Home > Opinion > MIN JISMA’ MINN MIĠNUN U FRODIST?

MIN JISMA’ MINN MIĠNUN U FRODIST?

Angelik Caruana ghandu problemi serji mentali u sfortunatament, ninsabu pajjiz fejn l-imgienen kapaci jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika. Dan Angelik li jekk tmorru tistaqsu dwaru Birzebbugia mill-ewwel tindunaw li l-maggoranza tan-nies iqisuh bhala sangisug u reddiegh li xejn mhu se jiddejjaq jiddejjen u ma jhallasx lura; jissellef u ma jroddx lura jew jisraq minn xi hanut. (Aqraw dan l-ariklu fil-gazzetta Illum)

Dan il-karattru flimkien ma’ qassis spissjajt daqsu jekk aktar, u psikjatra li ghandu bzonn iqatta’ ftit zmien il-manikomju, ilkoll qed jipprovaw jghaddu passata lill-poplu Malti kollu b’dehriet tal-Madonna, mirakli b’statwi li jnixxu d-demm (u d-demm ma jkun ta’ hadd hlief tieghu!), iz-zejt u d-dmugh u b’griehi bhal ta’ Kristu li qed jghid li jsofri minnhom dan l-Angelik.

Il-Madonna li suppost bkiet id-demm - wara nstab li kien id-demm ta' Angelik stess!

Mhux ghax ahna fil-Kwartieri tal-Mazzun ma nemmnux li Alla jew il-Madonna ma jistghux jidhru lin-nies. Ma nemmnux li l-Madonna se tidher lil Angelik li l-kredibilita’ tieghu hlief ma’ xi tuzzana idjoti hija zero. Allura ghamilna ftit stharrig u sibna li l-affarijiet kollha li suppost sehhew quddiem Angelik saru barra minn Malta quddiem nies li hareg car li jixtiequ jinfluwenzaw lin-nies ta’ madwarhom bil-miraklu li Alla jew il-Madonna ghazlu li jahdmu minn go fihom ghax huma specjali. Imma possibli, Alla jew il-Madonna se jaghzlu xi hadd daqshekk mhux kredibbli u certament imtektek li jmur Ruma u jwerwer lill-Papa meta jaqbez quddiemu biex jaghtih ittra; u li jghid li Borg in-Nadur se jinbidel f’Lourdes iehor li minnu se jibda jnixxi l-ilma u li ghandu statwi li jnixxu d-demm, iz-zejt u d-dmugh, li jitilghulu l-griehi ta’ Kristu … insomma, ma nahsibx li hemm ghalfejn nghidu aktar.

U tiskanta, issa dawn l-ahhar ftit xhur qisu kollox bizzilla, dan Angelik beda jippriedka kontra d-divorzju u jbassar li ha jkun hawn it-terremoti. Jekk ried ifisser li l-Prim Ministru kien se jkollu t-terremoti, din l-unika haga li kellu ragun fiha, izda li kulhadd basarha.

Taz-Zwieg Minghajr Divorzju zgur li hadu gost b’dan il-mignun ghax diga wrew li lesti li juzaw kollox biex jintilef ir-referendum favur id-divorzju: it-tfal, id-dnub il-mejjet, il-kapirjuni tal-PN, qassisin, sorijiet, prezentaturi … allura mhux se juzaw qaddis miexi fl-art bhal Angelik?

Tridu tifhmu li dan il-“qaddis” ihobb jintrabat b’habel issikat qisu xi skjav u jdahhal rasu f’barmil ilma – speci ta’ tortura – imgieba li turi li dan Angelik ghandu xi nofs tuzzana roti nieqsa. Ma’ dan iridu nghoddu l-isterizmu, dizordni fil-personalita’ u l-kilba li jaghmel frodi religjuz li testijiet forensici diga wrew li mhumiex mirakoluzi. Ghalhekk bilfors li jkolna naslu ghall-konkluzjoni li dawn il-kummiedji qed jaghmilhom (jew xi hadd qieghed igieghlu jaghmilhom) biex jigbed l-attenzjoni, u dawk li jixtiequ jkomplu jzommu l-poplu Malti fl-injoranza qed jaghtuh l-appogg.

Mhux se ninsew insemmu l-“profezija” fantastika tieghu tat-terremot li suppost hezzez hafna bini Malti. Minn ftit investigazzjonijiet li ghamilna, sirna nafu li fil-fatt Malta tinsab f’zona ta’ terremoti ghaliex il-kontinent ta’ l-Afrika qed jaghfas fuq l-Ewropa u jikkawza stress fil-blat. Dan il-fatt diga’ wassal ghal terremoti fil-passat, uhud qawwijin bhal dak ta’ l-1693 li qered parti sew mill-Imdina. Nafu wkoll li Angelik tghidx kemm ghamel profeziji li l-ebda wahda ma’ waslet. Heq, kien imissu jolqot wahda!

Minbarra dan, iridu niftakru li bhalissa l-ahbarijiet iddominati mit-terremot li sehh fil-Gappun li xi fundamentalisti religjuzi wkoll hargu jghidu li sar ghaliex hawn hafna hazen fid-Dinja. Ghalhekk huwa moda bhalissa li kull min jahseb li ghandu hot-line m’Alla jipprova jimpressjona billi jghid li dan se jikkastiga l-hazen li qed naghmlu bit-terremoti.

Li nafu hu, li l-imgieba ta’ Angelik hija mghaddsa fi hsieb Medjavali meta n-nies kienu hafna anqas edukati mill-lum u jibilghu kollox li jghidulhom il-qassisin; u hija tassew hasra li ghad uhud li l-lum baqghu jahsbu b’dan il-mod minkejja li mdawrin bil-kotba u d-dokumentarji tad-Discovery. Ghalhekk min qieghed irewwah il-hmirijiet t’Angelik qieghed irewwah l-injoranza ghall-iskopijiet fini ta’ rasu u dan hazin.

Nies li jafu l-Angelik jghidu bic-car li hu bniedem qarrieqi; l-esperti forensici wrew li d-demm li hareg mill-Madonna kien demm tieghu u z-zejt kien sempliciment zejt tat-tisjir komuni; u xorta, in-nies jibqghu jisimghu u jaghtuh widen u jaghmluh populari.

Issa beda hiereg bil-messaggi kontra d-divorzju u ghalhekk iddecidejna li noffrulu ftit spazju fil-blog taghna. Ghaliex issa hareg aktar car li l-ghan vera tieghu (jew ta’ min qieghed imexxieh) hu li jikkontrollha hsieb il-poplu Malti bis-superstizzjonijiet tal-bierah.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: , , ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: