Home > Opinion > It-Taħwid f’Moħħ l-Isqof t’Għawdex

It-Taħwid f’Moħħ l-Isqof t’Għawdex

L-Isqof Mario Grech ħaseb li ma nafux xi tfisser il-kelma eġemonija

Mela l-Isqof t’Ghawdex Mario Grech fit-Times tal-Gimgha li ghaddiet qal li l-Knisja mhiex interessat f’eġemonija politika jew kulturali u kien mohhha biss fic-certezza li Kristu kien il-qafas ta’ kull edificju Uman, ahna tal-mazzun tghidx kemm dhaqna.

Ahna tal-mazzun ma stajniex inhalluha ghaddejja din ic-cajta goffa li ghogbu jaghmel l-Isqof Mario Grech ghaliex lilna ma mpressjonaniex bil-kliem tqil li qaghad juza fl-omelija li ghamel fil-festa ta’ San Gorg.  Ghalhekk hsibna li nirriducu dak li qal f’lingwagg li jiftiehem aktar u nuru kemm il-hsibijiet tieghu huma mhawdin jew intizi biex ihawdu lil haddiehor.

X’inhi l-Eġemonija

Skond id-definizzjoni, egemonija hija poter politiku, ekonomiku, idjologiku jew kulturali ta’ grupp dominanti fuq gruppi ohra f’socjeta’ jew pajjiz. Dan il-poter ghandu bzonn il-kunsens tal-maggoranza tan-nies biex izommu l-mexxej ta’ dan il-grupp dominanti fil-poter.

B’din id-definizzjoni, kif jista’ jkun li l-Isqof Grech jghid li l-Knisja mhiex interessata f’egemoniji politici jew kulturali meta ilha parti mill-egemonija li tmexxi lil dan il-pajjiz ghall-mijiet ta’ snin u bil-krucjata li qed taghmel kontra d-divorzju, ghadha tuza d-dirghajn twal tal-egemonija taghha biex tikkontrollha t-tixrid tas-sekularizmu u drittijiet civili f’din il-gzira?

Dan ghaliex il-Knisja hija grupp dominanti politiku, idjologiku, kulturali u anke ekonomiku.

Il-kelma ‘politiku’ tfisser l-arti tat-tmexxija u l-Knisja tista’ tghid li ma tmexxix lil dan il-poplu?

Il-mod kif immobilizzat in-nies kontra d-divorzju huwa sinjal car ta’ kemm il-Knisja Maltija ghad ghandha kontroll fuq l-imhuh u t-tmexxija ta’ dan il-pajjiz bid-decizjoni tal-PN li johorgu kontra d-divorzju.

Minbarra dan, il-Knisja tqis ruhha bhala l-mexxejja tas-sahha spiritwali tal-Maltin, izda l-aspetti aktar materjalistici jispikkaw ukoll. Il-fatt li li z-zwieg kanoniku jigi fuq iz-zwieg civili skond il-ligi tal-1993 huwa ezempju wiehed li jfisser li fiz-zwigijiet il-Knisja ghandha l-poter politiku. Ghalhekk qieghda tiggieled daqshekk bl-ahrax kontra d-divorzju biex tipprotegi dan il-monopolju li jaghtiha poter f’pajjiz suppost sekulari fuq iz-zwieg ta’ l-istat.

Il-Knisja Kattolika f'Malta hija egemonija kbira li tinfluwenza kollox f'gziritna

Il-fatt li l-Knisja u l-PN qed jergghu jikkopera kontra d-divorzju turi kemm il-Knisja dejjem kienet thossha komda mal-PN u kemm trid li zzomm egemonija politika billi tahdem mal-partit politiku li bhalissa jinsab fil-gvern.

Jekk niehdu l-egemonija idjologika (idjologija tfisser grupp t’ideat), nergghu naraw ghal darb’ohra kif il-Knisja ghadha idjologija li taqbel hafna ma’ dik tal-PN li jiddiskrivi lilu nnifsu bhala partit Demokristjan; u attivitament tipperpetwa din l-idjologija tant li anke fil-Kostituzzjoni, ir-religjon Kattolika hija meqjusa bhala r-religjon ewlenija ta’ Malta u din taghtiha sahha idjologika u politika kbira.

Il-glieda ta’ bhalissa sabiex id-divorzju ma jidholx hija glieda kemm politika kif ukoll idjologika. Politika ghaliex jekk jirbah il-‘le’ jerga jiehu spinta l-PN u l-Knisja turi li ghad ghandha sahha f’gziritna; u idjologika ghaliex kemm il-Knisja kif ukoll il-PN ikomplu jsostnu l-ideat taghhom minghajr ma’ jaghtu kas lil dawk li ma’ jhaddnux ir-religjon Kristjana jew li m’ghandhomx flus bizzejjed biex igibu divorzju minn barra. Dan ifisser li l-attaggjament tal-PN huma diskriminatorja lejn diversi sezzjonijiet tal-poplu minkejja dak li dejjem ihobb jghid il-Prim Ministru, li l-PN hu l-partit ta’ kulhadd. Bl-allejanza tieghu mal-Knisja qed ihalli barra nies stess tal-partit li ma jaqblux ma’ l-attaggjament tal-Knisja u jiggieled biss ghall-membri konservattivi tal-partit.

Jekk ma jghaddix id-divorzju, il-Knisja tmur tajjeb ukoll ekonomikament bhalma dejjem ghamlet mill-propjetajiet u r-rikezzi li hallewlha diversi padruni bi premessa li jmorru l-Genna jekk ikunu generuzi maghha fuq is-sodda tal-mewt.

Minn barra dan, il-monopolju tal-Knisja fuq l-unika strument Ii jista’ b’xi mod iholl zwieg—l-annullament—jaghtiha poter ekonomiku tremend hekk kif eluf ta’ kopji li jixtiequ jinfirdu jridu jghaddu minn dan l-arbiel kiefer li l-Knisja tuzah biex terda kemm tiflah flus u tirregalah lil min hu habib u allejat taghha. U dan mhux ahna qed nghiduh imma l-imhallef irtirat t’esperjenza kbira—Philip Sciberras—li gimgha ilu qal li l-kampanja tal-Knisja kontra d-divorzju hija motivata minn konsiderazzjonijiet finanzjarji li tista’ titlef jekk l-egemonija taghha fuq l-annullamenti taz-zwieg jispicca.

L-imhallef Philip Sciberras qal car u tond li l-Knisja titlef hafna flus jekk jidhol id-divorzju

Jista’ l-Isqof Grech jispjega kif il-Knisja mhiex interessata f’egemonija kulturali meta hija l-bazi ta’ l-egemonija kulturali ta’ dan il-pajjiz mizghud f’festi u drawwiet li kollha jduru madwar ir-religjon Kristjana?

Ikollna nghidu li dan l-Isqof Grech jew jahsibna idjoti jew ma jafx x’inhu jghid u idjolta hu!

Il-Knisja timxi wara l-passi ta’ Kristu?

Cajta ohra li qal l-Isqof Grech kienet li l-Knisja timxi biss fuq ic-certezza li Kristu huwa l-qafas ta’ kull edificju Uman.

Fejn jidhlu l-flus inwarrbu anke lil Alla!

L-ewwelnett, il-Knisja Kattolika trid tibda taccetta li mhiex l-unika religjon li tezisti fid-Dinja u anke f’Malta. Jekk hi temmen li Kristu huwa l-qafas ta’ l-Umanita’, jezistu hafna religjonijiet li dan ma jaccettawhx. Minbarra hekk, ahna tal-mazzun ghandha dubju kbir kemm il-Knisja Maltija stess timxi wara l-passi ta’ Kristu. Fejn hi l-gustizzja tal-Knisja mal-fqir?

  • Fil-mod kif jiddahhlu t-tfal fl-iskejjel taghha?
  • Fil-mod kif it-tfal tas-sinjuri u tan-‘nobilta’ Maltija (li normalment ikollhom kunjomijiet specjali bhal Mifsud Bonnici, Demarco, Fenech Adami, Gonzi, etc) jittrawmu mill-Gizwiti biex isiru l-avukati u t-tobba t’ghada u jibqghu sejrin dritt fil-KSU, l-MZPN, l-Kunsill tal-PN u eventwalment isiru MPs u Ministri fil-kabinet tal-Gvern Nazzjonalista?
  • Fil-mod mhux etiku kif sorijiet u qassisin li kienu ilhom snin barra ngiebu Malta b’mod illegali biex jivvotaw favur il-PN fl-ahhar elezzjoni?
  • Fil-mod li biex tirnexxi fid-Department ta’ l-Edukazzjoni u hafna awtoritajiet ohra trid membru ta’ l-Opus Dei, ZHN, jew tal-Museum jew ikollok xi degree fit-Teologija?
  • Fil-mod kif diversi ghaqdiet tal-Knisja saru sinjuruni wara l-ftehim tal-Gvern fuq il-propjeta’ tal-Knisja?
  • Fil-mod kif serqu din il-propjeta’ minn halq l-imsejkna fuq is-sodda tal-mewt taghhom li spiccaw ma jhallu ghall-uliedhom?
  • Fil-mod kif jaghtu l-annullamenti li min jaqblilhom minghajr ma jaraw x’effetti finanzjarji u psikologici se jkollu fuq il-kopji u t-tfal involuti?
  • Fil-mod kif irnexxielhom jinfiltraw sahansitra f’kumitati xjentifici biex jikkontrollaw id-dhul ta’ teknologiji u teknika xjentifika li tista’ ddghajfilhom il-poter taghhom f’dan il-pajjiz.
  • Fil-mod kif i-gvern dahhalhom f’kull qasam sekulari mix-xandir sal-medicina qishom servizz sigriet ekklessjastiku?
  • Fil-mod kif dejjem hadmu ma’ gvern konservattiv kontra l-poplu u faqqghulu l-Interdett biex jibqghu ggranfati mal-poter.
  • Fil-mod kif ghal eghxieren ta’ snin hbew il-fatt li diversi qassisin abbuzaw ghal snin twal tfal fdati f’idejhom.

Missu zamm halqu maghluq

U dan l-Isqof Grech ma waqafx hawn ghax qal li hija l-missjoni ta’ l-Insara li ma jhallu lil hadd jintimidahom.

Lanqas jisthi jghidu dan id-diskors meta l-intimidazzjoni dejjem giet minn naha tal-Knisja li kif xi haga ma toghgobiex erhila timmobilizza lill-allejati kollha taghha u tishet lir-rivali taghha b’xi dnub il-mejjet, skmomunika jew interdett. Imbaghad ghax fl-1977, il-Gvern ta’ dak iz-zmien ried li kulhadd ikollu dritt jattendi l-iskejjel tal-Knisja, hargu jghajtu li l-gvern irid jaghlaqhom, u minn dakinhar ‘l hawn, l-iskejjel tal-Knisja saru skejjel ta’ l-elite u mhux tal-fqir kif suppost kienu skond il-missjoni ta’ Kristu.

Qal ukoll li l-hassieba Maltin kienu konvinti li biex ikun hawn il-progress iridu nghalqu halq Alla. Dan l-Isqof Grech ahjar waqaf meta kellu cans ghax meta jibda jghid il-hmerijiet ma jieqafx. Nahseb li mhux Alla imma l-Knisja dejjem tat l-impressjoni li hija kontra l-progress u hi stess dawret il-hassieba li dejjem ippersegwitat kontriha ghax dejjem rat l-gherf bhala ghadu ta’ l-injoranza u s-superstituzzjoni li dejjem irrenjat fih.

  • Aqraw ftit dwar x’ghamlet fiz-Zmenijiet id-Dlam fejn tefghet l-Ewropa 500 sena lura bil-hruq tal-kotba u l-qtil brutali ta’ min ma kienx jaqbel maghha.
  • Aqraw fuq min iccensura lill-Galilew u ghalquh f’dahru biex 400 sena wara skuzaw irwiehhom ghax kellu ragun isostni li d-Dinja ddur max-xemx?
  • U min oppona kull bicca teknologija gdida li fegget fuq is-suq dawn l-ahhar hamsin sena mill-energija nuklejari sal-condoms? Teknologija u medicina li kieku ma kienx ghalihom ghadna nghixu fl-ghanqbut tal-Medjuevu u mmutu ta’ erbghin sena!

Sur Isqof Grech il-Knisja waqqghet il-gebla fuq saqajha ripetutament ghax opponiet kull haga li b’xi mod setghet teqred l-egemonija jew il-poter taghha. Ilha taf li jekk in-nies jitghallmu ma jibqghux jibilghu l-hmerijiet u s-superstizzjonijiet li tant kienet tbellghalhom u ghalhekk dejjem haditha kontra l-ghorrief u l-intelletwali li opponew ir-rezistenza taghha kontra l-gherf u t-teknologija.

Illum, uhud minn dawn is-superstizzjonijiet bhall-Limbu sahansitra l-Knisja Kattolika stess qed tghid li m’ghadhomx jezistu. Kif jista’ jkun li mitt sena ilu l-Limbu kien jezisti u kienu jispiccaw fih it-tfal u t-trabi mhux mghammda, u llum m’ghadux jezisti? Allura fejn marru dawn it-tfal? Telghu l-Genna? Nizlu l-Infern? Marru sal-Purgatorju? Jew anke l-Purgatorju dalwaqt ma’ jibqghax moda u jghalquh?

U x’ried jghid biha li jkun hawn inkwiet kbir jekk ikollna stat ateju?”

Wara kollox, kif jista’ jkun ikun hawn stat ateju jekk iz-zewg mexxejja tal-partiti ewlenin mhumiex ateji?

Jew ried jghid li jekk tghaddi l-Ligi tad-Divorzju, l-istat Malti jsir ateju u jkun hawn l-inkwiet?

U l-inkwiet min se jaqilghu?

Mhux se jaqilghuh l-ateji ghax tkun ghaddiet taghhom u wara kollox nahsbu li ftit hawn minnhom.

Allura tghid johrog imexxi xi krucjata l-Isqof Grech biex jiehdu lura din il-gzira minn taht idejn l-imxajtna li vvottaw favur id-divorzju u jkollna Inkizizzjoni Maltija gdida?

Tghid jekk jghaddi d-divorzju l-Isqof Grech jaghmel krucjata gdida?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: