Home > News > Għaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju? Meta Ġesu’ kien favur?

Għaliex il-Knisja hija kontra d-divorzju? Meta Ġesu’ kien favur?

Dun Mark Montebello

Il-mistoqsija semplici tieghi hawnhekk se tkun din: Ghaliex il-Knisja Kattolika hija kontra d-divorzju meta Gesù nnifsu kien FAVUR id-divorzju? Nixtieq noffri ftit hsibijiet dwar ghaliex u kif tista’ tigi mwiegba din il-mistoqsija. Naghmel dan fl-ispirtu ta’ diskussjoni u qsim ta’ ideat u b’ebda mod assolutista jew dommatistiku.

Id-diskussjoni rispettabbli u intelligenti, dwar id-divorzju jew dwar hwejjeg delikati ohra, hija sabiha u sana, u ghandha tqis l-aspetti kollha tal-kwestjonijiet diskussi. Ghaldaqstant, ma nahsibx li din it-tema li nixtieq nittratta fil-qosor hawnhekk inghatat s’issa l-attenzjoni li jixirqilha jew is-siwi li ghandu jkollha.

Il-Knisja u Gesù

Jiena jidhirli li kull argument iehor―socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku u l-bqija―li l-Knisja Kattolika tista’ ggib kontra d-divorzju ma jista’ qatt jinghata siwi, ghallanqas mill-punto di vista tal-Knisja Kattolika, aktar minn dak li qal u ghamel Gesù. Ovvjament, dan ma jfissirx li l-argumenti socjologici, psikologici, ekonomici, politici u l-bqija li tista’ tishaq fuqhom il-Knisja Kattolika biex issostni l-oppozizzjoni taghha kontra d-divorzju mhumiex validi, u xi kultant validi hafna, fihom infushom. Qed nghid biss li, fil-kuntest ta’ dak li tghid u temmen il-Knisja Kattolika, dawn m’ghandhomx importanza jew siwi aktar jew akbar mit-taghlim u l-hajja ta’ Gesù.

Dan huwa importanti hafna. Ghax il-Knisja Kattolika mhijiex istituzzjoni socjali jew politika biss. Hija istituzzjoni li tissokta t-taghlim u l-hidma ta’ Gesù. Ghalhekk dak li qal u ghamel Gesù ghandu siwi suprem u assolut f’kull perspettiva u f’kull diskors li tista’ taghmel il-Knisja Kattolika fuq id-divorzju u fuq kull haga ohra.

Gesù u d-divorzju

Ghalkemm dan il-princjipju jista’ jidher ovvju, fir-realtà jidher li mhuwiex dejjem hekk. F’nofs Lulju li ghadda, nghidu ahna, fir-rapport For Worse not for Better (titlu b’Ingliz dizastruz), mahrug minn ProgettImpenn (Kummissjoni Djocesana Familja, Caritas u Moviment ta’ Kana) tal-Knisja Kattolika, Gesù ma jissemmiex imqar darba. Il-Vangelu jew xi silta ohra tal-Bibbja ma jissemmewx darba. Id-diskors kollu maghmul f’dan ir-rapport jista’ jissejjah socjologiku, psikologiku, ekonomiku, politiku jew li trid … imma zgur mhux teologiku jew evangeliku, kif wiehed aktarx jistenna.

Wiehed jifhem ghala rapport―tal-Knisja Kattolika jew le―li jrid igib argumenti kontra d-divorzju ma jsemmix lil Gesù. Ir-raguni semplici hija din: Ghax ma jistax!Ghax fil-fatt Gesù ma kienx kontra d-divorzju. Kien jaccettah. Qabel ma nghid kif kien jaghmel dan, jehtieg li nifhmu l-kuntest li fih Gesù kien izomm din il-pozizzjoni. Wara naraw il-bidla sinifikattiva li Gesù introduca fil-prattika tad-divorzju, naraw ukoll kif Gesù kien iqis iz-zwieg minkejja l-accettazzjoni tieghu tad-divorzju, nistharreg kif San Pawl kien ihares lejn id-divorzju, naghti harsa lejn kif jitqies id-divorzu mill-Knejjes Insara l-ohra (Ortodossi u Protestanti) u fl-ahharnett nislet xi konkluzjonijiet relevanti.

Iz-zwieg fi zmien Gesù

Iz-zwieg illum huwa essenzjalment u fundamentalment differenti miz-zwieg ta’ zmien Gesù. Illum iz-zwieg huwa rabta bejn tnejn min-nies bl-istess drittijiet f’kollox. Fi zmien Gesù ma kienx hekk. Fi zmien Gesù l-mara ma kellha kwaziebda drittijiet legali ta’ xejn. Iz-zwieg kien prattikament kuntratt li bih ir-ragel JIXTRIl-mara minghand il-familja taghha. Dan il-punt hu importanti biex wiehed jifhem il-limitazzjonijiet li fihom tkellem u agixxa Gesù fir-rigward taz-zwieg u d-divorzju.

Iz-zwieg Lhudi fi zmien Gesù kellu tliet fazijiet: (1) l-gherusija, wara li t-tifla taghlaq it-12-il sena; (2) iz-zwieg (imsejjah “kidduxin”), meta jsir il-kuntratt tax-xiri nnifsu permezz ta’ “ketuba” (jew il-“kitba taz-zwieg”); u (3) it-tieg, meta l-partijiet imorru joqoghdu ma’ xulxin u jorqdu flimkien. Fil-kaz tal-gherusija, it-tifla kellha d-dritt tirrifjuta r-ragel li jkunu ghazlulha (u hekk iz-zwieg ma jsirx); imma fil-kazijiet taz-zwieg u t-tieg, il-mara ma kellhiex aktar id-dritt jew il-possibbiltà li tholl ir-rabta matrimonjali. Dan kien biss id-dritt tar-ragel.

Sistema ta’ divorzju

Il-ketuba kienet tinkludi mhux biss l-ammont ta’ flus jew affarijiet ohra (“in kind”) li r-ragel ried ihallas biex jixtri lil martu, imma wkoll l-ammont specifiku ta’ flus (mhux“in kind”) li ried bilfors ihallas lura lill-familja taghha jekk eventwalment jaghtiha l-karta tad-divorzju.

Il-process ghad-divorzju ma seta’ qatt jinbeda min-naha tal-mara. L-aktar li setghet taghmel il-mara kien biss li, jekk tahseb li ghandha xi bazi fuq xiex tagixxi, tappella biex il-qorti theggeg lil zewgha jibda hu l-process ghad-divorzju. Ir-ragunijiet ghala l-mara setghet lecitament twettaq dan it-theggig kienu tassew ftit. L-aqwa wahda fosthom kienet li l-ragel ma kienx qieghed jobdi l-ligi divina, kemm rigward ir-responsabbiltajiet matrimonjali tieghu u kemm f’kull haga ohra.

Min-naha tar-ragel, id-divorzju kellu jsir BILFORS f’kaz ta’ dik li kienet tissejjah“porneja” tal-mara u/jew f’kaz li ma jistax ikollha tfal. Skond il-ligi Lhudija ta’ zmien Gesù, ir-ragel ma kellux ghazla f’dan. F’dawn iz-zewg kazijiet kellu jipprocedi ghad-divorzju bilfors u l-mara, naturalment, ma kellha ebda sahha legali li twaqqfu.

Skejjel filosofici Lhud

Il-kelma “porneja” ma tirreferix biss ghall-adulterju (li specifikament kien jissejjah“mojkeja”), imma ghal kull att sesswali illecitu; jigifieri kull att sesswali li Alla ma jridux. Kien hemm hames kazijiet specifici li tinkludi l-kelma “porneja”, li huma dawn: (1) sess qabel jew barra z-zwieg (fornikazzjoni), (2) sess ma’ xi hadd iehor barra martek jew zewgek (adulterju), jigifieri “mojkeja”, (3) sess ma’ membru tal-familja (incest), (4) sess ma’ xi hadd tal-istess sess (omosesswalità jew lesbjanizmu), (4) sess ma’ xi annimal (bestjalità) u (5) sess ghall-flus (prostituzzjoni).

Kulma kellu jaghmel ragel biex jiddivorzja lil martu kien li jiktbilha karta tad-divorzju, jaghtiha l-flus li jmissha skond il-ketuba u jibghatha. Il-bazi li fuqha ragel seta’ jiddivorzja ’l martu kienet tvarja skond l-iskejjel filosofici Lhud, l-aktar tnejn minnhom. (1) Skond l-iskola ta’ Xammaj, id-divorzju seta’ jsir biss f’kaz ta’ porneja… u dan bilfors. (2) Skond l-iskola ta’ Hillel, id-divorzju seta’ jsir prattikament fuq kollox, anki jekk il-mara tikrieh jew ma tafx issajjar sew. Haga wahda biss kienet trazzan il-heffa tad-divorzju: il-lat finanzjarju, jigifieri l-hlas li kellu jaghmel ir-ragel lill-familja tal-mara skond kif specifikat fil-ketuba.

Ebda drittijiet ghall-mara

Terga’ u tghid, kien hemm sitt kazijiet li fihom ir-ragel ma kienx legalment obligatihallas il-flus specifikat fil-ketuba. Dawn kienu kazijiet li fihom il-marasistematikament (jigifieri kostantement u repettitivament) taghmel xi wahda jew aktar minn dawn li gejjin: (1) tikser arbitrarjament il-ligi divina Lhudija, (2) ma tghattix rasha fil-pubbliku, (3) tinseg barra fit-toroq, (4) titkellem ma’ kull ragel li tara, (5) tmaqdar ’l omm u missier ir-ragel b’mod insolenti u (6) tghajjat mieghu jew tiksru b’mod li jisimghuha n-nies.

Kif wiehed jista’ jinnota, il-ligijiet Lhud li kienu jirregolaw kemm iz-zwieg u kemm id-divorzju fi zmien Gesù kienu ghal kollox ibbazati fuq pedament ingust hafna li totalment jizvantaggja il-parti femminili. Ghajr fil-perjodu tal-gherusija, il-mara ma kellha assolutament ebda drittijiet li jipproteguha mill-abbuz individwali u istituzzjonali. Il-pressjoni socjali li kienet issahhah din l-ingustizzja kienet enormi u inflessibbli.

Siltiet evangelici

Hemm tliet siltiet ewlenin li jittrattaw dwar id-divorzju fl-Evangelji: tnejn f’San Mattew (kapitli 5 u 9) u wiehed f’San Mark (kapitlu 10). L-ewwel silta ta’ San Mattew hija inkluza fis-silta ta’ San Mark bhala l-konkluzjoni. It-tieni silta ta’ San Mattew ghandha konkluzjoni differenti minn dik ta’ San Mark. Fiz-zewg vangeli l-kuntest hu polemikuz: it-tnejn jirrapportaw disputa akkademika bejn Gesù u l-Farizej. Il-Farizej riedu jkunu jafu jekk Gesù jaccettax id-divorzju skont l-interpretazzjoni ta’ Xammaj (jigifieri divorzju bilfors f’kaz biss ta’ porneja) jew skont l-interpretazzjoni ta’ Hillel (jigfieri divorzju f’kull kaz).

Innota li l-mistoqsija tal-Farizej mhijiex jekk Gesù jaccettax id-divorzju jew le, imma jekk jaccettax l-interpretazzjoni d-dejjqa (ta’ Xammaj) jew l-interpretazzjoni l-wiesgha (ta’ Hillel). Gesù jobzqilhom is-sunnara u l-interpretazzjoni tieghu ma bbazaha fuq l-awtorità argumentattiva ta’ hadd mill-iskejjel filosofici taghhom. Ibbazaha fuq l-awtorità li kienu jaccettaw it-tnejn: dik ta’ Mosè; u ghalhekk ta’ Alla.

Il-bidla sinifikattiva ta’ Gesù 

Skond l-interpretazzjoni tieghu, Gesù jaccetta li r-ragel (mhux il-mara) jista’, jekk irid (mhux bilfors), jiddivorzja lil martu, mhux f’kull kaz, imma biss f’kaz li martu tinqabad f’adulterju, incest, lesbjanizmu, bestjalità, prostituzzjoni u/jew xi att sesswali illecitu iehor (“porneja”). Gesù jaccetta l-interpretazzjoni d-dejjqa ta’ Xammaj, imma sinifikattivament inehhi minnha l-aspett obbligatorju biex ihalli bizzejjed wisa’ ghall-mahfra. L-espressjoni famuza ta’ Gesù: “Dak li ghaqqad Alla m’ghandux jifirdu l-bniedem” (Mt 19:6 ; Mk 10 :9), mhijiex espressjoni kontra d-divorzju, imma kontra l-interpretazzjoni wiesgha tal-Lhud (skont l-iskola ta’ Hillel). Infatti, huwa jsostni li “min jibghat lil martu―barra fil-kaz ta’ porneja―u jizzewweg ohra jkun hati ta’ adulterju” (Mt 5:32) … u dan, skond Gesù, japplika wkoll ghall-mara (Mk 10:12).

Innota li fil-versjonijiet ufficjali tal-Bibbja bil-Malti l-kelma “porneja” hija tradotta bhala “zwieg hazin” jew “rabta hazina”. Din it-traduzzjoni donnha timplika zwiegnull sa mill-bidu u mhux, kif tindika b’mod car is-silta, zwieg validu li jigi mahlul bid-divorzju.

L-interpretazzjoni partikulari ta’ Gesù tista’ tintlemah ukoll fil-kummenti tieghu fl-istess vangelu skond San Mattew: “Kull min ihares lejn mara biex jixtieqha jkun ga ghamel adulterju maghha f’qalbu” (5:28). Dan il-kumment kwazi kwazi jiddiehak bil-pozizzjoni tal-iskola ta’ Hillel. Ghax jekk hu minnu li ragel jista’ jiehu d-divorzjufuq kull haga, allura kull zwieg huwa spiccut minhabba x-xewqat zienja tal-qalb.

Kif Gesù kien iqis iz-zwieg

Ghal Gesù, iz-zwieg hu haga qaddisa. Mhuwiex sempliciment kuntratt bejn ir-ragel u l-familja tal-mara. Ghalkemm Gesù ma jaghti ebda dritt zejjed lill-mara aktar milli kienet taghti l-ligi Lhudija ta’ zmienu―nghidu ahna, id-dritt tad-divorzju―xorta wahda jqis iz-zwieg bhala ghaqda mbierka minn Alla. Id-divorzju li kien jaccetta Gesù ma kienx inehhi l-qdusija taz-zwieg jew l-importanza mill-aktar kbira tal-ghaqda konjugali fis-socjetà. Id-divorzju legali hu element sfortunat u ta’ niket f’dan il-qasam. Ma jitqiesx bhala t-tkissir taz-zwieg, imma bhala l-konferma tat-tkassir tieghu. Fl-ahhar mill-ahhar, iz-zwieg dejjem jitkisser minhabba d-dnub u d-dghufija umana.

Dan il-punt jaghmlu car San Cirillu ta’ Lixandra, wiehed mill-Missirijiet tal-Knisja. Huwa jghid hekk: “Mhijiex il-karta tad-divorzju li jiddissolvi z-zwieg f’relazzjoni ma’ Alla, imma l-agir zbaljat” (P.G. 72, 380 D). Dan ifisser li l-fatt li l-koppja tibqa’ mizzewwga legalment, l-ghemil distruttiv ta’ xi hadd mill-koppja jkun digà temm iz-zwieg minn qabel ma jsehh id-divorzju legali. San Gwann Krisostmu, Missier iehor tal-Knisja, isostni ftit aktar minn hekk. Jghid li n-nuqqas ta’ divorzju fi zwieg jista’ jwassal li jintilfu l-erwieh. “Huwa ahjar,” jghid Krisostmu, “li tispicca r-rabta milli li xi hadd jitlef ruhu” (P.G. 61, 155).

San Pawl u d-divorzju

Bhala Lhudi nisrani, San Pawl kien jaccetta d-divorzju wkoll. Fl-Ittra lill-Efesin (5:22-33) huwa jinsisti fuq il-qdusija u s-siwi enormi taz-zwieg u jasal biex iqabbilhom mal-ghaqda bejn Kristu u l-Knisja tieghu. Minkejja dan, fl-Ewwel ittra lill-Korintin San Pawl juri x’jahseb dwar id-divorzju. Mhux biss jaccetta l-interpretazzjoni ta’ Gesù dwar id-divorzju f’kaz ta’ porneja u nuqqas ta’ fekundità (minn-naha tal-mara), imma jzid ukoll istruzzjoni ohra tieghu (7:10-15). Din l-istruzzjoni jaghmilha ghal kazijiet fejn wahda mill-partijiet tal-koppja ma tkunx nisranija. San Pawl isostni li, ghalkemm zwieg bhal dan ikun jghodd, jekk tinqala’ sitwazzjoni ta’ impossibbiltà ta’ “ghajxien fis-sliem” bejn il-koppja, iz-zwieg ghandu jinhall. “Ghax Alla sejjhilkom biex tghixu fis-sliem,” isostni San Pawl (7:15).

Dan il-“privilegg Pawlin” iwessa’ l-interpretazzjoni ta’ Gesù. Hawnhekk m’ahniex nitkellmu aktar dwar porneja jew nuqqas ta’ fekundità femminili, imma aktar minn hekk. Qed nitkellmu fuq sitwazzjonijiet li jaghmlu l-hajja ta’ xi hadd mill-koppja impossibbli jew disperata minhabba l-agir tal-parti l-ohra. Il-principju li juza San Pawl biex jippromovi dan il-principju favur id-divorzju hu wiehed semplici daqskemm sensibbli: “Alla sejjhilkom biex tghixu fis-sliem”. L-impossibbiltà ta’ kuntentizza fiz-zwieg jidher li hi bazi bizzejjed biex San Pawl jestendi jew iwessa’ l-interpretazzjoni dejjqa ta’ Gesù ghal kazijiet ohrajn li ma jidhirx li Gesù kien jinkludihom fil-perspettiva tieghu taz-zwieg u d-divorzju.

Id-divorzu fi Knejjes Insara ohra

Il-Knisja Ortodossa u l-bicca l-kbira tal-Knejjes Protestanti jaccettaw id-divorzju wkoll. Il-membri ta’ dawn il-Knejjes insara ma jistghux jitqiesu bhala xi nies li ma jemmnux fil-valuri nsara jew li m’ghandhomx xi gharfien profond tal-Evangelji, tal-Iskrittura Mqaddsa jew tat-teologija nisranija. Ma jistghux jigu mwarrba bhallikieku kienu xi nies li mixjin mal-moda jew li jridu jinghogbu quddiem xi hadd (kif spiss jigu karatterizzati dawk li huma favur id-divorzju). Dawn huma insara veri u proprji, bi tradizzjoni nisranija relevanti u rispettabbli u li lkoll kemm huma jemmnu fil-qdusija u l-pre-eminenza taz-zwieg, tas-sagrament matrimonjali u l-familja.

Hemm zewg ragunijiet ewlenin ghala l-Ortodossi jaccettaw id-divorzu. Wahda hija r-rispett lejn it-taghlim ta’ Gesù, li kif rajna kien jaccetta d-divorzju, u t-tieni hija dik li jsejhulha l-“oikonimia”. Din tal-ahhar tirreferi ghal principju ta’ flessibbiltà fir-rigward taz-zwieg. Il-Knisja Ortodossa tiddikjara d-divorzju fuq zwieg fallut jekkemmildarba fih hemm abbandun, genn permanenti, adulterju, sforzar ta’ xi parti ghall-prostituzzjoni, jew periklu ghall-hajja ta’ xi parti.

Il-Knejjes Protestanti jaccettaw id-divorzju fuq il-bazi tal-Bibbja. La Gesù u l-appostli (inkluz San Pawl) kienu jaccettawh, allura l-insara ghandhom jaccettawh ukoll. Il-varjazzjoni bejn il-Knejjes Protestanti tinstab fir-ragunijiet li ghalihom ghandu jinghata d-divorzju. Xi whud huma aktar tollerabbli minn ohrajn. Xi whud joqoghdu attenti hafna li d-divorzju ma jintuzax bhala arma ohra kontra n-nisa.

Gesù u l-accettazzjoni tad-divorzju

Jidher li hemm erba’ konkluzjonijiet li nistghu naghmlu dwar il-hsieb, it-taghlim u l-prattika ta’ Gesù, li huma dawn:

  1. Gesù kien iqis iz-zwieg bhala ghemil qaddis.
  2. Gesù kien jaccetta wkoll id-divorzju.
  3. Gesù kien jaccetta d-divorjzu biss f’kaz li l-mara ma tistax tohrog tqila u/jew meta l-mara tinqabad f’adulterju, incest, lesbjanizmu, bestjalità, prostituzzjoni u/jew xi att sesswali illecitu iehor.
  4. Gesù kien jaccetta li, f’dawn il-kazijiet, id-divorzju mhuwiex ta’ bilfors, imma biss jekk irid ir-ragel.

Ir-rapport ta’ ProgettImpenn jimplika (6.3) li min hu favur id-divorzju mhux veru jappoggja jew ghandu ghal qalbu l-protezzjoni tal-familja bbazata fuq iz-zwieg. Wiehed jista’ jistaqsi: Allura Gesù wkoll jaqa’ f’din il-kategorija ta’ nies? It-twegiba hija evidentement “le”. Ghalhekk huwa car li min hu favur id-divorzju mhux necessarjament ma jappoggjax jew m’ghandux ghal qalbu l-protezzjoni tal-familja bbazata fuq iz-zwieg.

Ir-rapport isostni wkoll (5.5) li l-introduzzjoni tad-divorzju jrabbi “mentalità divorzista”. Wiehed jista’ jerga’ jistaqsi: Allura Gesù kellu jew ippromova mentalità bhal din? Zgur li le! Ghalhekk huwa car ukoll li mhemmx relazzjoni necessarja bejn l-introduzzjoni tad-divorzju u t-tkabbir ta’ mentalità divorzista.

Fuq pagna 6 tar-rapport ta’ ProgettImpenn jinghad li min jghid li jemmen fiz-zwieg u l-familja waqt li fl-istess hin jaccetta d-divorzju hu “kontradittorju”. Dan l-argument ma jregix. Ghax, apparti dawk ta’ konvenjenza, kull zwieg jinbeda bil-hsieb li jibqa’ ghal dejjem sal-mewt. Imma dan mhux dejjem jigri. Iz-zwieg jista’ jkun barka kbira meta jirnexxi. Imma meta ma jirnexxix jista’ jkun infern fuq l-art. Ma hemm assolutament ebda kontradizzjoni li, bhal Gesù, wiehed jemmen fil-qdusija u l-pre-eminenza taz-zwieg u l-familja u fl-istess waqt jaccetta d-divorzju. Jekk mhuwiex hekk, allura Gesù kien kontradittorju wkoll?

Raguni politika biss?

Forsi l-mistoqsija l-aktar relevanti li wiehed jista’ jaghmel f’dan il-kuntest hija din: Apparti l-argumenti validi kollha socjologici, psikologici, ekonomici, politici u l-bqija li tista’ ggib, ghala l-Knisja Kattolika―apparentement kontra l-Iskrittura Mqaddsa, kontra s-Santi Padri, u kontra t-tradizzjoni venerabbli tal-Knejjes Insara l-ohrajn―ma taccettax id-divorzju mqar fil-principju? Il-twegiba mhijiex facli, ghax apparentement ma jidhirx li hemm raguni valida wahda (li mhijiex socjologika, psikologika u l-bqija) ghala tinzamm din il-pozizzjoni. Wiehed jista’ biss jispekula li r-raguni hi biss politika. Ghax l-introduzzjoni tad-divorzju tista’ tnaqqas drastikament ir-rikors tan-nies ghaz-zwieg nisrani u presumibbilment hekk jista’ jonqos b’mod sinifikanti l-influss ekklezjastiku fuq il-poplu.

Fl-ahharnett, huwa importanti li jinghad li dan kollu li nghad hawnfuq mhuwiex xi argument favur id-divorzju jew favur l-introduzzjoni tieghu f’Malta. Xejn minn dan. Huwa biss stharrig riflessiv filosofiku f’certu diskors li jsir f’rabta mad-divorzju, specjalment minn istituzzjoni li hija indissolubbilment marbuta mal-hsieb, it-taghlim u l-prattika ta’ Gesù ta’ Nazaret.

Advertisements
Categories: News Tags: , ,
  1. Profan
    April 20, 2011 at 9:30 am

    Ghidlu ma jdahhaqx lil Gonzi. Taz-Zwieg Kontra d-Divorzju mhux kollha jilghabuha ta’ dojoq Nazzjonalisti.

  2. Ray Vassallo
    April 25, 2011 at 9:52 am

    What does our fellow Orthodox Church say about divorce? It is my impression that Orthodox Church allows a person to marry 3 times!!!

    • April 26, 2011 at 8:08 am

      They still go to Heaven don’t they?

  1. No trackbacks yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: