Home > Opinion > Il-Beatu ta’ l-Ipokrezija!

Il-Beatu ta’ l-Ipokrezija!

Jekk hemm ministru li m’ghandux jiftah halqu fuq il-kwistjoni tad-divorzju huwa Tonio Fenech li zgur se jirbah il-premju ta’ l-aktar politikant ipokrita li qatt deher f’gziritna.

Tant hu ipokrita li da’ l-ahhar irid jghallimna fuq ir-religjon u qal li ahna li naqblu mad-divorzju qed nbikku lill-Madonna. Forsi Toni wiehed minn dawk li jaqbel li l-istatwi t’ Angelik vera qed jibku d-dmugh, z-zejt u d-demm?

Ahna l-aqwa li ghandna kuxjenza safja mhux bhalu ghax ahna qatt ma gejna mplikati fit-tgerfix tal-VAT u tal-kanvassing tas-segretarju tieghu. Ahna qatt ma’ gieghelna eluf ta’ ommijiet Maltin jibku bit-tbatijiet kagun tieghu ghax ma’ jistghux ilahhqu mal-hajja u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li splodew kemm ilu ministru tal-finanzi hu.
Minn naha l-ohra, dan Fenech johrog ta’ wiehed vera mgerfexx f’hsibijietu ghax ma jafx ezatt xi jridna nsejhulu: Kattolika Fundamentalist jew Opportunist Politiku? Ahna nahsbu li hu t-tnejn.

Kif dan Fenech ma jistax jara t-travu f’ghajnejh qabel ma jara t-tibna f’ghajnejn haddiehor hija haga tassew inkwetanti ghax qed juri li bhala politiku mhux kapaci jaghmel distinzjoni bejn gvern u partit, u bejn gvern u knisja, u spicca jghaffeg kollox flimkien bhalma ghaffeg fil-kwistjoni tad-dawl u l-ilma, ta’ l-Airmalta u tal-hlasijiet ta’ 500 Ewro fil-gimgha lill-Ministri Nazzjonalisti filwaqt li lill-poplu tah ftit aktar minn Ewro fil-gimgha!

Dan l-individwu mohhu biex jiftahar fuq kemm ihaddan valuri Nsara imma ma ddejjaqqax ihaddem seftura b’mod illegali li la kienet thallas bolla u lanqas VAT. Dan l-istess bniedem li l-hin kollu jghajjat li kulhadd irid jaghti lill-gvern dak li haqqu u jhallas il-VAT; halliha li meta gie ghas-si u no, hafirha lil dawk li l-aktar ma hallsuhiex!

Ezatt bhal Kristu dan Fenech: generuz mas-sinjur u rghib mal-fqir! Le, bilhaqq Kristu dejjem qalilna biex inkunu generuzi mal-fqir u dejjem canfar is-sinjur. Nahseb li ahna u Fenech qed naqraw Bibja differenti.

Bhala Kattoliku mill-aqwa, meta din is-seftura wegghat dahra malajr uzaha bhala ezempju ta’ x’jigrilu min ma jhallasx il-bolla u l-VAT. Mhemmx xi nghidu, ma qal xejn fuq min jimpjega nies bhal dawn b’mod illegali li suppost li jkun qed jikser il-ligi tal-VAT ukoll. Imma l-ligi mhiex qieghda ghal kulhadd, hux? Ma’ qal xejn fuq il-hniena li seta’ juriha meta wegghat waqt li kienet qieghda fuq xogholha tahdem f’daru. Il-karita’ sal-paroli tasal u kif nigu ghall-fatti l-ipokrezija tirrenja.

Aghar minn hekk, lil din l-imsejkna xandarha ma’ kulhadd u biddel il-mizerja taghha f’storja morali ta’ x’jigrilu min ma jhallax dak li ghandu jaghti lill-gvern u pprova jbellghahielna li ma kien jaf xejn dwar l-istat ta’ l-impjieg illegali taghha ghax skond hu, il-mara tieghu kienet thaddimha.

Fenech u Gonzi aktar jimpurtahom li jagevolaw il-Knisja mill-Istat

Dan ix-xempju tal-Kattolicizmu u Virtu bla qies li malajr qalilna li mhux kapaci jahseb minghajr ma jdahhal il-fidi Kattolika tieghu fin-nofs, malajr nesa l-istess fidi meta habib sinjur tieghu (ghax dan bhall-Kardinali u l-Papiet ma jaghmiliex maz-zghar imma mas-sinjuri ghax dawk importanti biex timxi l’ quddiem u tkompli tiffonga) hadu b’xejn fuq l-ajruplan privat tieghu biex imur jara loghba ta’ l-Arsenal.

Sal-lum ma nafux dan il-‘habib’ x’talbu lura ta’ dan il-pjacir kbir li ghamillu.
Sakemm igawdi hu, l-etika ramiha mit-tieqa, l-aqwa li jhoss li l-valuri Nsara tieghu ghadhom shah ghaliex ma jaqbilx mad-divorzju. Imma stenna ftit, sa fejn naf jien il-valuri Nsara ma’ jghidux li ghandek turi s-sahha mad-dghajjef u d-dghufija ma’ min hu b’sahhtu. Il-valuri Nsara jghidulek li ghandek turi gustizzja ma’ kulhadd u ghandek taghder lil min hu fqir u dghajjef.

Kristu stess qal li ghandna nkunu umli u nghin l-aktar lil min hu batut. Imma bhall-politikant li hu, dan Fenech jaghzel hu liema valuri ghandu jaghti kas u liema ghandu jarmi barra t-tieqa. Bhalissa huwa importanti li politikament jaghti kas il-valuri tal-familji Maltin, halliha li hadd qatt daqsu m’ghakkes il-familji Maltin f’dawn l-ahhar tletin sena!

Fenech missu jaghlaq halqu u jaghmel xogholu sew.U mhux ghax-xoghol apostoliku qed nghidu. Dak suppost li hu xoghol il-qassisin u l-Isqfijiet, imma dan Fenech ma tantx jaf jaghmel distinzjoni bejniethom. Ma jafx li x-xoghol ewlieni tieghu hu li jiehu hsieb il-familji Maltin u jaghtihom standard ta’ ghajxien tajjeb.

U l-istess iridu nghidu lil dawk il-politikanti ohra li jhossu li ghandhom jbellghuna l-moralita’ taghhom bhala Eddie Fenech Adami, iehor li bit-travu li ghandu f’ghajnu ma’ jafx li ma jistax ikollu l-kredibilita’ meta ibnu nghata mhux wiehed imma zewg annulamenti, meta bint Cikku l-Iskarpan ilha ghaddejja seba’ snin biex tiehdu!

U xi nghidu ghal Laurence Gonzi li biex isalva ruhu politikament u spiritwalment kien lest jissagrifika 30 sena ta’ hsieb liberali li ftit ftit gelgel fil-PN biex sploda kollu ‘l barra mill- kanna ta’ l-ipokrezija politika f’anqas minn tlett gimghat.
Ara vera certa politikanti ghall-poter lesti li jaghmlu kollox!

Advertisements
  1. May 15, 2011 at 3:25 pm

    Haga wahda ftakru hbieb! Bix-xoghol HOTBA TAGHMLU u MHUX FLUS.
    L-UE dilettanta sewwa tad-direttivi, izda safejn naf, ghadha ma harget l-ebda direttiva dwar l-EVAZJONI TAT-TAXXA. MEPs Jekk joghgobkom innutaw dan.

  2. May 15, 2011 at 3:50 pm

    Dwar id-divorzju ma nafx it-teologu l-Onor. Tonio Fenech minn fejn gab l-ahbar inkwetanti li l-Madonna qed tibki. Safejn stajt infittex jien, Gesu’ tkellem fuq iz-zwieg fit-TG u f’certi kazijiet, ma deherx kontra. Araw Matt. 19,9. Marija qatt ma tissemma fid-diskorsi ta’ Gesu’ Bl-istess argumentazzjoni, ma tkun ideja ferm f’waqtha jekk l-Onor. Fenech jghidilna l-Madonna hix tibki meta l-povru haddiem u l-povru pensjonant hadu €1.16 fil-gimgha ghall-gholi tal-hajja filwaqt li hu ha €500 zieda fil-gimgha u bonus ta’ €6000 ohra fis-sena, cjoe’ €500 fix-xahar. U tinsewx, il-kaxxa ma tiflahx zidiet. Ma nkunux MGs (Maltese Goats).
    U qabel naghlaq, Gesu’ kien jitkellem dwar fatti u mhux holm. Jien naf b’kazijiet fejn il-koppja ilha s-snin mizzewga u sahansitra hemm il-wild u issa indunaw li ma kinux ghal xulxin u marru ghat-Tribunal Ekklezjastiku. Dan jaqa’ taht zwieg hazin? Veru kaz li qed jaraw is-sifja f’ghajn haddiehor u t-travu go ghajnhom mhumiex jaraw.

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: