Home > News, Uncategorized > Il-Moviment LE qed jibża mill-ġurnalisti ?

Il-Moviment LE qed jibża mill-ġurnalisti ?

Dan il-filmat juri bic-car kemm ghandhom x’jahbu taz-Zwieg Bla Divorzju. Bil-maqlub tal-Grupp ta’ l-“Iva” li marru b’wicchom ‘il quddiem jiffaccjaw lill-gurnalisti kollha u lill-midja kollha, iz-Zwieg Bla Divorzju ghandhom biza’ kbir li jiffaccjaw il-gurnalisti, tant li fil-filmat il-gurnalisti jidhru bir-ragun urtati li ma hallewhomx jistaqsu mistoqsijiet.

L-attitudni taz-Zwieg Bla Divorzju huwa ezatt bhal dak tal-Knisja: isma’ li ghandi xi nghid ghax jiena biss korretta u tistaqsix mistoqsijiet ghax li nghid jien domma tal-fidi!

Dan juri bic-car kemm iz-Zwieg Bla Divorzju huma qraba ntimi tal-Knisja, tant li kellhom lill-Mons. Anton Gouder jiddefendihom mill-kritika tal-gurnalisti. Qatt tinsew li dan Gouder kien l-ewwel wiehed li hareg jghid li jekk xi hadd jivvota favur id-divorzju ikun qed jaghmel dnub.

Ahna tal-mazzun inharsu lejn dan l-incident bhala wiehed li juri bic-car li taz-Zwieg Bla Divorzju mhmiex onesti fil-messagg taghhom u m’ghandhomx argumenti soda kontra d-divorzju ghax kieku kienu jaqbdu u jirrispondu l-mistoqsijiet tal-gurnalisti.

B’Monsinjur Gouder bhala t-tarka taghhom qed ikomplu juru kemm huma satellita tal-Knisja Maltija u kemm jimxu ezatt wara dak li tghid hi. Jekk iridu jigbru giehu u jkollhom ftit tal-kredibilita’ misshom johorgu jghidu bic-car l-allejanzi taghhom u min qieghed  jiffinanzjahom.

Ahna certi li n-nies li kapaci jahsbu qed jaghrfu din id-dizonesta u jaghrfu wkoll li bil-maqlub tal-Grupp ta’ l-“Iva”, l-ghan ewlieni taz-Zwieg Bla Divorzju hu li jzommu lis-status quo li hawn bhalissa sabiex il-padruni taghhom,  il-Gvern Nazzjonalista u l-Kurja jibqghu jirrenjaw.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: