Home > Opinion > L-AQWA L-PAPA! X’JIMPURTANI MILL-ĦADDIEM!

L-AQWA L-PAPA! X’JIMPURTANI MILL-ĦADDIEM!

Meta l-PN kien qed jiddibatti l-kwistjoni tad-divorzju, it-tabib Jean Pierre Farrugia kien qal li l-PN mhuwiex partit konfessjonali. Nahseb li wara li qara lis-stqarrija li l-partit tieghu mhux se jiccelebra Jum il-Haddiem, zgur li qed jaqleb ghajnejh ghaliex din prova cara ta’ kemm il-PN kien, ghadu u jibqa’ partit konfessjonali.

Monument tal-Ħaddiem Malti - l-Imsida

Monument tal-Ħaddiem Malti - l-Imsida

Meta ssiru tafu li minflok Jum il-Haddiem se jiccelebraw Il-beatifikazzjoni tal-Papa Gwann Pawlu t-Tieni, tindunaw kemm il-PN huwa partit laghqi tal-Knisja; lest jaghti l-glorja lill-individwu wiehed minflok isellem lill-mijiet t’eluf ta’ Maltin li kienu u ghadhom jahdmu ghall-pajjizhom.

Li niffestiggjaw il-beatifikazzjoni ta’ Dun Gorg Preca nistenniha ghax kien Malti, izda tal-Papa Gwann Pawlu t-Tieni ma nifhimhiex ghaliex se jkun qaddis iehor mal-hafna qaddisin barranin li hawn.

Ahna tal-Mazzun mhux nistghagbu bl-agir tal-PN ghax Jum il-Haddiem qatt ma kien jum favorit taghhom. Bdew jiccelebrawh wara l-elezzjoni tal-1987 biex jippozaw ta’ partit alternattiv ghall-PL li qatt ma staha jghid li hu l-partit tal-haddiem.

Izda din li se jfakkru l-beatifikazzjoni tal-Papa f’Jum il-Haddiem ghandha sinifikat ferm aktar sottili milli hafna jahsbu.

Il-PN jaf li jekk jaghmel xi dimostrazzjoni favur il-haddiem fl-1 ta’ Mejju se jaqa’ ghac-cajt ghax il-poplu rrabbjat ghalih wara li sallbu b’tant zidiet bl-addocc fil-prezz tad-dawl, l-ilma, l-gass, il-petrol, id-diesel, il-hobz, is-servizzi tal-MEPA, il-medicini, etc. Ghalhekk il-PN zgur mhux jistenna l-folol li dejjem ikollu l-PL ghax wara kollox l-Ewwel ta’ Mejju hija festa tal-Partiti Socjalisti u Socjal-Demokratici kullimkien fid-Dinja. Imma jekk ikeffnu Jum il-Haddiem f’libsa religjuza jirnexxielhom jolqtu zewg ghasafar b’gebla wahda. Jirnexxielhom itellghu celebrazzjoni f’dan il-jum u jimmobilizzaw lil dawk li huma kontra d-divorzju.

Il-fergha liberali tal-PN issa ndifnet ghal kollox u ma tistax ticcaqlaq diment li jibqa’ jmexxi Lawrence Gonzi. Anzi, bhalissa l-PN ghandu bzonn ikun konservattiv aktar mill-Knisja u ghalhekk Austin Gatt f’salt wiehed sar qaddis u Tonio Fenech qed juri li hu fundamentalist aktar minn certa qassisin. L-artiklu li kiteb fit-Times kienet qisha kopja ta’ dak li qal Monsinjur Said Pullicino–dik ir-ruh twajba li l-ewwel widdbet lill-avukati kollha li jekk jahdmu fuq kazijiet tad-divorzju jkunu qed jaghmlu dnub imbaghad wera l-istess mghodrija li wera Kristu ma’ l-imgidmin u l-qhab u qed jipprova joqtol lill-avukatessa Deborah Schembri bil-guh.

Tonio Fenech lanqas idea m’ghandu ta’ xi jfisser li tkun tghix f’stat sekulari separat mill-Knisja ahseb u ara kemm jifhem x’inhi. Hafna ghajru lit-tabib Adrian Vassallo biex imur l-Iran. Jekk jithajjar missu jiehu l-Fenech mieghu. Nahseb Gasan mhux se jiddejjaq isellef xi ajruplan b’xejn lil Fenech biex imur s’hemm!

L-imgieba ta’ nies bhal Tonio Fenech u Austin Gatt qed juru l-mentalita’ fundamentalista u opportunista’ tal-membri parlamentari Nazzjonalisti u l-hasra li l-partit innifsu minflok isir aktar sekulari u modern, aktar qed imur lura lejn kif kien fis-sittinijiet. U ghajb ghal dawk il-kodardi kollha bhal Jean Pierre Farrugia, Karl Gouder, Francis Zammit Dimech u ohrajn li kulhadd jaf li huma favur id-divorzju, izda vvutaw kontra fil-parlament.

Fl-ahhar mill-ahhar, in-nuqqas tal-PN li jiccelebra l-Ewwel ta’ Mejju ghandu jikkonvinci lil kulhadd darba ghal dejjem li dan il-partit mhux vera ghandu l-haddiema ghal qalbu u bhal dejjem jippreferi jaghti palata lill-Knisja Maltija ghax jaf li dawn lilu jridu fil-poter ha jkomplu jgawdu l-privileggi li ghandhom.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , ,
  1. anthony attard
    September 7, 2014 at 8:18 pm

    kollha rmew il haddiem il partiti kollha basta jiehdu il voti u il bsaten fir roti li geghdien jaghmlu lil haddiem specjalment tkun laburist u issieb il bibien maghluqa anke mill partit laburista laqwa li hadna il vot

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: