Home > Opinion > L-HAMES PARTI – U mhiex problema daqshekk serja!

L-HAMES PARTI – U mhiex problema daqshekk serja!

Hemm zewg modi kif jista’ jitnaqqas il-gravita’ ta’  l-assalt sesswali fuq it-tfal mill-klerici u jidher li l-Knisja Kattolika taqbel mat-tnejn.

L-ewwel argument inaqqas il-problema billi jinsisti li l-pedofilija mhiex serja ghax tinvolvi biss ftit qassisin u ftit incidenti isolati.

It-tieni argument li hu aktar tal-biza’ hu  li l-abbuz tat-tfal mhux daqshekk perikoluz jew importanti.L-impressjoni li taghti l-Knisja li dan l-abbuz huwa ncident sfortunat li ghandu mnejn jaffettwa hazin it-tfal, izda mhux serju bizzejjed li jikkawza skandlu daqstant kbir li qieghed jeqred il-karriera ta’ tant qassisin u jaghmel hsara kbira lill-Knisja Kattolika, hu tat-tkexkix.

B’dan ir-ragunament, il-mexxejja tal-Knisja aktar qed juru kemm huma ndifferenti lejn il-problemi tat-tfal abbuzati. Meta wiehed mill-qassisin pedofili, ir-Revendu John Geoghan kellu jirtira (u ma spiccax il-habs) wara li wettaq sensiela t’abbuzi tal-minoreni fuq medda ta’ 17-il sena li affettwaw aktar minn 200 vittma, il-Kardinal Law xorta kitiblu dan il-kliem: “Ghan-nom ta’ dawk li tant servejthom b’fedelta u f’ismi, nixtieq nirringrazzjak. Nifhem li s-sitwazzjoni tieghek hija wahda difficli.” Jidher car li l-Kardinal Law aktar kien jimpurtah mill-ugiegh li hass Geoghan milli mill-miserja li dan wettaq fuq tfal taht l-eta’.

Fl-2001, Isqof Franciz spicca l-qorti ghaliex irrifjuta li jghid lill-pulizija li qassis assalta sesswalment diversi tfal. Dan l-ahhar, hareg li Kardinal gholi li kien qieghed il-Vatikan, Dario Castrillón kiteb hekk lil dan l-Isqof: “Irrid nawguralek talli ma kxiftx lil dak il-qassis lill-awtoritajiet civili. Inti ghamilt sew u jiena ferhan li ghandi kollega fl-episkopat li f’ghajnejn l-istorja u mill-Isqfijiet l-ohra kollha pprefera l-habs milli jikxef lill-‘ibnu’ u kollega qassis.” (Fil-verita, dan l-Isqof laqqat sentenza sospiza u ma marx il-habs).

Castrillón qal li l-Papa Gwann Pawlu II kien awtorizza l-ittra snin ilu u qallu biex jibghatha lill-Isqfijiet madwar id-Dinja. (New York Times, 4/22/2010.) Hemm hafna aktar bhall-Kardinal Law u Castrillón fil-gerarkija tal-Knisja, irgiel xjuh u mohhom maghluq li ghadhom jemmnu li jaghmlu x’jaghmlu Alla maghhom u ghalhekk ghandhom ragun f’kollox. Irgie xjuh u mohhom maghluq minghajr esperjenza tat-tfal u  minghajr il-kapacita’ li juru l-inqas hjiel ta’ simpatija maghhom. Dawn l-istess nies li l-hin kollu jghajtu li hu d-dmir taghhom li jipprotegu t-tarbija qabel titwieled, imma li ma joffru l-ebda protezzjoni tat-tfal fl-iskejjel u l-parrocci mmexxija minnhom stess.

Dawn l-istess nies iridu t-titlu ta’ “Father” minghajr ma’ qatt kienu missier hadd. La jghixu fid-djar mal-familji, la ghandhom experjenza ta’ hajja mizzewga jew relazzjoni ma’ nisa u li bl-arroganza kollha jridu jghidu lill-mizzewgin kif jghixu. Hafna minnhom dawn il-kardinali u isqfijiet jghixu qishom xi nobbli f’palazzi lussuzi jew f’djar ma’ rgiel ohra sinjuri kif kienu jaghmlu n-nobbli Inglizi fiz-zmien ir-regina Vittorja. Erhilhom jitqabdu ghall-poter biex jilhqu posizzjonijiet gholjin fil-gerarkija tal-Knisja—hajja ddedikata lill-Knisja li titmghahhom, tlibbishom u tospitahom–u protetti mill-problemi li hemm wara l-hitan tal-palazzi taghhom. Dawn in-nies m’ghandhom l-ebda esperjenza ta’ hajja u r-relazzjonijiet li toffri bil-problemi u ferh kollha taghhom.

Minn hemm fuq, l-Isqfijiet, il-Kardinali u l-Papiet ma jistghux jisimghu l-biki u l-krib tat-tfal li haqqru. Il-Knisja mhiex knisja tat-tfal imma ta’ rgiel xjuh mimlija barbazzari tad-deheb mohhom biex jisquna domma antikwata!

Il-hsara li saret (u ghadha ssir) lill-vittmi ta’ qassisin pedofili ghadu ghaddej minghajr mal-Knisja tiehu azzjonijiet konkreti. Snin ta’ dipressjoni, tfaqqiegh tad-drogi, alkoholizmu, problemi psikologici u sesswali u anke suwicidju huma kollha effetti terribli ta’ l-abbuz ta’ l-innocenti li s’issa ma jidhirx li mess qalb l-Isqfijiet u l-Papiet.

Imbaghad bl-arroganza kollha jridu jaghtu lilna ommijiet u missirijiet l-lezzjonijiet fuq l-imhabba lejn it-tfal u ghax naqblu mad-divorzju jghajruna li nobghod it-tfal u l-familja. Allura x’jaghmel min ghal snin twal baqa’ jahbi l-pedofilija tat-tfal u sal-lum ghadu ma offra l-ebda ghajnuna la psikologika u lanqas finanzjarja lill-vittmi tieghu?

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: