Home > Poem > IL-KRUCJATA TAS-SEKLU

IL-KRUCJATA TAS-SEKLU

Din il-poezija ta’ Robert Borg ghogbitna!

Ahna kontra d-divorzju,
U ma jdawwarna xej’
Ghax ahna sejrin tajjeb,
Ghax iz-zwieg taghna OK.
Ahna kontra d-divorzju
U jalla nibqghu hekk,
Ghax, kif jghidu l-Inglizi:
“I’m all right … fuck you Jack!”
U ’k iz-zwieg tieghek falla
U issa sseparajt,
Heqq, hu pacenzja qalbi…
Orqod wiccek mal-hajt.
Jew mur applika l-Kurja
Biex tholl is-sagrament;
Forsi, wara zewg sekli,
Jaghtuk l-annullament.
Ahna nimxu mal-Knisja!
Divorzju LE … ghal hadd,
Jekk trid, tibzax, mur poggi
Imma cans iehor: QATT.
U jekk hu dnub li tpoggi
Le, le, m’hemmx oggezzjoni,
Ghax daqt se nghaddu ligi
B’risq il-koabitazzjoni.
Inkella mur l-Italja ….
Londra … jew ma nafx fej’
U gib minn hemm divorzju..
Dak naccettawh … OK!

Ahna kontra d-divorzju
Ghax Alla dejjem maghna,
U Gouder kwazi daqsu!
Il-Kurja t-tarka taghna!
Ghax issa anki l-Madonna
Giet biex parir taghtik
U elf messagg tibghatlek
Bis-sahha t’Angelik.
Semmietlu t-terremoti
U elf flagell fil-kju,
Sa qaltlu biex ihaffef
Imur jaghmel tattoo!
Ha rreggghu l-arlogg lura
U nghixu qalbenin
Iz-zmien tal-Isqof Gonzi
Iz-zmien tas-snin sittin.
U dik l-avukatessa
Le … m’ghandha ebda jedd
Fit-Tribunal isservi …
Naghtuha l-interdett.
Il-Gvern, l-Istat u l-Knisja
Dawn huma l-Gawhra taghna,
Dawn huma haga wahda!
Mur tnejjek ’k m’intix maghna.
’K tghid IVA ghad-divorzju
Mhux biss tmur kontra l-Gvern,
Imm’ inti tkun qed taqta’
Biljett dritt ghall-infern.

Advertisements
Categories: Poem Tags: , ,
  1. Mary Fiorentino
    May 12, 2011 at 4:57 pm

    All very true

  1. May 18, 2011 at 9:17 pm

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: