Home > Opinion > Tal-“Le” imwerwrin!

Tal-“Le” imwerwrin!

ANDRE CAMILLERI QALILKOM BIEX MA TISTAQSUX MISTOQSIJIET U TACCETTAW DAK LI JGHID HU MINGHAJR DUBJU BHALMA TACCETTAW LIL ALLA. WARA KOLLOX IL-MISSJONI TIEGHU HIJA WAHDA QADDISA!

Minn meta Andre Camilleri u shabu ffurmaw iz-Zwieg Bla Divorzju wrew li jibzghu mill-midja daqs il-bard ta’ Jannar.

Ahna tal-mazzun nirragunaw li nies b’kuxjenza safja anke jekk ikunu fuq krucjata, ma jibzghu mix-xejn. Fil-kas taz-Zwieg Bla Divorzju anqas ghandhom jibzghu ghaliex ghandhom il-Knisja u l-PN favorihom; u peress li hawn hafna li jassoccjaw il-Knisja u l-PN mas-sewwa, suppost li taz-Zwieg Bla Divorzju se jirbhu zgur!

Ma’ dan iridu nzidu li huma jsostnu li ghandhom l-Alla maghhom, izda llum kulhadd jaf li l-Knisja mhiex Alla u wisq anqas Kristu, u l-glieda li qed taghmel kontra l-introduzzjoni tad-divorzju hija glieda biex ma titflifx il-poter li ghandha f’dan il-qasam u xejn aktar.

L-argumenti bla sens u banali taz-Zwieg Bla divorzju hija r-raguni ghalfejn dawn mohhhom biex jevitaw il-midja u  il-gimgha li ghaddiet, il-biza’taghhom lahhqet il-quccata ghaliex sa spicca jirrifjutaw li jwiegbu l-mistoqsijiet tal-gurnalisti wara li huma stess stidnuhom ghall-konferenza. Dan ifisser li l-unika ragunija ghalfejn taz-Zwieg Bla Divorzju riedu l-gurnalisti hu biex jisservaw bihom halli jwasslu l-messagg taghhom.

Ma’ dan iridu nzidu l-biza’ tremenda li ghandu Andre Camilleri mill-intervisti. Dan l-individwu li jisthajjel li hu xi qaddis ried il-mistoqsijiet li kienu se jistaqsuh tal-Malta Independent qabel jintervistawh. Minbarra dan, l-istess Camilleri b’tostagni kbira gejja mill-fatt li jaghmilha hafna mal-monsinjuri u l-ministri mdorrijja li dejjem tghaddi taghhom, ried jara l-intervista qabel tigi stampata!

L-istess Camilleri talab biex l-intervista ssir minn gurnalist li jaghzel hu  u f’waqt tal-Malta Independent. X’differenza kbira minn dawk ta’ l-“Iva” Ghad-divorzju li qed jiltaqghu ma’ kulhadd u jwiegbu kull mistoqsijiet minghand kull gurnalist minghajr tlaqlieq u tidwir mal-lewza!

Ma tghaddix gurnata lic-cerperson tal-Movument, Deborah Schembri ma narawhiex f’xi diskussjoni pubblika, f’xi konferenza stampa jew fuq xi dibattitu twiegeb kull mistoqsija bl-istil meqjuz u kalm taghha. X’differenza minn Camilleri li kull meta jara l-midja jibda jippanikkja, jxoqq l-gharaq ghalih u jkun jixtieq li jistahba.

Lanqas konferenza stampa sura ta’ nies ma’ qatt ghamlu taz-Zwieg Bla Divorzju hlief ghal dik li ntroduciethom u anke f’din hadd ma seta’ jistaqsi mistoqsijiet.

Iltaqghu biss mal-gurnalisti waqt li kellhom laqghat ma’ l-Arcisqof u l-Partiti Politici fejn regghu rrepetew id-domma taghhom minghajr ma’ hallew l-ebda gurnalist jmerihom, jikkummenta jew jistaqsi. Jahdmu ezatt bhall-Knisja li tghidlek li ma tistax tistaqsi mistoqsijiet dwar id-domma tal-fidi ghax dik Alla ghamilha! Imma ma jistghux jghidu l-istess ghad-divorzju ghax anke l-Iskrittura hija ambigwa dwarha tant li f’din il-blog stess qed jidher artiklu li juri bic-car li Kristu kien jaqbel mad-divorzju f’kas t’adulterju.

L-isbah ir-risposta li tahom Andre Camilleri fil-laqgha li kellu ma’ l-Isqof il-Hamis li ghadda meta l-gurnalisti staqsewh meta se jkollhom ic-cans jistaqsuh xi mistoqsijiet kienet: se jkollkom cans tistaqsu fil-Konferenza Stampa li se ttella’ l-Awtorita’ tax-Xandir!

Dan ifisser li numru limitat ta’ gurnalisti se jkunu jistghu jiehdu sehem u Camilleri diga beda jipprotesta li jrid li jkun hemm aktar kontra d-divorzju biex wara l-programm dan ikun jista’ jmur s’ghand tan-NET u jeditjawulhu biex igib kollox kontra d-dhul tad-divorzju. Dan diga ghamluh meta talbu lill-Awtorita’ li jixtieq ikollhom spots fejn jghidu taghhom minflok dibatiti u konferenzi kontra ta’ dawk ta’ l-IVA.

Ma tistghux tistaqsuni mistoqsijiet u oqghodu kwieti ghax inkesksilkom lill-Mons. Gouder!

Taz-Zwieg Bla Divorzju jridu l-liberta’ halli jghidu li jridu u jkomplu jaghtu stampa kerha u mhiex korretta tad-dhul tad-divorzju f’Malta. Bhal dak il-filmat ta’ ragel li qisu jrid jghid li d-divorzju se jkun imponut fuq kulhadd minflok ma jghid li jekk ma jghaddix, min ma ghandux bzonnu se jimponi l-ideat tieghu fuq dawk li ghandhom bzonnu!

U xi nghidu fuq argumenti bazwija bhal li n-nisa msawta ghandhom jibqghu mizzewgin u jissawtu ghax jekk jiddivorzjaw ir-ragel dan jizzewweg mara ohra u jibda jsawwat lilha. Jew li bid-divorzju l-irgiel ma jaghtux il-manteniment qisu dan differenti mill-mod kif jagixxu rgiel f’separazzjoni fejn uhud minnhom jippreferu jitilqu xogholhom jew imorru l-habs milli jhallsu l-manteniment.

Ikollna bilfors nghidu li lis-strategija ta’ Camilleri u shabu taz-Zwieg Bla Divorzju
bl-ebda mod ma jridu jiffaccjaw il-midja. Li kieku mhux jibzghu, kien ikunu lesti jiddiskutu l-punti taghhom fil-pubbliku.

Sinjal li jafu li l-argumenti taghhom mhumiexkonvincenti.

Advertisements
  1. carm
    May 16, 2011 at 9:16 pm

    missieri wara 10min jara n net se jivvota le =/
    ara fuq xiex qed tibazza d demokrazija, jaqq!!

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: