Home > Opinion > Knisja a la carte b’eżempju li ma jkaxkarx

Knisja a la carte b’eżempju li ma jkaxkarx

Araw ftit dan is-servizz dwar il-moviment “Kristu Iva, Divorzju Le”:

Mela, skond dawn it-talin, ir-religjon mhix a la carte. U ma tistax ma ttihx ragun.

Fil-video Clyde Attard jghid li ma tistax filghodu tmur il-quddies u fil-ghaxija taghmel li jfettilek u mhux dak li jghidlek Kristu. Veru, verissimu!

Dan naqblu mieghu 100%. Ghax il-koerenza m’hawnx isbah minnha. Imma Kristu stess qal li “min m’ghandux dnub jitfa’ l-ewwel gebla”. Allura l-Knisja Kattolika issa trid li naghmlu kif qalilna Gesu’ Kristu? Issa trid li nkunu koerenti u mhux insara a la carte? Ghax ma tarax kemm kienet a la carte hi stess:

  • Kristu jaqaw qal lill-Knisja li l-qassisin taghha jistghu jabbuzaw sesswalment mit-tfal? U li nahbu dawn il-kazijiet meta nsiru nafu bihom?
  • Kristu jaqaw qal lill-Knisja tieghu biex tiddikkjara krucjati, gwerer u tittortura u toqtol permezz ta’ l-Inkwizizzjoni f’ismu? Jew li “M’hemmx imhabba ikbar minn din: li wiehed jaghti hajtu ghal hbiebu”?
  • Kristu jaqaw qal lill-Knisja li biex tidhol fl-arena politika u jkollha partit politiku taghha (tiftakruha l-Unione Politica Maltese ta’ Monsinjur Panzavecchia fis-Snin 30 li wara nghaqad mal-Partit Nazzjonalista? Jew li tizzewwg partit politiku partikolari u tahkmu wahda u sew biex tmexxi l-agenda taghha permezz tieghu?
  • Kristu jaqaw qal li m’ghandux ikun hemm distinzjoni netta bejn Stat u Knisja? Mela mhux hu kien li qal “Aghtu lil Cesri dak li hu ta’ Cesri, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”?
Il-lista hija itwal minn hekk imm dan bizzejjed. Kif tista’ l-Knisja Kattolika tippretendi l-fidili jimxu ma’ dak li qal Kristu meta hi stess ma taghmilx dan?
Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: