Home > Opinion > Kornuti kuntenti – l-iStat, il-Knisja u t-tfal tagħna fin-nofs

Kornuti kuntenti – l-iStat, il-Knisja u t-tfal tagħna fin-nofs

Diversi rapporti li waslu ghandna tal-Mazzun jghidu li fl-iskejjel tal-iStat, imhallsin mit-taxxi tieghi u tieghek, qed issir kampanja fina kontra d-divorzju minn ghalliema u sahansitra certi kapijiet ta’ l-iskejjel. Waslulna rapporti ta’ ghalliema li jaghtu homework lit-tfal biex ifittxu dwar x’qal Kristu u x’tghid il-Knisja dwar il-familja u d-divorzju, u kapijiet ta’ skejjel li waqt l-assembly joffru ‘talb specjali’ ghal-familji. Kemm se jdum jabbuza mit-tfal il-kamp kontra d-divorzju?

F’diversi artikli fil-Mazzun ahna insistejna fuq separazzjoni netta bejn Stat u Knisja u ma nistghux naccettaw kif il-Knisja Kattolika lokali qed taghmel krucjata (mhux imbilli qal l-Arcisqof li mhux krucjata ghax jekk thedded lin-nies bl-Infern allura krucjata tkun) kontra d-dhul tad-divorzju CIVILI. Ahna nifhmu li l-Knisja tati l-opinjoni taghha imma mhux li timmobilita rizorsi tati palata lill-kamp tal-LE.

Issa jidher li l-Knisja qed tisfrutta rizors iehor minn taghha: il-prezenza f’istituzzjonijiet ta’ l-iStat Malti. Ir-rapporti li waslulna ta’ propaganda kontra d-divorzju fl-iskejjel ta’ l-iStat juru zewg affarijiet. L-ewwelnett li l-kamp tal-LE fih element qawwi religjuz u dan qed juza kull mezz biex jghaddi l-messagg tieghu, u mhux biss f’attivitajiet religjuzi, u t-tieni, li l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, li ha pozizzjoni ufficjali kontra d-divorzju, qed ihalli li ssir din il-propaganda fl-iskejjel ta’ l-iStat.

Ma jidhirx li kien hemm xi struzzjonijiet ufficjali fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni biex l-iskejjel ma jkunux parti mill-kampanja referendarja. Imma s-skiet min-naha tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni ta’ Gvern kontra d-divorzju qed ihalli spazju ghal din il-proganda li zgur m’hemmx lokha fil-klassijiet.

Ahna ma konna nghidu xejn kienu dan sar fl-iskejjel tal-Knisja, ghalkemm xorta wahda niddejqu naraw il-kamp tal-LE jkompli jisfrutta lit-tfal biex jipprova jressaq l-argumenti tieghi. Pero’ ma nistghu naccettaw qatt li dan isir fi skejjel iffinanzjati mit-taxxi taghna.

Dan huwa kaz li juri kemm ghandna sitwazzjoni ta’ “kornuti kuntenti” – il-Partit fil-Gvern ihalli lill-Knisja taghmel li trid fl-iskejjel tieghu filwaqt li jaghti l-miljuni ta’ ewro fis-sena lill-Knisja ghall-iskejjel taghha minghajr ma ghandu l-ebda kontroll fuqhom.

Imma x’tippretendi meta t-taxxi taghna huma migbura mill-istess Ministru tal-Finanzi li ghandu hotline mal-Madonna u jaraha tibki ghax ma tridx id-divorzju f’Malta?

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: