Home > Opinion > SPJEGAZZJONI TA’ XI TERMINI MINN MAZZUN

SPJEGAZZJONI TA’ XI TERMINI MINN MAZZUN

Minn zmien ghal zmien, ahna tal-Mazzun se nipprovaw nispjegaw dawk t-termini l-aktar komuni li nassoccjaw mal-mod kif il-Knisja Kattolika qieghda tahdem kontra d-dhul tad-divorzju f’Malta.

1. KRUCJATA
Tajjeb li tifhmu li l-Krucjati tal-Knisja Kattoliku kienu ezempju car ta’ kif il-Knisja tuza l-poter taghha biex tmexxi l-interessi taghha ‘l quddiem. Huwa minnu li kien hemm xi mgienen fanataci li hasbu li permezz tal-Krucjati kienu qed jobdu l-ordnijiet t’Alla, imma l-mexxejja tal-Knisja kienu biss interessati fil-poter u l-gid fl-akkwist t’artijiet mimlija rikezzi u skjavi; u ghal dawn sfaw immassakrati mijiet t’eluf ta’ nies, kemm Kristjani kif ukoll Musulmani.

Il-hdura ta' l-Inkwizizzjoni tal-Knisja Kattolika Appostolika Rumana

Il-Krucjata tas-snin sittin kontra l-Partit Laburista li beda Gonzi kienet ukoll glieda ghall-poter. Min kien jaf lil Gonzi jghid kemm kien arroganti u rasu iebsa, u dan sab lil xi hadd bhalu fil-persuna ta’ Dom Mintoff, u l-unika mod kif seta’ jehles minnu kien billi juza l-arma tad-Dnub il-Mejjet u l-Interdett. Attwalment, Gonzi aktar ghamel hsara lill-Knisja ghaliex l-unika haga li waslet li ghamlet il-Knisja kienet li taghti apologija, li aktar urtat lil dawk il-Laburisti mwegghin li sal-gurnata mqaddsa tal-lum m’ghandekx cans li se jersqu lejn il-Knisja jew jafdaw qassis!

Illum, il-Knisja hija mahnuqa bejn taghlim dommatiku u antikwat li ma jaghrafx ir-realtajiet tal-lum u l-kilba li jibqghu validi ghal prezent. Ghalhekk taf li ma’ tistax tohrog bil-qawwi kif kien ghamel Gonzi fis-sittinijiet u trid tahdem b’mod sottili billi theggeg satelliti taghha jaghmlu Krucjata mohbija. Dan qed taghmlu billi tforni lill-Muvument Kontra d-Divorzju bir-rizorsi kollha mehtiega kemm Umani kif ukoll finanzjarji, u billi tahdem bin-network li ghandha fil-Knejjes, skejjel u ghaqdiet religjuzi biex tindottrina l-fidili taghha kontra d-divorzju.

2. PRO
Il-Prim Ministru hareg jghid li din tad-divorzju mhiex kwistjoni politika meta jaf sew li hu stess ghamilha kwistjoni politika meta ddikkjara li l-Partit Nazzjonalista se johrog kontriha.

Hija tassew meravilja kif kull min qieghed imiss mal-Muvument Kontra d-Divorzju huwa Nazzjonalist. L-ahhar wiehed li naghqad mal-Muvument hu Kevin Papagiorcopulo li qed nassumu li jigi minn George Papagiorcopulo li kien l-editur tal-gazzetta The People — gazzetta Nazzjonalista bl-Ingliz ta’ xi ghoxrin sena ilu. Din tal-PROs jew edituri tal-gazzetta tal-Knisja hija tradizzjoni li turi kemm il-Knisja Kattolika Maltija hija Nazzjonalista minkejja li tipprova taghti x’tifhem li tinsab ‘l fuq mill-politika. Anke jekk inharsu ftit lejn l-edituri tal-gazzetta tal-Gens, (il-gazzetta tal-Knisja) taraw kif kellha lil Dun Joe Borg li kulhadd jaf li hu l-mohh wara l-Muvument Kontra d-Divorzju u untouchable fil-Kurja—li jaghmel, jghid u jidher fejn jrid—tant li lanqas l-Arcisqof ma’ jista’ ghalih. Wara dahal Carmel Attard li spicca ma’ Simon Busuttil fil-MIC sakemm lestew xogholhom u hadu l-premjijiet misthoqqha minghand il-gvern Nazzjonalista; u Nikol Baldacchino, s-segretarju tal-Kunsill Lokali tas-Siggiewi li kien strumentali biex jittiehded il-Kazin tal-PL tal-lokalita’ mill-Kunsill Lokali Nazzjonalista.

Lil nies bhal Frans Borg, Joe Borg, Arthur Galea Solomone, Lawrence Zammit u Andre Camilleri kulhadd jaf il-pedigree politiku taghhom u l-presenza taghhom biss, hi bizzejjed li taghti l-Muvument riha ta’ politika partiggjana tinten. Huma kollha nies li jhossuhom obbligati li jaqdu lill-PN f’din il-glieda li skond il-Knisja u l-PN mhijiex politika. Nahseb dalwaqt jithawdu u jibdew jghidulna li l-kwistjoni mhiex religjuza!

3. HDURA
L-istorja ta’ l-Antik Testment u tal-Knisja Kattolika mhumiex neqsin mill-hdura. Anzi, naslu biex nghidu li huma esperti tal-hdura. L-Alla ta’ l-Antik Testment kien joqtol lil niesu stess jekk ma jadurawhx u jgieghelhom joqtlu razzez ohra jekk dawn ma jadurawhx; gharraq id-Dinja u qatel kwazi l-bnedmin u l-annimali kollha; haraq lil Sodoma u Gomorrah u qatel lil kulhadd; u qaghad jiccaccra u jixxala max-xitan jara lill-Gob ibati mard, tbatija u t-telf ta’ martu u wliedu. Jekk din mhiex hdura forsi xi hadd jista’ jispjegalna x’inhi?

Il-Knisja Kattolika bdiet bil-mod u kienet tlaqqatha minghand ir-Rumani, izda malajr tghallmet tfajjar lura, l-aktar wara li hataf il-poter l-imperatur Konstantinu li tghidx kemm ordna qtil ta’ nies innocenti fil-villagi u fil-kampanja ghax ma kienux Kristjani u minn dan iz-zmien ‘l hawn ma waqqfux joqtlu.

Il-qtil ta’ popli shah fl-Amerka t’Isfel, it-tjassir ta’ gnus shah ghax il-Knisja Kattolika kienet favur l-iskjavitu u l-Inkizzizzjoni li trid blog shih biex tiddiskrivi t-tortura, t-tbatija fizika u mentali, u l-oppressjoni ta’ msieken li anke jekk ma kienux imxajtna kellhom jammettu bit-tortura li kienu halli jehilsu mit-tortura nsapportabbli u jmutu malajr.

Anke, fis-seklu ghoxrin il-Knisja baqghet taghti palata lill-regimi Nazisti u faxisti mmexxija minn nies infami bhal Hitler, Mussolini, Pinochet u Franco. Baqghu jzommu mar-regimi vjolenti lemini fl-Amerka t’Isfel u jappoggjaw is-sinjur f’artijiet fejn kulhadd kien mejjet bil-guh, l-aqwa li jibqghu siekta.

U f’Malta fiz-zmien l-Arcisqof Gonzi, jekk kont toffendi qassis kienu jitfghuk il-manikomju. Il-qassisin riedu jkunu jafu xi jsehh fil-kamra tas-sodda. Kif imut xi hadd, arahom jerhulha jigru ghandu u jibdew ifesfsu f’widintu biex ihalli kollox lill-Knisja u jirbah il-Genna zgur. U dan il-miskin, fuq is-sodda tal-mewt jemminhom u jhallihom l-eghlieqi u d-djar, u t-tfal tieghu jispiccaw minghajr mezz t’ghajxien u saqaf fuq rashom. X’ma jkolliex l-art il-Knisja? U jekk kont tinqabad tqila qabel iz-zmien kont tispicca maghluqa mas-sorijiet qisek xi kriminal u jistmghuk ta’ zibel u jahqruk bhalma jafu jahqru s-sorijiet frustrati.

Imma l-aghar jekk kont Laburist ghax kont tispicca bla xoghol u bla hbieb; u tal-Knisja xorta jibqghu jinsultawna l-intelligenza u jipprovaw jikkonvincuna li nbiddlu. U din tad-divorzju qed terga turi l-kuluri hodor propja taghhom. Araw x’ghamlu lill-avukatessa Deborah Schembri ghaliex harget favur id-divorzju? Qed jipprovaw joqtluha bil-guh billi ma jhalluhiex taghmel xogholha.

U ahna tal-Mazzun mhux qed niktbu dan ghax noboghduhom, izda ghax nixtiequ li tkunu tafu l-verita’ dwar dawn in-nies. Tinsewx li dawn ma jridux id-divorzju mhux ghax jimpurtahom minn min qed isofri it-tbatija ta’ zwieg imkisser (fil-fatt dan diga wrewh ghax qatt ma rnexxielhom joffru soluzzjoni lil dawn in-nies), izda qed jaraw il-hakma li ghandhom fuq il-poplu Maltin tizzerzaq minn bejn subajhom; qed jaraw il-poter jahrab u qed jaraw lill-gvern li dejjem appoggjahom jitlef il-popolarita’ u jekk dan jitlef l-elezzjoni li jmiss, is-sahha li ghandhom tkompli tiddghajjef.

Advertisements
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: