Home > Opinion > IR-RABA’ PARTI – Ftit hemm qassisin pedofili?

IR-RABA’ PARTI – Ftit hemm qassisin pedofili?

Damu 25 sena jahbu l-pjaga tal-pedofilija fil-Knisja

Snin ilu, il-Gerarkija tal-Knisja Kattolika kienet tinsisti li jezistu ftit qassisin pedofili u li din il-kwistjoni kienet qed tigi minfuha zzejjed bhala biex taghmel hsara lill-Knisja Kattolika.

Ghal hafna zmien, kull ahbar ta’ pedofilija klerikali li kienet tispicca fil-midja kienet tigi deskritta bhala sensazzjonalizmu mill-Papa Qaddis Gwann Pawlu II. Hu flimkien mal-kardinali tieghu fosthom Ratzinger dawru n-nies kontra dawn id-djar tal-midja minflok ma’ attakkaw lill-qassisin li kienu qed jikkommettu dawn il-hnizrijiet.

Rapporti li hargu mill-Konferenza ta’ l-Isqfijiet Kattolici Amerikani, li hija wahda mill-organizazzjoni aktar onesti tal-Knisja Kattolika, ddokkumentat l-abbuz li sehh mill-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti minn 4 392 qassis fuq eluf ta’ tfal bejn 1950 u 2002. Skond din l-organizazzjoni (li nfakkarkom hija tal-Knisja), 1 minn kull 10 qassis li gew ordnati f’1970 gie mixli bil-pedofilija sas-sena 2002.

Servej iehor ikkummissjonat mill-Isqfijiet Amerikani sab li minn 5,450 complaint ta’ abbuz sesswali kien hemm complaints t’abbuz sesswali kontra 16-il Isqof u l-Knisja Kattolika l-hin kollu tinsisti li minhabba ftit qassisin pedofili qed jehel kulhadd!

Wara li splodiet il-bomba tal-pedofilijia fl-Istati Uniti, bdew dehlin gelgul ta’ rapporti mill-Irlanda u pajjizi ohra Ewropej bhall-Italja u l-Belgju, u l-Papa Beatu Gwann Pawlu II baqa’ jinsisti li l-epidemija ta’ pedofelija ekklesjastika kienet “problema Amerikana”, qisu l-qassisin Amerikani ma kienux membri tal-Kleru u ghax Amerikani ma kenitx problema.  Fl-2005, il-Papa Gwann Pawlu II miet minghajr qatt m’accetta li jiltaqa’ mal-vittmi  tal-pedofelija u qatt ma lissen kelma wahda t’apologija ghal dawn ir-reati sesswali.

U lil dan dalwaqt jaghmluh qaddis!

Il-Kardinal Angelo Sodano (lemin) ma kienx impressjonat bil-paroli tal-mument dwar il-pedofilija

Bil-migja ta’ Ratzinger  bhala Benedittu XVI, il-habi kompla u  sa sena ilu f’April 2010, fil-quddiesa ta’ l-Ghid fil-Pjazza ta’ San Pietru, id-Dekan tal-Kullegg tal-Kardinali, Angelo Sodano, assigura lil Benedittu li l-fidili ma’ kinux impressjonati “bil-paroli tal-mument”  halliha li dan il-“paroli” kien maghmul minn eluf t’investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet  li jmorru lura eghxieren ta’ snin.

L-istess gimgha ta’ l-Ghid , l-Arcisqof ta’ Messiku, il-Kardinal Norberto Rivera Carrera, iddikkjara li n-nies kienu qed jghaggbuha u li l-kazijiet ta’ pedofilija kienu reazzjoni esagerata bbazata fuq l-imgieba ta’ “ftit qassisin dizonesti u kriminali!”  Jigifieri minkejja dawk il-kazijiet kollha, dirigenti gholja tal-Knisja jibqghu jinsistu li l-problema tal-pedofilija mhiex wahda reali u qed tigi mkabbra minhabba dawk l-erba’ qassisin hziena li jabbuzaw it-tfal.

Jidher car li l-Knisja tinsab determinata li ma titghallimx mill-izbalji taghha u aktar mohhha fil-pubblicita’ negattiva u tharrik li qed jiswewa balla liri.

U fid-dibattitu dwar id-divorzju, dawn qed jghidu lilna biex nibzghu ghall-uliedna.

(Jissokta Ghada)

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: