Home > Opinion > Capricciosa iżda żgur mhux Quattro Stagioni

Capricciosa iżda żgur mhux Quattro Stagioni

L-Arcisqof ta' Malta Pawl CremonaL-Arcisqof Pawlu Cremona waqt laqgha ma’ tal-moviment kontra d-divorzju qal car u tond li huwa jistenna li l-Kattolici Maltin jimxu mat-taghlim tal-Knisja meta jigu biex jixhtu l-vot taghhom fir-referendum. U ghandu ragun. Irridu naqtugha din li l-Kattolici ihossuhom biss membri tal-familja nisranija fejn jaqblilhom. Kif kien qal xi hadd, ir-religjon mhix menu a la carte fejn taghzel li trid skont kid joghgbok. Allura iva, sew qal l-Arcisqof Cremona li l-Kattolici ta’ vera Maltin iridu jsegwu lill-Knisja.

Nisthajlukom tghidulna lilna tal-Mazzun: “Ojj, mela tliftu l-boxxla? Mela bzajtu li tmorru l-infern u issa dortu mal-Knisja?”. Affattu!

Jekk ir-religjon mhux menu a la carte ghall-fidili, mhux wisq inqas ghall-Knisja stess. Il-pozizzjoni li ha l-Arcisqof Cremona titlef is-sahha kollha taghha meta tpoggiha f’kuntest. X’inhu tal-kuntest? Ejja nsemmu ftit punti:

  1. Fi hdan il-Knisja stess hemm min qed jinterpreta x’qal Kristu dwar id-divorzju b’mod differenti. Nafu x’qal Fr Mark Montebello ghax gibniha fuq dan il-blog ukoll.
  2. F’pajjizi barranin, il-Knisja Kattolika lokali l-ewwel titlob lil koppja ghad-divorzju civili qabel tibda l-proceduri ghall-annullament religjuz.
  3. Fl-ebda pajjiz fejn kien hemm proposta biex jiddahhal iz-zwieg civili ma kien hemm Knisja Kattolika lokali li bezzghet lin-nies b'”konsegwenzi irreperabbli”, jigifieri dnub mejjet, jigifieri l-Infern. La 50, la 40, la 30, la 20, la 10 snin ilu u lanqas fis-sena 2011 kif ghamlet il-Knisja Maltija.
  4. L-ikbar u l-iktar punt jahraq jibqa dak tal-abbuzz sesswali tat-tfal minn qassisin Maltin. Kif jista’ l-Arcisqof jitlob lill-Kattolici jimxu warajh u jippretendu li l-fidili jisimghu minnu meta dawn l-abbuzi kbar, li whud biss minnhom qed jissemmew, baqghet ma saritx gustizzja mal-vittmi? Fejn hu l-moral high ground tal-Knisja Kattolika li permezz tieghu tista’ taffaccja lill-fidili u tghidilhom biex isegwuha?
Dan kollu jurina li l-Knisja Maltija hija kapriccjuza. Hija kontra d-divorzju ghaliex hekk jaqblilha. U l-ex imhallef Philip Sciberras laqat il-musmar fuq rasu meta qal li l-Knisja Maltija se titlef balla flus jekk jidhol id-divorzju ghaliex jonqsu l-annullamenti fil-qrati tal-Knisja.
Ghalhekk kapriccjozament, minhabba l-interessi extra-religjuzi taghha, l-Knisja Maltija bezzeghet lill-Maltin bl-Infern u qed tiehu pozizzjoni li l-ebda knisja ohra kattolika fl-ebda pajjiz iehor ma hadet fir-rigward tad-divorzju. Dan kollu jista’ jwassal biex il-Knisja Maltija tkompli sejra lura u taljena iktar lin-nies. Zgur mhux l-ahjar mod kif tibqa’ aggornata maz-zminijiet, tajba ghal kull stagun.
Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: