vera ghax qed turi karita' ma' min hu anqas xxurtjat fiz-zwieg minnek.

Bil-maqlub x’qed jghidu taz-Zwieg Bla Divorzju, l-Isqof Grech, fundamentalisti bhal Clyde Attard u Laurence Gonzi, inti ghandek id-dmir tivvota IVA ghal dawn ir-ragunijiet:

1.            Jekk inti ghandek zwieg sod ahseb f’min hu anqas ixxortjat minnek u ghandu zwieg imkisser. Int bhala Kattoliku ta’ vera ghandek turi l-hniena mal-proxxmu tieghek u tivvota iva halli tghinu jew tghinha terga ssib l-imhabba mill-gdid. Dan mhux qed nghiduh ahna, izda Gesu Kristu li dejjem ippriedtka l-imhabba u dejjem ghamilha mal-minoritajiet bhall-imgidmin u l-prostituti.

2.            Jekk qed tibza’ li taghmel id-dnub tinkwietax ghaliex mhemm xejn car miktub minn idejn l-isqfijiet li jghid li dan hu minnu. Anzi la qassisin u lanqas l-isqfijiet mhuma jaqblu fuq dak li qed jghidu lin-nies bil-fomm. Qassisin bhal Dun Charles Vella u l-Professur Peter Serracino Inglott dehru fuq it-TV jghidu li tivvota favur id-divorzju mhux dnub, filwaqt li ohrajn qed jitfghu r-risponsabilita’ fuq il-kuxjenza ta’ l-individwu. Dawn l-inkonsistenzi kollha juru li l-Knisja taf li ma tistax ufficjalment tghidilkom li qed taghmlu d-dnub ghax kieku kitbitu u ppublikatu ghalhekk qed thalli qassisin u kappillani jaghmlu l-pressjoni minn taht.

3.            Jekk ghadek tibza’ li se taghmel id-dnub jekk tivvota favur id-divorzju, ftakar li iben Alla nnifsu, Gesu Kristu qal car u tond fil-Vangelu ta’ San Mattew (19:9): “Jien nghidilkom li kull min jiddivorzja lill-martu, hlief ghall-infedelta’ u jizzewweg mara ohra jkun qed jikkometti adulterju.”

Issa tridu tahsbu ftit ghar-raskom u tiddeciedu min vera hu c-centru tar-religjon Kattolika: skoss qassisin u zewg isqfijiet li lanqas biss qed jaqblu bejniethom jew iben Alla li waqqaf ir-religjon Kattolika u li suppost il-Knisja Kattolika timxi wara l-passi tieghu?

4.            Bil-vot favur id-divorzju, inti tkun qed taghti cans lil min ghandu bzonn li jissepara legalment jaghmel dan minghajr ma jkun ostagg tal-Knisja li bhalissa ghandha monopolju fuq l-annulamenti u l-avukati li jahdmu maghha, u tista’ ddewwem u titlob flus kemm trid ghal dan is-servizz.

Kristu ma’ waqqafx Knisja ta’ qrati, palazzi u rikezzi, imma Knisja ta’ gustizzja u mhabba lejn il-proxxmu, l-aktar ma’ maz-zghir u fqir. Bl-annulamenti biss mhux issir gustizzja ma’ dawk li m’ghandhomx flus bizzejjed biex ihallsu ghalih u dawk li ma jinghatalhomx jibqghu bil-problema ma’ wicchom ghax m’ghandhomx aktar fejn jirrikorru. Id-divorzju hu gust ghax jaghtihom cans jirrangaw is-sitwazzjoni taghhom fil-qorti civili, jaghzlu l-avukat li jridu huma u jehilsu fi zmien ragonevoli.

5.            Thallu lil hadd jintimidakhom b’theddid illegali. Skond l-Att ta’ l-Elezzjonijiet Generali, Skeda 4, Sezzjoni 55 li tghodd ukoll ghar-referenda, t-theddid u l-indhil ta’ l-Isqof Grech, hafna qassisin u monsinjuri fil-mod ta’ kif se jivvotaw ic-cittadini huwa llegali.

Araw x’jghid dan l-att: “Kull persuna li direttament jew indirettament, wahidha jew ma’ xi persuna ohra taghmel uzu ta’ theddid jew ta’ forza, vjolenza jew tipprova tirristringi jew thedded li taghmel feriti, hsara jew assalt temporali jew spiritwali, kontra persuna bi hsieb li ggieghlu jivvota jew jonqos milli jivvota, huwa hati ta’ l-offiza ta’ influwenza zejda.”

Din il-pressjoni kollha li qed issir minn naha tal-Knisja biex in-nies ma jivvotawx favur id-divorzju huwa ILLEGALI u min jisma’ minnhom ikun qieghed jisma’ minn att ILLEGALI u Gesu Kristu qatt ma heggeg lil hadd jaghmel atti llegali. Anzi, dejjem qal biex jaghtu dak li hu ta’ Cesri lil Cesri u dak li hu t’Alla lil Alla!

Advertisements
  1. CJohn Zammit
    May 19, 2011 at 12:15 am

    Good buddy, shut the ♪♪♪♪ up … you are doing more harm than good.

    This is not the time to pick a fight with the clergy especially if you are going to resort to misinterpreting the Law.
    That Schedule 4 of the Elections Act does not mean what you are saying it means. You’ve got it all wrong.
    It is illegal to ►force◄ someone, by any means, to vote … or to not vote.
    That is vastly different than trying to ►influence◄ the vote — a fundamental right in all democracies, including Malta.

    I suggest to you that, until May 28th, you zip it.
    There is a better way to present our message. Disinformation is not part of it.

    Please, smarten up.

    John

    • May 19, 2011 at 7:50 am

      So you think that the church is not forcing its flock not to vote?
      In what country are you living?
      When someone tells you that if you vote for divorce its a sin or you’ll go to hell, that isn’t forceful. That’s just influencing? Well, we think it’s forcing the flock and we didn’t pick a fight with the clergy, it picked a fight with all those who want our country to move forward.

  2. zeebow
    May 19, 2011 at 1:42 pm

    John Zammit. Cause it does not meet your opinion u want to shut people up? How Christian of you!! This blog is right and sensible. The reasons are clearly explained, maybe too well to make you unconfortable to say what you said. Learn to be more tolerant.

  3. CJohn Zammit
    May 19, 2011 at 5:47 pm

    Boys, I suggest you talk to a lawyer.

  4. Manquareiel
    May 19, 2011 at 8:51 pm

    CJohn Zammit I suggest you re-read the Electoral (Polling) Ordinance before trying to shut people up and intimidate them. Actually, just to make sure you see it I will paste it right here. This proof that those making threats of mortal sin and fire and brimstone have in effect been breaking the law: ‘who by… duress, or any fraudulent device or contrivance, impedes or prevents the FREE EXERCISE of the franchise of any voter or thereby compels, induces, or prevails upon any voter either to give or refrain from giving his vote at any election, shall be guilty of the offence of undue influence.’

  5. qazzistuni
    May 21, 2011 at 12:24 pm

    Does this make bishop Mario Grech liable to prosecution ???

    • May 21, 2011 at 2:58 pm

      U min se jiehu lill-isqof il-qorti. Dawk mhux bl-immunita’ sopranaturali? Ghalhekk jghidu u jaghmlu li jridu.

  6. September 23, 2011 at 9:44 am

    Kulħadd jibqa’ b’li ħa. Fil-każ tal- pedofelija minn ex-saċerdoti, l-istituzzjoni li jaqgħu taħtha hi l-knisja tad-djoċesi fejn ikunu twettqu l-abbużi. Li hemm problema dwaru hu l-kumpens. Ma nifhimx li jagħmel wisq sens li jsir paragun mal-kumpens li ngħata f’pajjiżi wisq akbar minna, ħlief li tuża ċerti parametri biex tasal għall-ammont li jkun raġonevoli.
    Il-fatt jibqa’ li ġaladarba l-knisja aċċettat b’responsabbilta’ li taġixxi billi tnezza’ mir-rit saċerdotali lil min jinstab ħati mill-qorti, ma tistax tirrifjuta li hi responsabbli mill-A saż-Ż għal kulma nqala’ Għandu jsir sforz ġenwin biex jintlaħaq ftehim fuq kumpens xieraq bla esaġerazzjonijiet.
    L-isfortuna hi li d-dixxiplina għebet u kollox qed jikkrolla fis-soċjeta’ għax bla dixxiplina titmermer il-fibra morali u nġibu rwieħna agħar mill-bhejjem.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: