Home > Opinion > IS-SITT PARTI – Il-vittmi kienu t-tfal mhux il-Knisja

IS-SITT PARTI – Il-vittmi kienu t-tfal mhux il-Knisja

Il-Knisja Kattolika rnexxielha tikkonvinci lilha nnifisha li hi l-vittma f’din is-saga tal-biza’ ta’ l-abbuz sesswali mill-qassisin taghha. Is-sena l-ohra, harget ahbar li kompliet tikkonferma kemm il-Knisja Kattolika aktar mohhha biex tiknes il-kazijiet ta’ abbuz sesswali taht it-tapit milli tittratthom bis-serjeta’ u taghmel gustizzja ma’ min bata u ghadu jbati minhabba fihom.

Il-Papa Benedittu li kien il-Kardinal Ratzinger, habib personali u allejat kbir tal-Papa Gwann Pawlu II li zgur li kien jaf bil-kazijiet kollha ta’ abbuz sesswali mill-kleru,  inqabad li heba u anke pprotega qassisin li abbuzaw it-tfal ripetutament. L-iskandlu issa kien qed jigri wara dan il-Papa 20 sena tard!

Is-rispons ghal din il-hnizrija kienet mistennija. Il-Gerarkija tal-Knisja mmobilizzat lil kulhadd sabiex tiddefendi lill-Papa u l-Knisja mill-eghdewwa li riedu jeqirduha. Il-Kardinali u l-Isqfijiet attakaw kemm felhu lill-kritici, l-aktar dawk sekulari li jahdmu mal-midja  u xlewhom li jridu jeqirdu l-integrita’ tal-Knisja, tant li l-Arciqof ta’ Parigi sejjah dawn l-“attakki” bhala “kampanja ta’ hmieg!”

Minn naha tieghu, Benedittu wahhal fis-sekularizmu u l-applikazzjoni hazina ta’ l-aggornament tal-Vatikan it-Tieni li komplew jaghtu kuntest akbar biex jinfethu attakki kontra l-Knisja fuq il-kwistjoni ta’ l-abbuz sesswali. Dan kien ezempju iehor ta’ tattika ta’ oskurantizmu li l-Papa Ratzinger jeccella fih, l-aqwa li jhawwad l-imhuh tal-fidili u jdawwar harsithom ‘il boghod mit-tort kbir li kellha l-Knisja Kattolika fil-kwistjoni ta’ qassisin pedofili.

Minn naha l-ohra u b’mod makak hafna, Benedittu tefa’ l-htija fuq Papiet ohra bhal Gwann XXIII u Pawlu VI li sar hafna xoghol fuq Vatikan II taht it-tmexxija taghhom. Tghid kien qieghed jghid li l-Vatikan II kien laxk wisq u ghalhekk sehhew daqstant kazijiet ta’ pedofilija mill-qassisin?

Din l-attitudni xejn m’ghamlet gid lill-Knisja ghaliex ir-riha ta’ konservattivizmu estrem tal-Papa Ratzinger kompliet tikber u l-Awtoritajiet tal-Knisja aktar hargu jidhru bhala elite arroganti maqtugha mir-realta li mhux lesti jammettu u jaccettaw sitwazzjoni moqzieza li holqu huma stess.

Din hija mentalita’ li l-hin kollu tirrepetti ruhhom fil-konfront tal-Knisja. Anke fil-prezent qed naraw kif nies mill-PN u dawk li jmexxu l-kampanja tal-“Le” ghad-Divorzju huma kompletament maqtugha mir-realta’, tant li l-Prim Ministru jghajjat fuq l-importanza tal-familja li ha titnaffar bid-divorzju u ma jarax il-hsara li qed jaghmel hu jaghti tant zidiet qawwija lilu u lil ta’ madwaru. Qassisin xjuh u li m’ghandhom l-ebda esperjenza ta’ familja bhall-Monsinjur Said Pullicino jipprova jbezzghana bid-dnub il-mejjet li hu d-divorzju u l-Isqof Mario Grech jghid li jekk jidhol id-divorzju Malta ssir stat ateju.

U d-dirigenti taz-Zwieg Bla Divorzju bhal Andre Camilleri u martu Sonia, Arthur Galea Solomone u Austin Bencini kollha jitkellmu bl-istess ton konservattiv u bla simpatija lejn il-familji ta’ l-imgarrba li m’ghamlux 20 sena jgawdu mill-kuntratti u xoghol bi hlasijiet t’eluf kbar ta’ liri li gawdew il-Camillierijiet, Solomone, Bencini u shabhom kollha li mhuma xejn hlief portavucijiet ta’ Lawrence Gonzi.

Dawn kollha taz-Zwieg Bla Divorzju huma nies b'pagi tremendi li nghataw hafna xoghol minghand il-gvern u li zgur li ma jafux minn xhiex jghaddi c-cittadin ta' kuljum li jiffaccja zwieg imkisser

Il-kazijiet johorgu fil-berah

U aktar mal-Knisja pprovat tbieghed l-ispettru tal-pedofilija ‘l boghod minnha, aktar bdew johorgu  kazijiet godda ghaliex in-nies, hafna minnhom Kattolici genwini ndunaw li l-Knisja ma kienx jimpurtaha minn uliedhom, izda mill-isem taghha li permezz tieghu tikkmanda popli shah.

Isqof fl-Irlanda  kellu jirrezenja wara li ammetta li heba kazijiet ta’ abbuz tat-tfal. L-istess gralhom Isqfijiet fil-Germanja u l-Belgju  wara li ammettew li huma stess kienu abbuzaw il-minoreni.  F’Malta stess kellna l-kwistjoni ta’ erba’ qassisin tal-MSSP li kienu ilhom 25 sena jabbuzaw it-tfal li suppost kienu jiehdu hsiebhom u l-allegazzjonijiet komplew hergin mic-Cile, Norvegja, Brazil, l-Italja, Franza u l-Messiku.

Xi gimghatejn wara l-Ghid tas-sena l-ohra, il-Vatikan deher li se jibdel ir-rotta u ghall-ewwel darba hareg direttiva biex l-Isqfijiet jirrapportaw kazijiet t’abbuz lill-awtoritajiet civili jekk dawn jitolbuhom. Fl-istess hin, il-Papa Benedittu kellu laqghat qosra ma’ gruppi ta’ nies li kienu vittmi t’abbuz sesswali minn qassisin u s-Santa Sede harget stqarrijiet simpatetici dwarhom.

Ghal hafna mill-vittmi, inkluzi dawk Maltin, l-apologiji tal-Papa gew tard wisq. Huma rragunaw li kieku l-awtoritajiet tal-Vatikan verament riedu isolvu l-problema misshom ikkoperaw bil-miftuh ma’ l-awtoritajiet u waqqfu jimblukkaw il-gustizzja bil-habi. Il-Knisja missha hadet sehem attiv biex tfittex dawk il-qassisin abbusivi u taghtihom f’idejn il-pulizija, u mhux tistenna sakemm dawn il-kazijiet inkixxfu mill-qraba taghhom jew mill-vittmi stess. Sal-gurnata tal-lum, il-Knisja baqghet ma’ taghatx l-eluf ta’ rapporti sigrieti fuq qassisin u isqfijiet abbusivi  li ghandha lill-awtoritajiet civili.

Qalb din it-tragedja kollha, kien hemm qassisin kuragguzi li tkellmu .  F’quddiesa f’Knisja f’Springfield, Massachusetts, ir-Reverendu James S. Cahill ghamel omelija fejn qal li: “Ghandna b’mod kollettiv u personali niddikkjaraw li ghandna dubji dwar kemm il-Papa u l-Awtoritajiet tal-Knisja verament iridu jsolvu l-problema. Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed jidher li ghall-eghxieren u anke sekli shah, it-tmexxija tal-Knisja hbiet l-abbuzi tat-tfal u l-minoreni biex jipprotegu l-imagni ta’ l-istituzzjoni tal-Knisja u tas-Sacerdozju.” (New York Times, 4/12/10).

Dawn il-qassisin abbusivi, S. Cahill kompla kienu kriminali u hu wera dubji serji kemm l-insistenza tal-Vatikan li ma kenitx taf bihom kienet vera. “ Anke jekk il-Papa u l-Isqfijiet ma kienux jafu, misshom jirrezenjaw kollha fuq bazi ta’ injoranza, inkompetenza u rresponsabilita’.” 

Jekk tistaqsu kif il-kongregazzjoni ta’ S. Cahill laqghet l-omelija tieghu, nghidulkom li wiehed jew tnejn telqu ‘l barra u l-bqija tawh applaws kbir.

(TMIEM)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: