Home > Opinion > Kristu jaqbel mad-divorzju f’Mattew 19:9

Kristu jaqbel mad-divorzju f’Mattew 19:9

Dan billboard qarrieq ghax Gesu f'Mattew 19:9 jghid: "Jien nghidilkom li kull min jiddivorzja lill-martu, hlief ghall-infedelita' u jizzewweg mara ohra jkun qed jikkommetti adulterju." Mela tezisti eccezzjoni fil-Bibja.

Interessanti dak li qal il-Poeta u Kittieb Mario Azzopardi rigward kemm Kristu jaqbel jew ma jaqbilx mad-divorju. Biex inkunu cari, ahna tal-mazzun inqisu d-divorzju bhala dritt civili li ma kellux jghaddi b’referendum, izda b’ligi mill-Parliament li x-xoghol tieghu hu li jghaddi ligijiet favur il-poplu li tellghu hemm mhux skond x’tiddetalu l-Knisja Maltija.

Azzopardi bir-ragun irid li jkun hemm interpretazzjoni cara tal-Vangelu. Ahna ilna nghidu li l-Knisja ghandha habta tikkwota l-partijiet tal-Bibja i jaghtuha ragun u taghti l-geb l-partijiet jitfghu dell ikrah fuq l-argumenti taghhom.

Fid-dibattitu dwar id-divorzju l-istess qieghda taghmel. Tislet dawk il-partijiet fejn Kristu wera li ma jaqbilx mad-divorzju minghajr ma ssemmi li hemm partijiet fejn Kristu jaccetta d-divorzju. Ghall-analizi aktar dettaljata ta’ dan nghidulkom taqraw l-artiklu ta’ Dun Mark Montebello li jinsab f’parti ohra ta’ dan il-blog.

Azzopardi qal li mhux vera li Kristu kien kontra kull tip ta’ divorzju. Il-Farizej ipprovaw idahhluh f’kontroversja legali bejn l-iskola religjuza tad-Dar ta’ Hillel li kienet taccetta d-divorzju ghal diversi ragunijiet u l-iskola ta’ Shammai li kienet tghid li ragel jista’ biss jiddivorzja lill-martu ghal ragunijiet serji bhall-adulterju u l-infedelta’.

Qed tinnotaw is-similarita’ ta’ din is-sitwazzjoni ma’ dik f’Malta?

Taz-Zwieg Bla Divorzju qed isostnu li ta’ l-“Iva ghad-Divorzju” iridu divorzju a la carte bhad-dar ta’ Hillel li kienu jaccettawh anke ghall-offiza zghira bhal hruq ta’ l-ikel mill-mara. Filwaqt li l-mistoqsija tar-Referendum li kienu strumentali ta’ l-“Iva” li tghaddi mill-parlament tirreferi bic-car li d-divorzju ghandu jinghata biss jekk il-partijiet ikunu ilhom separati erba’ snin.

Azzopardi jkompli jghid li huwa car li Kristu jaqbel mal-posizzjoni tad-Dar ta’ Shammai li kienu jsostnu li d-divorzju jinghata biss f’kas ta’ adulterju bhalmu hu miktub f’Mattew 5:32 u 19:9. Dawk li ma jikkwotawx il-Bibja sew jew kif jaqblilhom qed iqarrqu bil-pubbliku u jimmanipulaw l-injoranza tal-fidili.

Anke l-opinjoni ta’ Gesu fuq id-divozju hija maghrufa kif inhi kkwotata f’Marku 10:11 fejn iwiegeb li: “min jiddivorzja l-mara u jizzewweg mara ohra jikkommetti adulterju kontriha.” Imma mbaghad f’Mattew 19:9 Gesu jghid: “Jien nghidilkom li kull min jiddivorzja lill-martu, hlief ghall-infedelita’ u jizzewweg mara ohra jkun qed jikkommetti adulterju.”

“Huwa car li din l-eccezzjoni famuza mhiex tigi kwotata,” Azzopardi qal lill-gazzetta bil-Malti Illum. “Hija eccezzjoni klassika li kulhadd f’Malta qed izommha mohbija!”

Ahna tal-mazzun nheggu lill-“Iva ghad-Divorzju” biex juza din il-kwotazzjoni u anke johorgu billboard taghha biex juru lil kulhadd li Gesu Kristu kien aktar bilancjat rigward id-divorzju mill-Knisja Maltija, il-PN u taz-Zwieg tad-Divorzju,

Advertisements
  1. May 22, 2011 at 10:21 pm

    Since you seem to be interested in what Christ has to say about divorce, and the possible interpretations of those statements, you might find these couple of articles worthy of your attention:
    http://thaxwix.blogspot.com/2011/05/catholic-and-divorce.html
    http://www.il-gensillum.com/news.asp?newscat=11&news=8247

    The second one is more authoritative than the first.

    • May 22, 2011 at 11:45 pm

      Thank you! Very interesting reading and open to interpretation.

  2. D.Galea
    May 23, 2011 at 1:01 pm

    Tajjeb mela issa Mario azzopardi jaf jinterpreta iżjed aħjar mill-Isqfijiet il-Kelma ta’ Alla.

    Inti użajt il-kelma “infedelta”. Imma niġbidlek l-attenzjoni li jek tuża l-Bibbja li transletja Saydon li hija mill-oriġinal, mhux bħal ta’ l-Għaqda Biblika (li ttiħdet mill-Bibbja bil-Latin), tinduna li l-kelma l i juża Saydon hija ‘rabta ħażina’. Il-kelma rabta ħażina tirreferi għall-każijiet fejn iż-żwieġ ikun hemm xi ħaġa li tagħmlu invalidu.

    • May 23, 2011 at 10:14 pm

      Siehbi, Allahares tara l-interpretazzjonijiet differenti tat-teologi li l-maggoranza taghhom huma qassisin Kattolici u xorta ma jaqblux ma’ xulxin. Anke hawn Malta, uhud mill-qassisin mhux jaqblu ma’ l-isqfijiet u Rene Camilleri u Mark Montebello huma esperti kbar tat-teologija u l-filosofija. Hija kwistjoni ta’ interpretazzjoni.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: