Home > Opinion > L-Annullament – Legali?

L-Annullament – Legali?

Jekk tmur fuq xi hadd, jista’ jkun Kattoliku prattikanti jew le u ssemmilu l-Annulament tal-Knisja, zgur li ha jirrispondik b’xi sinjal negattiv jew irrabbjat. Xi tixjira ta’ rasu jew qlib l-ghajnejn.

L-annulament tal-Knisja Kattolika zgur li mhijiex wahda mill-aktar affarijiet li n-nies jammiraw dwarha. Anzi, hafna jqisuha bhalha wahda mill-aghar decizjonijiet tal-Knisja Kattolika flimkien mac-celebat tal-kleru u d-duttrina antikwata dwar il-kontracezzjoni. Hasra li qatt ma sar studju biex jigi determinat kemm nies telqu l-Knisja Kattolika minhabba l-martirju li kellhom jghaddu minnhom biex jiehdu l-annulament. Ohrajn sal-lum jistmerru l-Knisja talli ma tawhomx l-annulament filwaqt li nies b’kuntatti politici tajbin, izda b’anqas ragun li jiehduh, inghataw l-annulament fiz-zmien rekord.

Kemm tisma’ nies jghidulek li fl-annulament mhux kulhadd u Malta zghira. Avolja l-Knisja qatt ma harget statistika u zgur li mhux se tohrogha biex turi x’tip ta’ nies jinghataw l-annulament malajr u minghajr problemi. Ilsna hziena jghidu li jekk ikollok zewg kunjomijiet, tkun Nazzjonalist prominenti jew ikollok konnessjonijiet tajbin mal-PN jew tkun tigi minn xi hadd fil-Kurja jew ikollok xkora flus ghandek cans kbir li tiehu l-annulament tal-Knisja minghajr problemi; u jista’ jkollok turrun tfal ghax mhiex problema; sa anke tnejn jaghtuk bhalma taw lit-tifel tal-President Emeritus, Eddie Fenech Adami. X’ma johrogx kontra d-divorzju u t-tfal tieghu kollha bil-garanzija jiehduh l-annulament ghax kien, ghadu u jibqa’ l-akbar habib tal-Knisja.

Staqsu ftit lil min jinsab miblugh ghax kellu kas car t’annulament u karkar snin twal biex hadu u whud lanqas tahulhom? Staqsu ftit fuq l-ispejjez ta’ dawk il-ftit avukati Nazzjonalisti li dejjem jigu mqabbdu mill-Knisja Maltija ghax huma specjalizzati fil-ligi kanonika tal-Knisja u li jaghmlu hajjet il-klijenti taghhom infern?

Il-Knisja Maltija lanqas biss tiftah halqha dwar id-divorzju ma missha bil-hnizrijiet li thalli jsiru bil-kunsens taghha fil-kwistjonijiet ta’ l-annulamenti.

IL-LEGALITA’ TAS-SALVAZZJONI

Tridu tiftakru li l-annulament tal-Knisja Kattolika jaf l-origini tieghu fil-moffa u l-ghanqbut li kien jirrenja elfejn sena ilu u li jissemma’ fil-Bibbja. Tant hu hekk, li s-sagrament taz-zwieg imur lura sat-tieg ta’ Kana — rakkont li ftit li xejn jitkellem fuq iz-zwieg bhala wiehed mis-seba’ sagramenti tal-Knisja. Il-haga stramba hi li l-annulament  jiddependi fuq il-posizzjoni iebsa tal-Knisja li z-zwieg huwa sagrament li jista’ jigi esperjenzat biss darba fil-hajja ta’ bniedem.

Stramberija akbar hija kif it-Tribunal tal-Knisja jista’ jghaddi gudizzju fuq sagrament li xi hadd ircieva 20 jew 30 sena ilu. It-Tribunal jiftah iz-zwieg ta’ persuna ghall-iskrutinju ta’ l-avukati biex dawn jaghtu gudizzju legali fuq sagrament li ttiehed 20 sena ilu u jiddeciedu kemm ghadu validu ghall-kopja llum. Fi kliem aktar car, il-Knisja qed thalli grupp t’avukati jaghmlu rapport fuq is-salvazzjoni tar-ruh tal-persuni li jridu l-annulament. Possibli meta nafu li r-relazzjoni bejn individwu u Alla hija wahda tant personali, erba’ avukati li probabli aktar mohhom fil-flus, kapaci jifhmu relazzjoni bhal din? Ma’ dan iridu nzidu l-pruzunzjoni tal-Knisja li wara li l-avukati jiddeterminaw fejn tinsab ir-relazzjoni bejn l-individwi li applikaw ghall-annulament u Alla, ir-Rota ta’ Ruma tiddeciedi jekk ghandhomx jinghataw is-salvazzjoni billi jiddeciedu li z-zwieg taghhom qatt ma sehh jew is-sahta li z-zwieg taghhom kien wiehed validu u ghandhom jibqghu ddisprati flimkien ghal hajjithom kollha.

F’dan il-kuntest hemm zewg problemi fundamentali bl-annulament tal-Knisja. Mhemmx bazi qawwija fl-iskrittura li turi li z-zwieg ghandu jigi trattat ta’ sagrament u ma tistghax tigi accettata l-legalizzazzjoni tas-salvazzjoni ta’ l-individwu f’rigward l-annulament.

Advertisements
Categories: Opinion Tags: ,
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: